Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 aħbarijiet ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minn April ta' din is-sena reġgħu bdew jiġu rreġistrati xejriet pożittivi fil-qasam tat-Trasport Pubbliku wara xhur ta' tnaqqis qawwi fil- passiġġiera u allura anke fid- dħul tal-kumpanija, li kif kienet irrappurtat din il-gazzetta stess, kien ra tnaqqis qawwi sew waqt ix-xhur tal-pandemija. Miċ-ċifri li qed tiżvela din il- gazzetta iżda jidher li l-paġna qed iddur għat-trasport pubbliku wkoll b'żieda medja ta' madwar 23,000 passiġġier kuljum jew inkella erba' miljun passiġġier aktar, bejn April u Settembru, meta mqabbel mal- istess perjodu s-sena l-oħra. Dan jimmarka żieda perċentwali ta' 30% fin-numru ta' passiġġiera li wżaw t-trasport pubbliku meta mqabbel mas-sena 2020. Iż-żidiet fil-passiġġiera kienu f 'kull settur - kemm għal dawk li jużaw tallinja card u anke dawk li ma jużawx. Fil-fatt kien hemm b'kollox żieda medja ta' madwar 4,500 passiġġier kuljum fost l-adulti u fost dawk li ma wżawx il-card - hekk kif kien hemm żieda ta' 9.3% fl-adulti li wżaw it-trasport pubbliku u żieda ta' 62.5% fost dawk li ħallsu għall- vjaġġ fuq il-vettura. Żieda oħra kienet dik ta' 44.8% fit-tfal li wżaw tal-linja u żieda ta' 56.2% - jew medja ta' 4,100 kuljum - tal-anzjani u persuni b'diżabilità li użaw it-trasport pubbliku matul dawn is-sitt xhur. Żieda qawwija oħra ta' 43.8% - jew medja ta' 3,100 kuljum - kienet fost l-istudenti. Dawn iż-żidiet huma kollha frott kunfidenza ħafna akbar fost il-passiġiera, speċjalment anzjani u anke riżultat tal-fatt li l-istudenti - jew il-maġġoranza tagħhom - ma baqgħux jagħmlu l-lectures u lezzjonijet mid-dar, anke jekk fil-fatt dan il-perjodu jkopri wkoll xhur li matulhom l-iskejjel ma kinux għadhom irritornaw fil-klassi. L-akbar żieda kienet fost dawk li jużaw Tallinja Card mhux personalizzati, bħal cards li jintużaw għal ġimgħa jew għal ammont ta' vjaġġi, li ħafna drabi jinxtraw minn turisti. Hawnhekk iż-żieda minn April sa Settembru kienet ta' 137% jew medja ta' 5,500 passiġġier kuljum. Dan jindika wkoll il-qawmien bil- mod, il-mod mill-ġdid tat- turiżmu f 'pajjiżna. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta qalu illi l-indikazzjonijiet għall-futur huma pożittivi b'dawn iż-żidiet mistennijin ikomplu fix-xhur li ġejjin. Żieda ta' 137% fl-użu ta' cards l-aktar użati mit-turisti u ta' 43.8% fost l-istudenti Biljetti mixtrija fuq il-Karozza tal-Linja Tfal Adulti Studenti Anzjani u persuni b'dizabbilta' Ghawdex Tallinja Card mhux personalizzati 62.5% 44.8% 9.3% 43.8% 56.2% 46.2% 137.1%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021