Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 ewropej illum • IL-ĦADD 31TA' OTTUBRU 2021 Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. taffetwani? Il-kif u x'fatta dwar id-dinja! l-immaniġġjar tiegħu, is-sorveljanza tiegħu u l-aċċessibilità ta' ilma tax- xorb kollha jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet." L-akbar ammont ta' CO2 f'tliet miljun sena! Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tagħti ħarsa lejn il- kontinent u anke d-dinja u kif din il-bidla qed iseħħ u x'inhuma l-effetti tagħha. Tfakkar li illi qatt daqs ma kien hawn Dijossidu tal-karbonju (CO2) fl-atmosfera daqs illum, fi tliet miljun sena, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tal- Metereoloġija. Dan filwaqt li l-2020 kienet waħda mill-aktar snin sħan fl-istorja. Ir-riżoluzzjoni tfakkar ukoll li l-Ftehim ta' Pariġi jirrikonoxxi l-importanza li tiġi assigurata l-integrità tal-ekosistemi, inkluż tal-oċeani." U huwa hawnhekk li nerġgħu mmorru fuq il-kwistjoni tal-baħar u l-oċeani u l-importanza tagħhom. "Il-preservazzjoni tal-oċeani mhijiex biss importanti għax huma sors primarju ta' ikel, imma wkoll importanti għaċ-ċiklu tal-karbonju li jirregola l-klima u jipproduċi ħafna mill-ossiġenu li aħna nitfgħu ġo fina meta nieħdu nifs!" Tfakkar din ir-riżoluzzjoni li s-saħħa tal-oċeani tagħna tiddetermina sew il-klima, anke jekk bħalissa l-ekosistemi marittimi huma mhedda mit-tniġġiż, użu eseġerat tal-biodiversità tal-baħar u anke t-tnaqqir tal-kosta. Jekk jinħall is-silġ... L-idea ta' ħafna hija li meta naraw xi filmat jew dokumentarju ta' silġ idub, dak isir ilma u daqshekk! Waqafna hemm! Dak huwa biss dak li jaraw għajnejna, hekk kif kwart tal-Artiku u l-Emisferu ta' Fuq huma art permanentement miksija bis-silġ, dak magħruf bħala il-Permafrost. Meta dan idub - u r-riżoluzzjoni tfakkar li dan qed iseħħ b'rata bla preċedent - jirrilaxxa ammonti kbar ta' gassijiet serra hekk kif dan is-silġ huwa riżerva ta' gassijiet serra, b'ammonti kbar ta' CO2, fost oħrajn. Dan ir-rilaxx jista' jaggrava u jaċċellera t-tisħin tad-dinja. Ir-riżoluzzjoni tesprimi "tħassib gravi" dwar interess f 'riżervi ta' uwils fl-Artiku, liema riżervi qed isiru aktar aċċessibbli minħabba li s-silġ qed idub. Tfakkar fil- vulnerabilità tal-eko-sistema tal-Artiku u d-diffikultà kbira biex jitnaddaf żejt li jinxteħet fl- ekosistema minħabba splużjonijiet, pajpijiet li jinqasmu jew inkella inċidenti bejn vapuri. Għalhekk il-Parlament Ewropew qed jitlob li jsir moratorju fuq l-esplorazzjoni taż-żejt fl-Artiku! Finalment tinnota illi l-emissjonijiet mill-karbonju iswed mill-vapuri, żdied bi 12% madwar id-dinja bejn l-2012 u l-2018, imma b'85% fl-Artiku bejn l-2015 u l-2019. Għalhekk il-Parlament qed isejjaħ għal azzjoni immedjata biex jitnaqqsu l-vapuri fl-Artiku u kkundanna dawk li sejjaħ "toqob fil-Liġi" fil-Projbizzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali għall-użu tal-Heavy Fuel Oil fl-Artiku. Ir-riżoluzzjoni titlob li kull vapur tal-UE li jkunu viċin l-Artiku jeħtieġ li juża filters li jnaqqsu l-emissjonijiet b'90%. 250,000 aktar imwiet kaġun tal-Bidla fil-Klima Ir-riżoluzzjoni tfakkar illi skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa l-Bidla fil-Klima proġettata li se tfisser madwar 250,000 mewt aktar sal-2030, bl-ispiża fuq il-qasam tas- saħħa mistennija tkun bejn $2 u $4 biljuni sal-2030. Fakkru wkoll illi tibdil fil-klima jista' jwassal għal speċi ġodda, li jadattaw malajr għal ambjent uman li jwasslu għal tixrid ta' mard ġdid. Ifakkru wkoll li l-Bidla fil-Klima u t-tniġġiż tal-arja huma u se jkomplu jkunu fatturi ewlenin li se jkomplu jżidu mal-madwar 4.2 miljun mewt kull sena ikkawżati mit-tniġġiż u riżultat ta' attakki ta' qalb, kanċer fil-pulmun u mard respiratorju, fost oħrajn. Waqqfu is-sussidji fuq uwils li jħammġu u karozzi emissjoni żero! Intant, fost elenku sħiħ ta' proposti fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew hemm il-bżonn li "b'mod urġenti jitwaqqfu s-sussidju fuq il- uwils li jħammġu." Tfakkar li s-sussidji li jingħataw fl-UE għal dawn it-tip ta' uwils huwa ta' madwar €50 biljun. Għalhekk din ir-riżoluzzjoni daqstant estensiva qed titlob lill- Istati Membri kollha biex iwettqu tragwardi u politiki ta' tneħħija ta' dawn is-sussidji sal-2025. Intant ir-riżoluzzjoni fakkret li skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija sabiex jintlaħaq sitwazzjoni ta' emissjonijiet żero sal-2050, il-karozzi kollha li joħorġu fis-suq iridu jkunu emissjoni-żero sal-2035. "Sabiex l-Ewropa tkun klimatikament newtrali sal-2050, virtwalment il-karozzi kollha jridu jkunu emissjoni-żero sa dik is- sena." Finalment din ir-riżoluzzjoni titlob ukoll lill-Istati Membri tal-UE biex jaħdmu aktar ħalli jippropmovu prattiċi aktar ambjentalment sostenibbli fil- biedja, li tfakkar illi hija l-kawża ta' 10% tal-emissjonijiet serra fl-arja! Dan jista' jsir billi aktar nies jieklu aktar ħaxix jew ikliet ibbażati fuq il- ħaxix, aktar milli laħam. Fil-fatt, kont taf li l-baqar huma parti mill-problema ta' dawn l-emissjonijiet serra? Jiġifieri dan huwa ċirku. Il-Bidla fil-Klima mhux biss taffetwana imma qed ninkontribwixxu aħna lkoll għaliha, min b'mod u min b'ieħor! Għalhekk is- soluzzjonijiet għaliha mhumiex faċli, imma din ir-riżoluzzjoni - għallinqas fuq il-karta - turi li fil-Parlament Ewropew teżisti r-rieda għall-bidla!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021