Illum previous editions

ILLUM 24 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1421648

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

Għeżież żgħażagħ tal-Forum Żgħażagħ Laburisti! 22 IL-ĦADD 24 TA' OTTUBRU 2021 • illum opinjoni T afuni fuq Xarabank. Ma tafunix bħala żagħżugħ. Bħala żagħżugħ, fi żmien il-Labour ta' dak iz- zmien, jien kont noħroġ fit-toroq flimkien ma' eluf ta żgħażagħ niġġieldu it-tortura u qtil fid-de- pot tal-pulizija, konna nipprotes- taw kontra frame ups ta' nies innoċenti, konna nipprotestaw kontra Xandir totalitarju. Konna nipprotestaw kontra l-vjolenza. Kienu jgħidulna "tan- numri" għax konna nirreklamaw l-protesti tagħna bil-moħbi għax kull darba li konna noħorgu fit-toroq konna naqilgħu xebgħa mill-marmalja, flimkien mal- Pulizija. Irqadt diversi drabi ġo ċella, għax dak iż-żmien flok kienu jarrestaw lil min uża l-vjolenza fuqna kienu jarrestaw lilna. Għamilt Kawża Kostituzzjonali u l-Kummissarrju ta' dak iż-żmien kien instab ħati li arrestani għalxejn u trattani b'mod inuman u degradanti. Fid-depot kienu jitfgħuk fid-dlam u jibdew jagħtuk bis-sieq bl-addoċċ. Imbagħad inbidel il-Gvern u jien kont l ewwel żagħżugħ li għamilt Kawza Kostituzzjonali lill-Priministru Fenech Adami biex ma jidħlux vapuri nukleari fil-Port Malti. Fi żmien Gvern tal-PN kont intrabat ma' Kastilja, fi żmien il-PN jiena weħilt il- ħabs wara li kont qed niddefendi l-ambjent f 'Għawdex. Flimkien ma' oħrajn għalaqna l-ħwienet kollha tal-Belt b'katnazzi biex niddefendu lill-ħaddiema tal- ħwienet. Fi zmien il-PN lill- ħabsin neħħewlhom in-numru tat-telefon tiegħi biex ma jkunux jistgħu jċempluli. Jien u Mandy konna mmorru il-Gay Pride u dak iż-żmien ma konniex inkunu aktar minn 25 persuna, għax dak iż-żmien l-ebda politiku li llum jiddandan bid-drittijiet tal-gays ma kienu jersqu 'l hemm. Ma kintix cool, kif inhi illum. U propju fuq din tal-'cool' li qed niktbilkhom. Insegwikom u ngħidha bla tlaqliq li ħafna minnkom persuni ġenwini, indaf u tridu tagħmlu l-ġid. Imma tiddiżappuntawni wisq! Wisq, għax ma nistax nifhem kif tħallu lill-Partit Laburista, is-suppost partit tal- ħaddiema jiċħad is-soċjaliżmu demokratiku u jkun l-iżjed partit populist li qatt kellna fl-istorja! Intom taħsbu li intom progressivi għax tridu li tagħmlu l-ħaxixa legali? U taħsbu li ż-żgħażagħ mhux jindunaw li l-Gvern qed jitnejjek bihom u qed jagħmilha purament biex mingħalih iġib aktar voti? Din tal-ħaxixa tridu tarawha f 'kuntest. Hija liġi diskriminatorja. Mela fil-każ tal-ħaxixa se nkunu mhux biss nistgħu neħduha għar- rikreazzjoni imma nistgħu inkabbruha u nistgħu anke nixtruha. Dan ġara għax intom tkellimtu. Ovvja tkellimtu għax cool illum il-ħaxixa. U dawk li jieħdu il-coke, l-eroina, is- synthetic, dawk intom, għax intom mhux immexxija minn prinċipji soċjalisti, dawk intom tiġu titnejku minnhom! Mhux talli ma għandkomx problema li dawk li jieħdu l-eroina u l-kokaina u s-synthetic jispiċċaw il- Ħabs imma ma għandkomx problema li l-Partit tagħkom jibgħathom f 'Ħabs vendikattiv u fi krudeltà li qatt ma rajna bħalha! Fejn intom għeżież żgħażagħ? Imma kif għalaqtu ħalqkom kompletament meta mietu 13-il persuna fil-ħabs, ħafna minnhom suwiċidji u ħafna minnhom kienu l-ħabs minħabba d-droga? Fejn kontu meta fiċ-ċella tgħallqu Kim u Colin, żewġ żgħażagħ li mietu minħabba li l-Ħabs sar il-Facilità Vendikattiva ta' Kordin? Fejn hu l-kuraġġ tagħkom biex toħorġu titkellmu kontra dawn l-atroċitajiet? Ara taħsbu li intom Soċjalisti għax se tillegalizzaw il-ħaxixa jew se ddaħlu l-ewtanasja! Dawk illum saru cool! Soċjaliżmu jfisser li tieħu ħsieb lill-vunerabbli, f 'dan il-każ lill-ħabsin, li fil-maġġoranza tagħhom huma ħaddiema għax f 'pajjiż kapitalista bħal tagħna huma l-ħaddiema li jispiċċaw il-ħabs. Fejn kontu meta bgħatna lil ħutna l-immigranti lura l-Libja? Il-Papa li ġej Malta u min jaf kemm il-kbar fil- Partit taghkom se jiddandnu miegħu, tafu x'jgħid fuq il-Libja? "Tibgħatuhomx lura l-Libja għax hemmhekk fejn ipoġġuhom huwa kamp ta' konċentrament tan-Nazi fejn jittorturawhom, jistuprawhom u joqtluhom." U intom tibqgħu siekta! U possibbli bħala żgħażagħ suppost Laburisti ispirati minn twemmin soċjalista, taċċettaw li pajjiżna jgħid lill- immigranti li għalihom "full up" imma mbagħad lil min għandu l-miljuni u jista' jixtri l-passaport u jista' jġib lill-familja kollha tiegħu (għax għal min għandu l-flus mhux full up), dawk ok? Jigifieri għall-Gvern il-valur tal-persuna titkejjel mill-flus! U intom bħala żgħażagħ Laburisti fejn kontu? Fejn qegħdin? Is-skiet tagħkom itarrax hekk kif ħareġ stħarriġ xjentifiku li sab li 70% taż-żgħażagħ ma jridux jgħixu iżjed f 'Malta u jridu jitilqu u jemigraw għal dejjem! Din serja! Din gravi! Din ma titwemminx, imma vera! Qed niltaqa' ma' ħafna żgħażagħ li jgħiduli illi "dan il-pajjiż ma nifilħux", "Jien ma rridx li uliedi jgħixu f 'dan il- pajjiż tal-konkos." Bil-bini għoli biex il-biljunari jkompli jħaxxnu bwiethom, lanqas ix xemx ma għadha titla' għal kulħadd. 70% taż-żgħażagħ qed jitolbukom tqumu minn hemm, tieqfu tobdu, tieqfu tisktu, qed jitolbukom biex titkellmu bla kantunieri u ma tħallux lill-kbar jużawkom biex iġibu l-voti. Jekk se tibqgħu kompliċi ż-żgħażagħ se jkomplu jemigraw għax dan il-pajjiz sar gidba, li bir-raġun ma jridux jgħixu fiha! Peppi Azzopardi Peppi Azzopardi huwa ġurnalist, xandar u opinjonista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 October 2021