Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

L-AĦĦAR FAŻI FIL-PROĊESS TAL-GĦELUQ tal-impjant tal-31 ta' Marzu 1979 ta' Birżebbuġa Bħal ma kien imħabbar fil-15 ta' Lulju li għadda, il-kumpanija Enemed ittrasferiet l-operat tagħha tal-mili tal-bowsers tal-fjuwil mill-impjant tal-31 ta' Marzu ta' Birżebbuġa (tax-Shell) għal Ħas-Saptan. Dak inhar kien ġie spjegat ukoll illi l-impjant ta' Birżebbuġa kien se jibqa' mimli bil-fjuwil bħala cold stand-by sa madwar l-aħħar ta' din is-sena biex jekk jinqalgħu problemi fl-impjant il-ġdid ta' Ħas-Saptan, l-operat jerġa' temporanjament jiġi trasferit lejn Birżebbuġa sabiex ma jkunx hemm interruzzjoni fil-provvista tal-fjuwils fil-pajjiż. Issa li għaddew ftit iktar minn tliet xhur ta' operat kontinwu minn Ħas-Saptan mingħajr intoppi, l-Enemed tinsab fiduċjuża li tista' tagħlaq l-impjant ta' Birżebbuġa b'mod definit. Sabiex dan jista' jseħħ hemm bżonn li t-tankijiet kollha tal-impjant ta' Birżebbuġa jitbattlu mill-fjuwil. Dan jista' jsir biss permezz tal-bowsers. Għal dan il-għan, minn nhar it-Tnejn l-1 ta' Novembru se jerġgħu jibdew joħorġu l-bowsers tal-Enemed minn Birżebbuġa sabiex ibattlu l-fjuwil mill-impjant u jitwassal fil-pompi tal-petrol madwar Malta. Dan il-proċess hu maħsub li jdum bejn ħames u sitt ġimgħat. Hekk kif jasal fi tmiemu dan il-proċess, l-installazzjoni ssir sikura billi jitneħħew il-gassijiet, u t-tankijiet kollha jiġu skonnettjati mis-sistema ħalli ma jerġax jidħol fjuwil ġewwa fihom. Fl-istess waqt issir applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti biex l-impjant jitneħħewlu l-permessi kollha ta' ħażna ta' fjuwil. Meta dan isir, is-sit jerġa' jgħaddi f'idejn l-Enemalta, li hija l-propjetarja ta' din l-art. Il-kumpanija Enemed tirringrazzja lir-residenti tal-paċenzja tagħhom tul dawn is-snin u tapprezza l-kooperazzjoni ta' kulħadd għal dawn il-ftit ġimgħat li fadal sakemm din l-aħħar fażi tal-proġett tista' sseħħ b'mod effiċjenti. www. enemed.com.mt L-AĦĦAR FAŻI FIL-PROĊESS TAL-GĦELUQ tal-impjant tal-31 ta' Marzu 1979 ta' Birżebbuġa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021