Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 • illum Il-Kabinett ma jaf xejn dwar elezzjoni ... imma l-PN qed jipprepara għal tħabbira f'dawn is-sigħat! ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Prim Ministru Robert Abela qed iżomm l-intenzjonijiet tiegħu kważi b'mod esklussiv għalih dwar jekk hux se jsejjaħ elezzjoni ġenerali jew le, minkejja spekulazzjoni qawwija ta' elezzjoni fl-aħħar ta' Novembru, speċjalment fil-Partit Nazzjonalista. Il- Ministri kważi kollha u anke sorsi mill-midja Laburista, li tkellmet magħhom din il- gazzetta ma jafu xejn dwar dati ta' elezzjoni ġenerali jew xi tħabbira imminenti ta' elezzjoni. Jidher fil-fatt, minn sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM illi ċ-ċans ta' elezzjoni din is-sena qiegħed jonqos sew, bl-għażla ta' elezzjoni fil-bidu tal-2022 tibda tidher ħafna iktar probabbli. Anke jekk seta' kien qed jikkunsidra elezzjoni fl-2021, jidher li l-PM Abela se jħalli l-Milied u ġranet oħrajn ta' negozju qawwi bħal Black Friday jgħaddu qabel jsejjaħ l-elezzjoni ġenerali (Ara wkoll paġna 11). Ir-risposta li din il-gazzetta kellha minn kull sors mill- Kabinett li tkellmet miegħu kienet: "ma nafx" jew "ma smajna xejn." Anke sorsi mill-istazzjon tal- PL ONE qalu li huma, sa din il-ġimgħa, ma kellhom ebda indikazzjoni jew sejħa għal preparazzjoni għal elezzjoni ġenerali. Din il-gazzetta saħansitra hija nfurmata li anke xniegħa dwar rally illum f 'Ħal Qormi, kienet miċħuda mill-Partit Laburista mal-ewwel nhar il-Erbgħa tant li ntbagħat messaġġ lil diversi attivisti u Deputati biex isegwu biss id-direzzjoni tal-partit. Abela, skont dak li tgħid il- Liġi, jibqa' fiċ-ċans li jsejjaħ elezzjoni fis-27 ta' Novembru sa nhar it-Tlieta hekk kif kampanja elettorali trid tkun twila minimu ta' 33 jum. Is-27 ta' Novembru tkun l-aktar data tard, hekk kif elezzjoni f 'Diċembru hija xi ħaġa li kwalunkwe Prim Ministru jipprova jiskarta, hekk kif tmiss mal-bidu tal-aktar żmien importanti għan-negozju: Il-Milied. Il-ġimgħa bdiet b'ħafna għidut u xnigħat persistenti ta' elezzjoni - xnigħat li fil-fatt jafu l-oriġini proprju tagħhom fi storja fuq il-midja tal-PN lura fid-29 ta' Awwissu, li mhux talli rrappurtat illi se ssir elezzjoni f 'Novembru talli l-gazzetta l-Mument kienet speċifikat id- data tal-istess elezzjoni: It-13 jew is-27 ta' Novembru li ġej. Il-Mument kienet irrappurtat - bħala fatt - li f 'waħda minn dawn id-dati se jkun hemm elezzjoni. Fil-fatt skont l-informazzjoni li għandha l-gazzetta ILLUM fil-PN - inkluż fiċ-ċirku ta' nies madwar Bernard Grech - hemm stennija kbira biex l-elezzjoni titħabbar illum jew għada għas- 27 ta' Novembru. POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 369626, Permit No. 273/2021) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. POSTIJIET TA' TRAINEE LAWYER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 376134, Permit Nos. 689/2021) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat. ________________________________________________________________________ L-Applikazzjonijiet, irrid jkollom in-numru ta' referenza tal-Jobsplus relevanti u għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat u għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 5 ta' Ottubru 2021 fis-13:00 hrs.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021