Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 opinjoni illum • IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 Carmel Cacopardo Terminu fiss għall-Parlament Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD J iena u nikteb, fil-Partit qed niddiskutu l-Manifest Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali li tinsab wara l-bieb. Meta se ssir: issa, immedjata- ment, jew iktar tard? Jiena u nikteb għad ma hemm aħbar ta' xejn. Hu possibli li sal-ħin li dan l-artiklu jkun stampat l-affarijiet ikunu iktar ċari. Meta konna ppreżentajna l-proposti għall-konsiderazzjoni tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali, li dejjem ġejja u qatt ma tasal, konna bħala partit iddiskutejna fit-tul internament: għandu jkun il-Prim Ministru li jiddeċiedi u jagħti parir dwar ix-xoljiment tal-Parlament? Dan kien wieħed "mid-drittijiet" tar-rejiet u l-irġejjen li ntirtu minn Kapijiet ta' Gvern bħala riżultat tad-demokratizzazzjoni. Mill- Indipendenza 'l hawn f 'Malta kien dritt tal-Prim Ministru li jagħti parir biex ikun xolt il-Parlament u li tkun imsejħa elezzjoni. Issa għaddew sentejn minn meta pproponejna lill-Konvenzjoni Kostituzzjonali li l-Parlament għandu jkollu terminu fiss u li d-data tal-elezzjoni għandha tkun waħda fissa wkoll. Dan kollu normalment nassoċjawh mal-esperjenza Amerikana nhar l-ewwel Tlieta tax-xahar ta' Novembru: kull sentejn tkun eletta l-Kamra tar- Rappreżentanti, kull erba' snin ikun elett il-President u kull sentejn ukoll ikun elett terz tas-Senat. Fir-Renju Unit il-koalizzjoni bejn il-Liberali u l-Konservattivi fl-2011 kienet introduċiet legislazzjoni biex it-terminu tal-Parlament ikun fiss, bir-riżultat li għall-ewwel darba ir-rwol tal-Prim Ministru fix-xoljiment tal-Parlament u l-elezzjoni ġenerali sussegwenti naqas ħafna. Nick Clegg, dakinhar Viċi Prim Ministru u mexxej tal-liberali, huwa u jippreżenta l-liġi fil-Parlament kien iddeskriva din il-proposta li tneżża' lill-Prim Ministru mill-poter li jagħżel data tal-elezzjoni biex jivvantaġġa lill-partit (tiegħu) bħala riforma sostanzjali. Kien żied jgħid ukoll li riforma bħal din kienet meħtieġa biex terġa' tinbet il-fiduċja fil-politika. Jgħidulna li proposta bħal din, meta sseħħ, tpoġġi l-interess tal- pajjiż qabel l-interess tal-partit. Il- Prim Ministri, dejjem, bid-dmugħ f 'għajnejhom jitkellmu dwar kemm huma jżommu l-interess nazzjonali quddiem għajnejhom meta japplikaw din id-diskrezzjoni. Ikun ferm interessanti kieku jista' jkollna spjegazzjoni dwar dan l-"interess nazzjonali" biex tissejjaħ elezzjoni bikrija. Kieku dan kellu jsir, Robert Abela jgħidilna xi ħaġa hekk: L-ewwel raġuni biex tiġġustifika elezzjoni bikrija hi li f 'Jannar 2022 hemm skedat il-ġuri ta' dawk involuti fil-hold- up tal-HSBC, hold-up li ma kienx irnexxa. Minn dak li hu magħruf hi mistennija informazzjoni permezz ta' xhieda li tista' titfa' dawl fuq l-allegat rwol ta' żewġ politiċi anzjani Laburisti fl-ippjanar ta' dan il-hold-up li ma rnexxiex. Probabbilment li Robert Abela jaħseb li mhux fl-interess tagħna li nkunu nafu dwar min kien involut f 'dan il-hold-up tal-HSBC. Li hu żgur hu li l-informazzjoni li hemm ma tantx jidher li tagħmel ġid lill- Partit Laburista għax tista' tiaħ għajnejn uħud dwar x'inhu fir-realtà dan il-partit! It-tieni raġuni biex jiġġustifika elezzjoni bikrija hu t-taqlib fis-suq tal-enerġija li se jgħolli m'għola s-sema l-ispejjeż biex ikun iġġenerat l-elettriku. Billi aħna nimpurtaw il- gass b'kuntratt li se jiskadi dalwaqt, il-prezz tal-gass użat f 'Delimara se jisplodi ukoll. Minflok nistgħu nużaw l-interconnector biex nixtru l-enerġija. Imma anke l-użu ta' dan, reċentement ġie ristrett ħafna minħabba żieda sostanzjali fil-prezzijiet mitluba għall-elettriku. Żieda sostanzjali tista' teffettwa l-finanzi tal-Gvern b'mod qawwi u Robert Abela jippreferi li ma jkollux il-ħtieġa li jispjega dan kollu waqt kampanja elettorali. It-tielet raġuni tkun tikkonċerna l-impatti tal- lista l-griża li biż-żmien inevitabbilment se jiżdiedu. Iktar ma jkun hemm dewmien biex ikun indirizzat dak miiehem mal-FATF (Financial Action Task Force) iktar jikbru l-impatti. Il-Partit Laburista ma jistax jiddistakka ruħu minn dan kollu. Jekk ifittex jeħles mill-elezzjoni tal-inqas jaħseb li jista' jipproteġi ruħu mill-impatti elettorali. B'hekk il-Partit Laburista jaħseb li jista' jipproteġi ruħu. Imma l-elezzjoni bikrija mhi se issolvi xejn minn dan kollu: ser tipposponi it il-problemi u forsi taħbihom it. Huwa biss Parlament b'terminu fiss li jista' jeħlisna minn dawn il- maniġġi kollha. Flok ma nevitaw il-problemi jkun iktar għaqli li nindirizzawhom! Imma l-elezzjoni bikrija mhi se issolvi xejn minn dan kollu: ser tipposponi ftit il-problemi u forsi taħbihom ftit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021