Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 kotba illum • IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 Dil-ġimgħa, Mark Vella jieħu pawża mill-kotba u jaqra lil oħrajn bħalu li jiktbu dwarhom, filwaqt li jiddiskuti l-misteru u l-anonimat spiss meħtieġa f'dil-gżira li tieħu għaliha mix-xejn qed nagħmel ta' kull ġimgħa, qed nipprova niskapula l-antipatiji billi nikteb biss dwar dak li laqatni jew dwar kotba li ma tistax ma tiktibx dwarhom. Nevita l-istroncatura, sew għaliex nemmen li wieħed xorta jrid joqgħod attent bil- preżenza tiegħu fl-ekosistema, u għalhekk ma jkissirx lil dak li jkun b'kapriċċ, imma anki minħabba l-potenzjal reali u fattibbli tal- offiża, anki jekk tikteb l-aktar apprezzament imkejjel possibbli, u anki forsi b'ċertu biża' mill-hubris. Malta żgħira, u n-nies jilbsu bosta kpiepel. Għalhekk, kien intrigani l-blogg e Maltese Reader, li minn ħin għall-ieħor kont nistennieh jikteb dwar ir- rumanz tiegħi. Stennejt għalxejn, u forsi aħjar hekk, għax kien jidher reċensur moqri sew u eżiġenti ħafna: jaf kien jiksirni waħda sew fil-vanità, ixandarni mal-erbat irjieħ, u ma jkollix lil min nobgħod. U għal din ir-raġuni l-għażla ta' dan ir-reċensur għall-misteru u l-anonimat servietu sew għaliex, fil-it żmien li għamel attiv (il- blogg ilu ma jiġġedded iżda għadu hemm biex jaqrah kulħadd), kiteb erba' reċensjonijiet memorabbli, faħħar awturi li it ħafna semgħu bihom, u kien ukoll wieħed mill- it ilħna kritiċi dwar Castillo ta' Clare Azzopardi, qabel il-polemika fejn il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ma ngħatax fl-edizzjoni fejn stajt tilgħab flusek bil-kwiet fuq ir- rebħa ta' dan ir-rumanz. Erġajt akart fih u mort intih daqqa t'għajn għaliex m'ilux, jien u nfittex dwar ktieb ġdid maħruġ mill-Merlin, Il-Parabboli tal- Imġienen ta' Keith Borg, insib reċensjoni, did-darba fuq profil Facebook ta' xi ħadd jissejjaħ Once Upon a Maltese Reader. Qed jilgħabna dan, jew? Jew hi, għax mid-dehra mara. Fiż-żmien, il-blogg li semmejt fuq ġa kien jinqara minn xi wħud, u kien hemm almenu tliet suspetti dwar min seta' kien. Fosthom jien, li ma kontx (minkejja li ammiratur kbir) u forsi l-qarrej avidu Robert Pisani, li bil-Bobsphere (sew blogg, sew videos) jitkellem ukoll dwar il-ktieb Malti, bl-aħħar tifħira mogħtija lil Perfettament Imperfetta ta' Kirsten Spiteri. Jidher għalhekk li r-reċensoni jaf forsi qed terġa' tieħu l-ħajja, u Once Upon (she/ they?) issa anki qrat ktieb reċenti ieħor, Frammenti ta' Tyrone Grima, mibgħut lilu(ha) (hom) mill-Merlin. Mela hemm xi ħaġa li xi ħadd jaa, imma mhux kulħadd! Lil hinn minn kull suppożizzjoni u investigazzjoni, e Maltese Reader, jekk irridu ntuh il-primat fir-rinaxximent tar-reċensjoni, kellu għażliet li wkoll kienu jmorru kontra l-kurrent tal-qari stipulat u sikwit ippreżenta kotba jew ta' awturi debuttanti u żgħażagħ, jew inkella ta' oħrajn inqas magħrufa. Il-kurżità dwar min seta' kien kienet waħda wkoll immexxija mill-mistoqsijiet dwar il-formazzjoni tiegħu/tagħha: jikteb bl-Ingliż, jidher qarrej li donnu kkonverta gradwalment għall-ktieb Malti, u l-istrixxun tiegħu kellu l-qoxra oriġinali ta' Il-Gaġġa ta' Frans Sammut. Minbarra l-leħen fid-deżert dwar Castillo, interessanti immens ir-reċensjonijiet dwar Patria ta' Gabriel Schembri u It-Taar ta' John Bonello, l-analiżi ta' kotba f 'waqthom bħal Trojan u Lucy Min?, u skoperti bħal Kaldera ta' Lizio Zerafa. Donnu kien qabad sew fl-2019, imma l-aħħar post ta' Frar 2020 urietu għadu jterraq fost il-lista l-qasira tal- Premju ta' dik is-sena. Għala waqaf ħesrem? Jew għala twieldet mill-ġdid? Jaf jibqa' misteru. Jew inkella dan kollu stedina biex hu min hu, huma min huma, ikomplu jiktbu, jerġgħu jibdew. M'hemm bżonn ngħidu wisq dwar il-ħtieġa tal-kritika, u jekk ikollna anki din ir-realtà mxerrda fuq il-midja, anonima u mhijiex, u bi pluralità ta' fehmiet u analiżi kritika, ġid biss nara li jista' jkollna għad-dinja tal-ktieb Malti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021