Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 • illum Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jilqa' applikazzjonijiet għax-xiri ta' oqbra ġodda fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Applikazzjonijiet jinkisbu minn: Direttorat għas-Saħħa Ambjentali Continental Business Centre, Level 1 Triq il-Ferrovija Sta Venera SVR 9018 Burials Regulatory Unit 21693508 Mon-Fri 07:00 - 15:00 Sat-Sun 08:00 - 12:00 Il-Pulizija tinvestiga l-istorja tal-gazzetta ILLUM dwar id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli YENDRICK CIOFFI Wara l-istorja ppubblikata fuq il-gazzetta ILLUM dwar id- Direttur tal-ħabs Alex Dalli u theddid bl-arma tan-nar li jżomm fuqu, il-Pulizija jidher li sejħet għal xi persuni biex tistaqsihom aktar dwar dawn l-allegazzjonijiet. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li fl-aħħar jiem, il- Pulizija mill-Għassa ta' Raħal Ġdid kellmet xi persuni u kien hemm ukoll laqgħat mal- Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u uffiċjali oħra tal-Korp fil- Kwartieri Ġenerali fil-Furjana. Hu mium li l-Pulizija qed tiġbor informazzjoni dwar iż- żewġ każi li dwarhom irrapportat il-gazzetta ILLUM u fejn allegatament, id-Direttur tal- Ħabs, Alex Dalli, uża l-arma tan- nar li jżomm fuqu biex jhedded priġunieri. Jidher li l-Pulizija qed jistaqsu jekk apparti l-eks gwardjan Emmanuel Cassar kienx hemm gwardjani jew uffiċjali oħra li raw dan iseħħ quddiem għajnejhom u anke qed tiġbor informazzjoni dwar il-priġunieri li, allegatament, ġew mhedda b'dan il-mod. Mal-gazzetta ILLUM, Cassar kien qal li fi żmien li kien jaħdem il-ħabs, ra lil Dalli jdaħħal arma tan-nar f 'ħalq priġunier u jwissih b'dan il-kliem: "Jekk mhux se toqgħod ta' nies, din fuqek naħliha." Skont Cassar, l-istess kien seħħ darb'oħra meta Dalli poġġa l-arma tan-nar ma' ras priġuniera. Jidher li din il-priġuniera, li tbati mill-ansjetà, ippanikjat meta rat il-gwardjani armati bit-tarek u bil-lembubi waqt waħda mill- ispezzjonijiet ordnati mid- Direttur tal-ħabs stess. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' sorsi oħra tagħha, inkluż gwardjani tal-ħabs, li kkonfermaw dawn l-inċidenti u anke inċidenti oħra simili. Ikkonfermaw ukoll li qatt qabel Dalli ma kien hemm Direttur tal-ħabs li jżomm arma tan-nar fuqu, li s-siġġu tal-kastig (li wkoll kienet żvelat l-ILLUM) vera jeżisti u li fost affarijiet oħra, ħitan fil-ħabs qed jinżebgħu suwed. Persuni li jaħdmu mill-qrib mal- priġunieri wkoll ikkonfermaw uħud mid-dettalji. Intant il-gazzetta ILLUM ilha erba' ġimgħat tistenna tweġiba għal sett ta' mistoqsijiet li bagħtet kemm lid-Direttur tal-Ħabs stess u anke lill-Ministeru għall-Intern. L-ILLUM stiednet ukoll lil Dalli għal intervista biex jingħata ċans iwieġeb dawn il-mistoqsijiet. Alex Dalli u lanqas il-Ministeru, qatt ma wieġbu dawn il- mistoqsijiet. Minflok, Alex Dalli fetaħ libelli kontra din il-gazzetta u anke kontra Emmanuel Cassar u li fihom qed jitlob għad-danni. Il-mistoqsijiet mibgħuta lil Dalli u lill-Ministeru huma dawn: • Sorsi mill-ħabs qalulna li inti kontinwament timxi fil- kurituri tal-ħabs armat b'arma tan-nar? Tikkonferma dan? Taħseb li dan huwa neċessarju? • Huwa minnu li kien hemm drabi fejn l-arma użajtha biex thedded lill-priġunieri? • Qalulna wkoll li ta' sikwit, toħroġ fil-bitħa u tispara fuq il-ħamiem? Tikkonferma dan? • Huwa minnu li fuq struzzjonijiet tiegħek, hemm ħitan fil-ħabs li qed jinżebgħu suwed? Għaliex tajt din l-istruzzjoni? • Huwa minnu li l-ispezzjonijiet fiċ-ċelel qed isiru minn gwardjani armati bil- lembuba u t-tarka? Għaliex? • Minnu li l-priġunieri jispiċċaw b'kastig għal kull ħaġa ta' xejn? Pereżempju minnu li jekk jonxru u ma jneħħux il- ħwejjeġ fil-ħin, dawn taqbdu u tarmuhom? • Kull gwardjan tal-ħabs, għandu aċċess għall-bnadi kollha tal-Faċilità? Huwa minnu li hemm gwardjani li ma jitħallew qatt jidħlu f 'Diviżjoni 6? • Ma taħsibx li għandek terfa' responsabbilità għall-imwiet li seħħew fil-ħabs fi żmien kemm ilek tmexxih? Kampanja Inwaqqfu l-Ħniżrijiet f'Kordin Il-Gazzetta ILLUM qed tibda kampanja illi permezz tagħha qed titlob lin-nies; lil dawk li kienu l-ħabs, lil dawk li għandhom xi ħadd jiġi minnhom li jinsab jew li jaħdem fil-Ħabs jew inkella lil dawk li jaħdmu mal-priġunieri jew inkella l-priġunieri infushom, biex jitkellmu dwar esperjenzi li għaddew minnhom jew li raw fil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-vuċi tagħkom magħna tista' tbiddel l-affarijiet, fejn dawn mhux qed isiru sew! Għalhekk nistednukhom biex tibgħatu email fuq ycioffi@mediatoday.com.mt jew agcunningham@mediatoday. com.mt jew inkella iċċemplu fuq in-numru 21 382 741 - 3 jew 21 382745 - 6. L-identità tagħkom tibqa' waħda kunfidenzjali jekk intom titolbu għal dan.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021