Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 kotba IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Ir-reċensur misterjuż Kien hemm żminijiet twal, qabel il-bidla epokali medjatika li għadna għaddejjin minna, fejn ktieb stajt issir taf aktar dwaru minn fuq il-gazzetti biss, u forsi 'l hawn u 'l hinn fuq xandiriet televiżivi li xorta ma kinux ikunu tempestivi daqs reċensjoni. Tista' tgħid il-ġurnali kollha kellhom il- paġna letterarja, imma x'aktarx l-aktar żewġ reċensuri moqrija kienu Paul Xuereb u Norbert Ellul Vincenti fuq it-Times. Jekk niakar sew, Ellul Vincenti kien ikollu reċensjonijiet qosra ħafna ta' diversi kotba fost il-ġimgħa, waqt li Xuereb kien aktar jidher nhar ta' Ħadd. Anki bħala pubblikatur, kont nistenna bil- ħerqa li dak l-envelope ikun wasal lil wieħed minnhom, u li l-ktieb ikun ħajjarhom tant li jaqrawh minnufih u jagħtuh reċensjoni (tajba) fl-eqqel tal-kampanja publiċitarja. Fost għadd ta' waqtiet minn dawn, niakar bi pjaċir meta Xuereb iddeskriva Xemx Wisq Sabiħa ta' Ġużè Stagno bħala 'the crudest' li qatt qara bil-Malti, jew inkella l-mini- polemika dwar il-ħajja 'sesswali' ta' Dun Karm wara Taħt il-Kappa tax-Xemx ta' Karl Schembri. Ir-reċensjoni bħala sengħa u anki tradizzjoni bdiet tnin it wara, speċjalment bl-avvent tal-internet u l-fatt li l-gazzetti, speċjalment dawk bi preżenza online qawwija, skoprew li it jew ħadd ma jaqrahom dal-paġni. Madankollu, id-dinja online welldet bosta spazji ta' espressjoni ħielsa, mill-bloggs sad-diversi midja soċjali, imma ironikament, id-diskussjoni kulturali ħadet daqqa mhux mistennija. L-eku ta' Eco jidwi hawn: l-avviżieri soċjali saru qishom il-battibekki ċuċeski tal-barijiet, fejn kulħadd għandu opinjoni, infurmata jew mhix, u kull ħmar jista' jsemma' n-naħqa tiegħu biċ-ċertezza li se jkun hemm żgur ħmar ieħor itih ir-raġun u jxandru. Xorta waħda, fost din il-ħamba kollha, wieħed isib mumenti fejn jingħataw opinjonijiet b'xi mod infurmati, speċjalment f 'fora bħal Goodreads fejn ir-reċensjoni issa saret crowdsourced, b'xi mod aktar demokratika għax mhux bilfors imħollija fl-idejn tal-esperti. L-ironija l-oħra tad- demokratizzazzjoni ċibernetika, madankollu, kienet li f 'xi oqsma, erġajna lura għaż-żminijiet tan- non de plume, meta kont tibża' turi ismek biex tagħti fehma ma tmurx taqla' xi xebgħa jew vendikazzjoni. Iddiskutejtha ma' diversi nies din, u spiss smajt dwar il-biża' li dak li jkun jieħu għalih, speċjalment jekk tmaqdru. Minnu li aħna poplu li l-kritika qatt ma tgħallem wisq jeħodha, u jekk irridu b'xi mod ingawdu d-diskors dirett, id- dibattitu aħrax imma intelliġenti, jew l-opinjoni kurraġġuża u bla kantunieri, spiss infittuxha lil hinn minn xtutna. U jiġini f 'moħħi li minn żmien għal ieħor kien hemm bidla partikolari: fejn qabel id- dinja medjatika, jew forsi d-dinja kollha kemm hi, kienet imdorrija għal għadd ta' ġerarkiji, fosthom dik tal-kritiku/reċensur vis-à-vis l-kittieba u l-qarrejja, issa qed ngħixu f 'waqt fejn illivellajna ħafna minn dawn id-differenzi. Jekk hux għall-aħjar jew għall- agħar, diskussjoni wisq akbar minn din. Imma dan il-livellament apparentament demokratiku jew globalizzat, fejn f 'daqqa jfaqqsu dinjiet oħra li jisfidaw in-narrattiva kbira unika, fissret ukoll li wisq aktar nies bdew b'xi mod imissu mal-produzzjoni tal-arti. Fil-kitba wkoll, hawn Malta, l-aħħar għoxrin sena wasslu għad-dieher ta' bosta kittieba, forsi aktar min-normal. L-istess jidhirli seħħ ukoll fl-arti u fil- mużika, mhux biss minħabba l-faċilità akbar tal-pubblikazzjoni u r-riproduċibbilità, iżda wkoll minħabba imbuttaturi finanzjarji, l-aktar minn entitajiet politiċi, li jagħtu ċans realistiku lil dak li jkun jittanta huwa wkoll jaqlagħha bil- produzzjoni ta' artefatti f 'suq iktar milli l-ħolqien ta' prodott artistiku lil hinn minn kull kunsiderazzjoni ulterjuri. Mela, għalhekk, aktar m'hemm nies f 'dawn il- komunitajiet, aktar hemm iċ-ċans ta' kompetizzjoni, ta' potenzjal ta' telf ta' qligħ, u allura ta' nies li jistgħu jitnaffru u jieħdu għalihom. Jien ukoll, b'din il-biċċa xogħol li

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021