Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 analiżi IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 • illum PAOLO FREIRE PAOLO FREIRE EDUKAZZJONI KRITIKA LI TOĦLOM U TISTAQSI MINFLOK EDUKAZZJONI SKJAVA TAL-EKONOMIJA F'analiżi mill-aktar profonda f'għeluq il-100 sena mit-twelid ta' Paulo Freire, il-Professur Carmel Borg janalizza dak li jemmen - edukazzjoni li toħloq nies kritiċi u ċittadini attivi fis-soċjetà u mhux edukazzjoni taċ-ċertifikati, li toqtol il- ħsieb u toħloq kultura ta' silenzju u passività... CARMEL BORG Paulo Freire (1921-1997) kien wieħed mill-ewwel edukaturi-ħassieba ta' statura internazzjonali li kiteb dwar ir- relazzjoni bejn l-edukazzjoni, il-politika, il-kolonjaliżmu u l-liberazzjoni. Deskritt b'kull tip ta' aġġettiv, minn sovverżiv sa qaddis, u minn riformista sa Lenninist, l-ideat tiegħu, speċjalment dawk pedagoġiċi, jitqiesu minn xi wħud bħala attentat ta' impożizzjoni ideoloġika, u minn ħafna oħrajn bħala boxla fil-bini u t-tisħiħ tal-kultura demokratika msejsa fuq il- ġustizzja soċjali. Isem Freire marbut mal- litteriżmu... f 'perjodu fejn l-illiteriżmu kien marda nazzjonali Isem il-ħassieb, edukatur u attivist Brażiljan huwa marbut intimament mal-litteriżmu. F'perjodu storiku fejn l-illitteriżmu kien meqjus bħala marda nazzjonali u r-rata għolja ta' litteriżmu bħala simbolu tal- avvanz ta' pajjiż, Freire mar 'l hinn mil-litteriżmu funzjonali, u waħħad il-kompetenza fil- qari tal-kelma mal-ħila fil- qari tad-dinja. Għal Freire, Il-litteriżmu kritiku, marbut mal-litteriżmu funzjonali tal- massa, kien ifisser it-tweġiba pedagoġika demokratika f 'dinja kkaratterizzata minn dittatorjati, polarizazzjoni ideoloġika, segregazzjoni razzjali, tensjoni nukleari, qawmien kulturali u popolari, movimenti rivoluzzjonarji u radikali, attakki paramilitari ta' lwien differenti, bini mill-ġdid ta' soċjetajiet ċivili wara d-dittatura, gwerer għall-indipendenza u mixjiet politiċi lejn il-ħelsien minn dipendenza ekonomika u militari, avvanzi soċjali u teknoloġiċi, ġirja spazjali, u attentati ta' u reżistenza vjolenti għan-nazzjonalizazzjoni tal-ġid komuni u għal għotjiet tal-art lill-bdiewa, fost kisbiet politiċi, traġedji, esperimenti soċjali u tensjonijiet oħra. Kien iż-żmien fejn bosta kienu jaċċettaw il-preżenza tal- Istat fil-ħajja personali, soċjali u ekonomika tagħhom, b'ħafna ekonomiji nazzjonali ppjanati u maħsuba biex joffru tweġiba għal-liberaliżmu ekonomiku, mibni fuq it-twemmin li s-suq għandu l-ħila jsolvi l-problemi soċjali u ekonomiċi. Il-Brażil tal-oligarkija, f 'xifer taqlib kbir Freire trabba u mmatura f 'Brażil mmexxi minn oligarkija, f 'xifer taqlib politiku u soċjali kbir. Nofs kontinent li ma kienx se jibqa' rurali u kajman kif kien. Lanqas il-poplu ma kien se jibqa' relattivament depolitiċizzat. Pajjiż li bil-mod beda jara qawmien politiku tal-massa; poplu li beda jisfida l-eġemonija tradizzjonali tas-sidien tal-art u dik aktar waħħara tal-industrijalisti; blokk eġemoniku li ma kellu ebda interess fl-emanċipazzjoni u l-ħelsien ta' ċittadini mħollija jemmnu fid-destin, u jgħixu fl- injoranza, is-superstizzjoni u r-relazzjoni folkloristika mad- dinja. F'kuntest akbar, il-gwerra l-bierda ħolqot opportunitajiet għall-ħalliema biex jimmaġinaw u jissieltu għal dinja differenti milli kienet. F'dan kollu, l-edukazzjoni tal-massa kellha rwol importanti li tgħallem u timmobilizza l-popli favur it- trasformazzjoni soċjali. Biex dan seta' jiġri, l-edukazzjoni kellha tinbidel fl-għanijiet u l-pedagoġija, u tieqaf tippretendi li hija newtrali. Freire imbotta din l-aġenda edukattiva f 'pajjiżu, mill-eżilju, u bħala ċittadin tad-dinja, f 'Brażil meħlus mid-dittatura u fi triqtu lejn id-demokrazija. L-Edukazzjoni: Daqs kemm tiftaħlek moħħok, taf iċċekknu u żżommok fl- injoranza Freire jistqarr li l-edukazzjoni hija munita b'żewġ uċuħ: daqskemm teħles tista' tjassar; daqskemm tiftaħ imħuħ tista' ċċekken il-fruntieri tal-ħsieb; u daqskemm tgħin fl-iżvilupp tista' tħalli poplu jgħum fl- injoranza u bit-tama tal- premju etern. Għall-ħassieb, edukatur u attivist Brażiljan, l-edukazzjoni hija s-salmura tal-emanċipazzjoni daqskemm hija l-ħmira tad-dittatorjat, qiegħa fertili għad-demokrazija daqskemm hi eġemonija tal-ftit. Bi tweġiba għal din l-istqarrija, Freire ppjana u wettaq diversi proġetti f 'kuntesti post- kolonjali filwaqt li ddjaloga man-nies, kemm wiċċ imb'wiċċ kif ukoll permezz ta' kullana ta' kitbiet, mifruxa fuq medda ta' tletin sena; kitbiet li jirriflettu t-tlaqqim ta' ħsibijietu mal- ħsibijiet ta' dawk li ħadmu, iddjalogaw u kitbu miegħu. Kitba li titkellem daqs kemm tkitteb, dejjem minn għajnejn il- maħkumin, u bit-tama li l-fidwa tkun esperjenza mġarrba minn kulħadd. Djalogu li baqa' sejjer wara mewtu, u li nfirex ferm 'l hinn mill-kuriduri edukattivi. Edukazzjoni fi gwerra kontra l-ħsieb u l-intelletwalità Freire fehem il-periklu ta' sistema edukattiva li tħarreġ aktar milli teduka, li tirriproduċi aktar milli tifforma, li tiċċertifika aktar milli tgħallem, strumentali aktar milli intellettwali, reattiva aktar milli proattiva, dejqa aktar milli ħolistika, u deskrittiva aktar milli kritika. Għal Freire, dawn l-għażliet pedagoġiċi u kurrikulari għandhom għeruq ideoloġiċi, għażliet li jnaqqru l-importanza taċ-ċittadinanza kritika. Edukazzjoni fi gwerra kontra l-profondità tal-ħsieb, l-intellettwaliżmu, l-akkademija, ir-riċerka impenjata u parteċipatorja u l-ħsieb kritiku. Proċess edukattiv li jipproteġi lill-istatus quo soċjali u ekonomiku mill-possibilità tal- mistoqsija, is-sogru u d-dubju, u minn azzjoni kollettiva ta' bixra trasformattiva. Hekk kif l-għajta ta' min għandu kull interess li l-edukazzjoni taqdi primarjament l-iżvilupp ekonomiku u l-prodott gross domestiku qed tkompli togħla fil-volum, Freire iwissina li t-twarrib tal-ħsieb kritiku - l-edukazzjoni għaċ-ċittadinanza kritika - għandu l-effett li jdgħajjef il-ħeġġa u l-ħila taċ- ċittadini li jiskopru l-verità dwar il-ħtif u l-konċentrazzjoni tal-ġid u l-poter, id-diżlivelli materjali, il-ħajja prekarja, id-diskriminazzjonijiet u l-oppressjonijiet, l-isfruttament tal-ambjent, it-tnaqqir tad- drittijiet tal-ħaddiema, u l-kolonjaliżmu politiku, ekonomiku u kulturali, fost fenomeni oħra. Temi li wieħed irid preparazzjoni intelletwali u attitudni sovverżiva biex ikun jista', b'kuraġġ, mhux biss jirrifletti b'mod sistematiku, interdixxiplinarju u profond, iżda wkoll biex jissogra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021