Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516
13 intervista illum • IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 Ritratt: James Bianchi l-approvazzjoni, lesti u ppreparati biex li saru sal-lum, f 'Malta dan il-varjant għadu ma deherx. Saħqet li anke jekk hemm studji li qed jindikaw li dan jinxtered aktar, kwalunkwe varjant tal-Covid-19 jista' jkun ikkontrollat bl-istess miżuri bażiċi, ta' distanza, ħasil tal- idejn u l-maskri. 'Jekk il-pajjiżi mhux se jgħinu lil xulxin se ndumu aktar' "Il-virus jagħmel dawn il-mutazzjonijiet jekk nagħtuh iċ-ċans. Jekk f 'pajjiż hemm ħafna każijiet, hemm aktar ċans li joħorġu varjanti ġodda. Għalhekk importanti li pajjiż ma jaħsibx fih innifsu biss. Għalhekk aħna qed ngħinu f 'din il-ġlieda globali billi ngħinu pajjiżi oħra bit-tilqim," insistiet Gauci. "Jekk mhux se ngħinu lil xulxin se ndumu aktar." Fil-fatt, skont il-WHO, biex 70% tal- popolazzjoni globali tkun imlaqqma kontra l-Covid-19, x'aktarx li se jkollna nistennew sa Ġunju tas-sena d-dieħla, bil-pandemija kapaċi ttawwal anke sal-aħħar tal-2022. Imma għandna ħajjitna nieħdu l-vaċċin kull it xhur? "Jekk hux se jkollna bżonn jew kull meta se jkollna bżonn booster, għadna ma nafux. Dik hija l-isfida. Biex tiddeċiedi meta se tagħtiha. Ma tridx tagħtiha kmieni żżejjed biex l-immunità ma tonqosx kmieni u ma tridx tagħtiha tard wisq, għax iżżid ir-riskju," insistiet. X'irriżulta mill-attività pilota? Qlibna s-suġġett, bl-ILLUM tfakkar lil Gauci f 'attività li kienet saret bi prova, għal persuni mlaqqma. L-udjenza setgħet tibqa' bilqiegħda imma din id-darba bla distanza soċjali u bla maskra, basta dawk li jattendu jagħmlu test sebat ijiem wara. X'kienu r-riżultati? Jidher li r-riżultati kienu pożittivi hekk kif Gauci saħqet li abbażi ta' din l-attività se jkunu jistgħu jitnaqqsu aktar restrizzjonijiet minn għada t-Tnejn l-1 ta' Novembru Fil-fatt, f 'attività ta' mhux aktar minn 300 persuna, sakemm dawn ikunu kollha mlaqqma, tista' titneħħa d-distanza soċjali, anke jekk għalissa qed jinżammu l-maskri. "Ħafna pajjiżi qed jgħidu li l-każi jistgħu jiżdiedu fix-xitwa. Ix-xitwa tagħna issa se tibda u allura li tilbes maskra hija xi ħaġa minima. Ħafna attivitajiet issa jibdew isiru fuq ġewwa u għalhekk hemm aktar riskju," kompliet. Għaliex mhux għall-udjenza bilwieqfa wkoll? Iżda l-ILLUM staqsietha għaliex ma marrux mill-ewwel għal attivitajiet bilwieqfa. Parties qed isiru u hemm każi fejn il-miżuri mhux ikunu mħarsa. La jkun hemm clusters ta' 100, la distanza soċjali u lanqas maskri. Il- każi ma żdidux. Allura dawn mhux evidenza? "Attività bilqiegħda fiha inqas riskju. Ħa nibdew b'attivitajiet ta' 300 persuna bilqiegħda. In-numru mhux żgħir. Wara li nevalwaw xi jkun ġara, inkunu nistgħu nimxu pass ieħor. Aħna rridu li dejjem nersqu lejn in-normalità," insistiet Gauci. Anke ristoranti li jaċċettaw klijenti mlaqqma biss jistgħu jneħħu d-distanza soċjali Fil-fatt, iċċarat ukoll li bis-saħħa ta' dan ir- rilaxx, anke r-ristoranti u l-bars li se jilqgħu biss klijenti mlaqqma, se jkunu jistgħu jneħħu d-distanza soċjali. "Nimmaġina li la issa se nkunu qed ineħħu d-distanza soċjali, se jkun hemm aktar ristoranti li jagħżlu li jilqgħu biss klijenti mlaqqma għax ikollhom inċentiv akbar," spjegat. Fakkret li għall-kuntrarju ta' pajjiżi oħra, Malta mhux qed timponi dan fuq is-sidien u l-operaturi. "Ma kienx hemm għalfejn għax ir-rata tat-tilqim hija tajba u anke biex persuni mhux imlaqqma xorta waħda jkunu jistgħu jsibu ristoranti," kompliet. Bormla se jagħmlu l-festa? U s-sena d-dieħla? Il-Ministru Chris Fearne din il-ġimgħa qal li t-tir huwa li sal-Milied, ikunu tneħħew ir-restrizzjonijiet li fadal. Kien għalhekk li l-ILLUM staqsiet lil Gauci dwar il-festi tal- ibliet u l-irħula. Il-Bormliżi, li jiċċelebraw il-festa fit-8 ta' Diċembru, se jkunu jistgħu jgawdu mqar purċissjoni? Is-sena d-dieħla, se jsiru l-festi? "Għas-sena d-dieħla huwa diffiċli biex ngħidu minn issa. Nimu li jridu jippjanaw imma dan huwa virus li ma nafux kif se jinbidel u x'se jagħmel. Nistgħu biss inbassru kif se nnaqqsu r-restrizzjonijiet. Nimxu pass pass. Għada nieħdu pass ieħor u wara ħmistax naraw inkunux nistgħu nimxu aktar," insistiet. L-ebda cluster fl-iskejjel Tkellimna dwar il-maskri fl-iskejjel u l-istudji li qed isiru bħalissa. Fil-fatt, b'sodisfazzjoni, Gauci saħqet li sa issa, fl- iskejjel kien hemm biss it każi individwali iżda ma kien hemm l-ebda cluster. "Fl-iskejjel qed jimxu tajjeb ħafna. It-tfal jagħlmu lilna l-kbar fejn jidħlu l-maskri u l-iġjene," insistiet Gauci. Fil-fatt kien hawn li appellat biex prattiċi tajbin li daħlu fi żmien il-Covid-19, jibqgħu jiġu mħarsa. "Din is-sena, għax forsi llaxkajna it, diġà qed naraw aktar każi ta' riħ komuni mis-sena li għaddiet," insistiet. Rigward il-maskri, Gauci saħqet li se jibqgħu jimmoniterjaw dak li qed jiġri fl- iskejjel u anke l-iżviluppi b'rabta mal-vaċċin għat-tfal. Fakkret kif fl-iskejjel sekondarji, mill-Form 3 'l fuq, l-ispazju bejn l-imwejjed diġà tnaqqas. Għandna nsiefru għall-Milied? L-ILLUM staqsiet lil Gauci jekk familji Maltin li jsiefru hux se jibqgħu kostretti jagħmlu PCR test lit-tfal ta' bejn ħames u 12- il sena biex jiġu lura Malta. Gauci saħqet li ġaladarba t-tfal għadhom mhux imlaqqma, għalissa din il-miżura se tibqa' fis-seħħ anke għax ir-riskju li jieħdu l-virus u jdaħħluh magħhom Malta huwa akbar. Fi kliemha, la Malta għandha l-vantaġġ li jkollha kontrolli fuq il-fruntieri, għalissa dawn il-miżuri jibqgħu importanti. Mistoqsija dwar is-safar fi żmien il-festi, Gauci insistiet li huwa tajjeb li persuna tieħu btala u it ħin ta' mistrieħ. Fi kliemha dan huwa tajjeb ukoll għas-saħħa mentali. "Aħna ma narawx il-Covid-19 biss. Bqajna nitkellmu fuq l-eżerċizzju fiżiku, għamilna wkoll klassijiet onlajn u anke ħeġġiġna lill- Gvern jiaħ aktar il-parks u l-ispazji pubbliċi biex in-nies ikollhom fejn immorru. Kollox importanti," saħqet. Appellat biss biex min se jsiefer, jagħżel pajjiż li huwa sigur, fejn ir-rata tat-trasmissjoni ma tkunx qawwija. Niltaqgħu fid-djar għall-Milied? Is-sena li għaddiet, l-appell tal-awtoritajiet tas-saħħa, għall-Milied, kien kontra l-ġemgħat fid-djar, partikolarment fejn hemm l-anzjani. Din is-sena, x'inhu l-appell ta' Charmaine Gauci? "L-importanti huwa li naraw li kulħadd ikun imlaqqam. Min għandu barra, juża barra u min ma għandux jassigura li jkun hemm ventilazzjoni tajba. Jekk possibbli, wieħed jassigura li l-ħin li fih grupp jiltaqa' ma jkunx twil ħafna," insitiet. Elezzjoni Ġenerali: 'Imħejjija għal dak li hemm bżonn' Fl-aħħarnett tkellimna dwar elezzjoni ġenerali li issa tinsab wara l-bieb. Xi protokolli qed iħarsu lejhom? Hemm ċans li l-votazzjoni ssir fuq numru ta' jiem? Il-Professur Gauci qalet li l-Kummissjoni Elettorali ħolqot sottokumitat propju għal dan il-għan u hi tifforma wkoll parti minnu. "Avvanzajna ħafna fil-preparamenti li hemm bżonn biex nieħdu l-miżuri kollha u l-proċess elettorali jimxi kemm jista' jkun kif kien isir qabel. Elezzjoni Ġenerali fi żmien pandemija tista' ssir, kif saret f 'pajjiżi oħra," insistiet. Mistoqsija fuq mass meetings, Gauci saħqet li l-partiti diġà organizzaw attivitajiet 'tal-massa' skont il-miżuri li hemm bħalissa. "Dawn jistgħu jsiru skont il-miżuri li jkun hemm. Jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin tajbin, nkunu nistgħu nirrilaxxaw aktar miżuri. Però dan jista jseħħ jekk kull persuna jkun responsabbli," temmet tgħid Gauci.