Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 ewropej IL-ĦADD 31TA' OTTUBRU 2021 • illum Il-bidla fil-klima kif se taffetwani? l-akbar theddida quddiem id-dinja! MARIANNA CALLEJA Qed isir ħafna diskors dwar il-Bidla fil- Klima u din il-kwistjoni bil-mod il-mod qed titla' fuq nett tal-aġenda, speċjalment taż-żgħażagħ. Imma għal ħafna u ħafna oħrajn din għadha kwistjoni xi it jew wisq astratta li ngergru fuqha meta jkollna sajf sħana toqtol u nixfa assoluta bħal dak li għadda, li mbagħad malajr tintesa' meta t-temp jiffriska u jibda jkollna maltemp ta' sikwit kif kellna kważi kuljum din il- ġimgħa. Imma din il-Bidla fil-Klima x'differenza reali se tagħmilli? Se tagħmillek u kif! Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tfakkar illi l-Baħar Mediterran - il-baħar li jdawwarna - qed jisħon 20% aktar malajr mil- medja globali. U dan xi jfisser? Ifisser li speċi differenti ta' ħut qed iħarsu lejn l-estinzjoni tagħhom, li tfisser li mhedded l-ikel tagħna, li jfisser illi jogħla l-prezz kif ukoll iżda jfisser li eluf ta' kumpaniji u miljuni ta' impjiegi madwar l-UE, inkluż f 'Malta, jinsabu f 'riskju. Dan apparti li s-sajjied tradizzjonali u żgħir ikompli jara l-għixien tiegħu aktar u aktar mhedded. Ir-riżoluzzjoni tal-PE li tressqet fil- Konferenza dwar il-Bidla fil-Klima fi Glasgow, l-Iskozja, tfakkar illi madwar 250 miljun persuna li jgħixu madwar l-ibħra tagħna jinsabu fil-periklu li jsiru "water- poor" - jiġifieri foqra f 'termini ta' aċċessibilità tal-ilma minn issa u 20 sena oħra. "Dawn il-bidliet se jwasslu għal tibdil irriversibbli fl-ekosistema tal-Mediterran," ifakkar ir-rapport. Imma dan xi jfisser eżattament għalik? Ifisser illi fil-baħar mhux biss jonqsu ċerti speċi iżda hemm il-periklu li jidħlu ċerti speċi li jkunu aljeni u xi kultant anke perikolużi għall-bniedem għaliex huma mdorrijin jgħixu f 'baħar li jkun aktar sħun milli normalment ikun il-Mediterran. Għalhekk il-Parlament Ewropew qed jisħaq illi l-Unjoni Ewropea tieħu passi b'mod urġenti u tikkoopera mal-imsieħba Mediterranji biex flimkien jaħdmu għal miżuri li jiġġieldu din ir-realtà! Il-perikli tad-deżertifikazzjoni u l-importanza tal-ilma Il-gazzetta ILLUM fi storja li kienet dehret fil-faċċata tal-ħarġa ta' nhar l-14 ta' Awwissu 2016 kienet ikkwotat lil Alfred Baldacchino jgħid li jekk is-sitwazzjoni mhux se tinbidel Malta se tibda riesqa biex issir deżert. Minkejja dubji u ċiniżmu dakinhar, illum il-kliem "se nsiru deżert" qed narawhom u naqrawhom ħafna iktar. U l-Parlament Ewropew fil-fatt iwissi dwar dan f 'din ir-riżoluzzjoni meta jfakkar "fl-impatt ambjentali, soċjali u ekonomiku devastanti li jkollu l-proċess ta' deżertifikazzjoni." Għalhekk jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm politika aktar komuni li tipprevjeni u tadatta għal dan il- fenomenu, l-aktar billi tkun isssottolineata l-importanza kbira tal-ilma! U dan ir-rapport ma jistax jiġi fi żmien aħjar milli issa. Din ix-xita kollha li għamlet u l-ilma kollu li għamel u wieħed jistaqsi: Imma dan l-ilma kollu fejn mar? Ħadna ħsiebu għal meta ma jkollniex? Jew ħallejnih igelgel kollu għal ġol-baħar? Ir-riżoluzzjoni tfakkar li l-ilma huwa importanti ħafna għat-tnaqqis tal-effetti li ġġib l-Bidla fil-Klima, għax apparti milli jgħin biex jikbru l-pjanti, l-ilma jgħin biex jitkattru mikro-organiżmi u allura aktar materja organika u allura ħamrija li fiha żżomm aktar karbonju. Għalhekk il-Parlament Ewropew qed jisħaq dwar l-importanza li jkun hemm sistema li permezz tagħha jkun miġbur l-ilma. "Nemfasizzaw l-importanza li nirrikonoxxu l-valur tal-ilma u l-irwol tiegħu fil-Bidla fil-Klima ... nirrikonoxxu l-fatt li d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-ilma, Il-gazzetta ILLUM tanalizza riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima, li tiftaħ tieqa fuq l-isfidi kbar u anke s-soluzzjonijiet, biex nibdew infejqu l-pjaneta tagħna...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021