Illum previous editions

ILLUM 31 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

tibda tnaqqas din l-emoraġija żagħżugħa! L-opportunitajiet xi kultant huma skarsi! Minkejja ċ-ċokon tal-gżira tagħna pajjiżna rnexxielu joħloq eluf ta' impjiegi, Università, MCAST u diversi opportunitajiet għal bosta professjonijisti u anke persuni li jaħdmu fil-kreattività. F'Malta hawn industrija b'saħħitha tal-manifattura, servizzi finanzjarji, avjazzjoni, tat-turiżmu, kostruzzjoni u anke sistema b'saħħitha li żżomm eluf ta' intraprendituri u negozjanti - żgħar u kbar - joperaw! L-opportunitajiet f 'pajjiżna żdiedu ħafna kkumparati mas-snin meta Malta kienet tiddependi mill-Ingliżi. Imma żdiedu biżżejjed biex ilaħqu mal-ambizzjonijiet kbar u bi it limiti li għandha l-ġenerazzjoni żagħżugħa? Probabbilment ir-risposta tkun differenti, skont is-setturi differenti. Għad hawn sensazzjoni jew inkella realtà li f 'ċerti setturi l-opportunitajiet f 'Malta għadhom lura waħda sew, per eżempju fit-teatru, il-mużika, l-arti u t-televiżjoni. Minkejja titjib qawwi fl-aħħar snin, jibqa' fatt li s-suq Malti, hu li hu - żgħir u li l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol li jrendi fih hija xi ħaġa ħafna aktar riċenti meta mqabbel ma' bliet bħal Londra, Vjenna u Ruma. Hija kważi naturali li min huwa inklinat għal dawn it-tip ta' linji fil-ħajja iħares lejn esperjenza jew saħansitra ħajja barra mill-pajjiż. Ċerta setturi tas-saħħa speċjalizzati ħafna wkoll iħarsu lejn universitajiet barra, per eżempju, minkejja titjib f 'ħafna setturi lokalment, inkluż fir- riċerka! Jiġifieri għad hemm setturi li jattiraw ħafna żgħażagħ fejn l-opportunitjiet huma akbar barra minn xtutna. Il-Politika partiġġjana u s-sitwazzjoni staġnata ta' bħalissa! Raġuni oħra li jista' jkun qed tnaffar numru ta' żgħażagħ hija l-qagħda politika ta' pajjiżna, flimkien mal-mod kif ħafna mill- ġenerazzjoni ta' għada tħares lejn il-politika. Hija s-sensazzjoni ta' ħafna illi dan il-pajjiż mhux eżattament l-aktar wieħed li fih jimraħ il-ħsieb politiku ħieles mill- partiġġjaniżmu ta' kollox aħmar u blu, ta' kollox tajjeb jew ħażin. Jista' jkun li l-moħħ miuħ ta' min jixtieq jikkritika fejn jaħseb li hemm bżonn u min ikun - per eżempju - kritiku qawwi ħafna tal-Gvern fuq ċerti kwistjonijiet bħall-ambjent u l-korruzzjoni/ governanza jħoss li dak li jaħseb u jgħid se jintilef fit-twerżieq fuq il-midja soċjali, li jiġi ankrat mal- kulur blu jew aħmar! Minkejja li huwa improbabbli li hemm wisq nies li jixtiequ jitilqu minn Malta għal din ir-raġuni waħedha, huwa probabbli wkoll li l-inabbilità tagħna li niddiskutu l-politika mingħajr element qawwi ta' partiġġjaniżmu u għamad qed iwassal biex ikompli jissaħħaħ is-sens qawwi ta' klawstrofobija li diġà huwa preżenti minħabba fatturi oħrajn li diġà semmejna. Raġuni oħra li jista' jkun qed taqta' qalb bosta huwa l-istat tax- xenarju politiku bħalissa, b'sezzjoni tal-poplu inkluż żgħażagħ, li jħossu illi t-tħassib jew ir-rabja tagħhom mhumiex rappreżentati minn Oppożizzjoni b'saħħitha, kredibbli biżżejjed u li hija alternattiva reali għal dan il-Gvern. Wieħed jista' jgħid allura li dawk politikament "orfni" f 'dan il-pajjiż qed jiżdiedu u jista' jkun li parti sostanzjali minn dawn huma żgħażagħ maqtugħin mill- madmad partiġġjan li jħossuhom bla saħħa vera biex iġibu l-bidla fil-mentalità li jixtiequ jaraw! 'Malta ma għadhiex irħisa u l-pagi tal-qamel!' Kien xi darba b'LM 10 tagħmel festa, illum b'€23 forsi tixtri biċċtejn laħam! Kien xi darba tixtri post żgħir b'€85,000 - illum b'dak il-prezz forsi sa post qed jaqa' jew sub-standard issib! Kien xi żmien tikri post diċenti f 'Buġibba/Qawra b'€250, illum lanqas kamra waħda ma tikri b'dak il-valur! Il-ħajja f 'Malta għoliet u baqgħet togħla u reġgħet qed togħla - l-ikel qed jogħla u l-proprjetà baqgħet togħla, ħafna koppji jew persuni single jidħlu f 'self għal ħajjithom biex jixtru post u l-ispejjeż relatati mat-tfal żdiedu. Iżda l-perċezzjoni popolari hija - u ħafna nies fit-toroq hekk jirraġunaw - li l-pagi ma żdiedux biżżejjed biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja u maż-żieda fil-valur tal- proprjetà! U meta qed nitkellmu dwar pagi qed insemmu eluf ta' impjiegi fis-servizzi, per eżempju, fit-turiżmu, tindif, sigurtà, midja, bejgħ bl-imnut, ħaddiema f 'supermarkets... hawnhekk qed insemmu eluf fuq eluf ta' nies li jaqilgħu mal-€1,200 jew €1,300 fix-xahar, jekk mhux inqas! B'din il-paga, ma għandekx ċans, f '100 sena li tixtri post waħdek! Dan ifisser li jkun hemm min jibda jikkunsidra jekk spiża bi spiża hux aktar jaqbillu jmur jgħix f 'belt jew pajjiż ieħor fejn forsi l-pagi huma l-istess jew it inqas, imma l-ħajja hija orħos. Huwa probabbli ħafna li kalkolu bħal dan se jagħmlu żagħżugħ, xi ħadd single jew bla tfal jew xi xi ħadd li jinsab fil-bidu tal-karriera tiegħu. 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 October 2021