Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648
03 illum • IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 aħbarijiet Żur ilma.org.mt għal aktar pariri siewja. JEKK WARA L-IKEL GĦANDEK ĦAFNA PLATTI, AĦJAR JEKK TUŻA DISHWASHER. TIFFRANKA L-ĦIN U L-ILMA. U FTAKAR... IL-FDAL TAL-IKEL, POSTU FIL- BORŻA TAL-ISKART U MHUX FIS-SINK. AĦSEL IL-PLATTI BI ĦSIEB. ĦAFNA NIES GĦALL-IKEL? Programm Opera v I - Fondi Stru urali u ta' Inves ment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompe va u sostenibbli li lqa' l-isfidi tagħna" Proġe parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali Baġit 2022: 'Mhux il-COLA ħażina, il-mekkaniżmu li bih tinħadem' L-ADPD – e Green Party, b'reazzjoni għall- baġit 2022, tisħaq li bħal donnu l-Milied wasal qabel iż-żmien għal pajjiżna. Tgħid li dan għaliex iż-żewġ partiti li jinsabu fil-Parlament qiegħdin jikkompetu bejntiehom dwar minn se jwiegħed l-aktar affarjiet li jolqtu l-aktar firxa wiesa' ta' votanti. Is-Segretajru Internazzjonali u kandidat tal- ADPD Mina Tolu qal li dan il-baġit naqas milli jindirizza l-paga minima li biha wieħed ikun jista' jgħix b'mod diċenti. Filwaqt li fl-Unjoni Ewropea bħalissa qegħda tiġi diskussa direttiva dwar kif taħdem il-paga minima, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, "qiegħdin jopponu din id- direttiva." Minn naħa l-oħra iċ-Chairperson ta' ADPD Carmel Cacopardo, spjega li rapport riċenti tal- Caritas, iddetermina li familja b'żewġ adulti u żewġt 'itfal bħalissa għandhom paga minima, "b'€4,000 inqas minn dak li huwa meħtieġ fis- sena biex wieħed jgħix ħajja diċenti. Din hija l-problema." F'kumment li ta lil din il-gazzetta, Cacopardo qal li, "il-kritika tagħna lejn il-baġit m'hijiex lejn il-miżuri individwali. Huwa tajjeb li l-Gvern jindirizza l-vulnerabiltà u jgħin. Però hu mportanti li dan isir b'viżjoni. Anke min huwa vulnerabbli, m'għandux ikun dipendenti fuq l-għotja tal-Gvern, ħlief f 'ċirkostanzi straordinarji." Għalhekk huwa qal li b'mod ġenerali l-viżjoni fit-tul għandha tkun reviżjoni fil-mekkaniżmu ta' kif tiġi kkalkulata l-paga minima nazzjonali. Dan biex b'impjieg diċenti, wieħed ikun jista' jgħix ħajja normali. Cacopardo saħaq li hemm bżonn li l-basket li jintuża biex jikkalkula l-għoli tal-ħajja ikun revedut kull tant żmien għax il-ħtiġijiet bażiċi tal-ħajja llum huma ferm differenti minn dawk ta' ħames snin ilu u għaldaqstant tinħadem skont is- suq tal-pagi tal-pajjiż. "Jekk allura llum, kellna żieda ta' €1.75 fil- ġimgħa fil-paga minima, bilfors li hemm min ħass li din mhux adegwata. Dan mhux għax il-kalkolu tal-COLA huwa ħażin iżda għax il-mekkaniżmu tiegħu jrid jiġi aġġornat," temm jgħid Cacopardo. L-ADPD tgħid li l-baġit naqas milli jindirizza l-problema ta' nuqqas ta' paga minima