Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516
08 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 • illum Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, se jkompli jgħin l-edukaturi u l-istudenti li jivvjaġġjaw bejn il-gżejjer billi qed iniedi "EDU Fast Ferry Card". Din hija skema li jistgħu jibbenefikaw minnha l-edukaturi u l-istudenti Għawdxin li kuljum iridu jaqsmu lejn Malta u lura biex jgħallmu jew jistudjaw f'Malta. Se jingħata rimbors ta' parti sostanzjali mill-prezz tal-passaġġ meta jintuża s-servizz tal-fast ferry fil-ġranet tas-sena skolastika. L-iskema tibda tgħodd mill-1 ta' Novembru 2021. Dawk li huma eliġibbli u interessati li jgawdu minn din l-iskema huma mistiedna japplikaw għaliha billi jidħlu fuq is-sit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni jew inkella fuq il-paġna ta' Facebook "Edukazzjoni" u japplikaw online, sat-3 ta' Novembru 2021. EDU Fast Ferry Scheme 'Jafu biss bl-aħbar il- ħażina, mbeżża' għal dak li ġej għalihom imma li ġew għandi diġà sinjal li qed jagħmlu kuraġġ' MARIANNA CALLEJA Fl-aħħar żewġ Ħdud il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' żewġ membri tal- organizzazzjoni Europa Donna Malta , mal-President Gertrude Abela u mal-Viċi President Rowena Enriquez. Dawn in- nisa huma prova ċara li persuna marida bil-kanċer mhux sempliċiment persuna oħra b'sieqa fil-ħofra. Anzi kienu simbolu ta' kuraġġ li bi kliem sinċier u karrattru vibranti offrew tama lill-qarrejja tagħna, kemm għall-pazjenti u anke għall-familji tagħhom. Intant il-gazzetta tiem li l-kanċer iħalli effetti sekondarji oħra 'l bogħod minn dawk mediċi. Bħal ma ġie diskuss fl-intervisti ta' qabel, il-kanċer iħalli teba' fuq moħħna li taffetwa l-mod ta' kif inħarsu lejna nfusna u anke fil-każ tal-mara, kif tħares lejn il- feminilità tagħha. Kien għalekk li din il-ġimgħa il-gazzetta iltaqgħet ma' Sue Caruana u fl-aħħar artiklu għax-xahar ta' Pink October se niddiskutu l-għażliet li għandha persuna, mara jew anke raġel, sabiex tgħin id-dehra tagħha wara l-kimoterapija u wara l-mastektomija. 'Ikunu fi stadju li mhux biss iħossuhom ħażin iżda jibdew jidhru li qed iħossuhom ħażin' Sue Caruana għandha negozju lokali tal-isbuħija. Permezz ta' dan in-negozju, Caruana tiltaqa' ma' żewġ jew tlett pazjenti tal-kanċer fil-ġimgħa. Ġeneralment hi tiltaqa' magħhom ġimgħa qabel ma jibdew it-trattament b'mod speċjali l-kimoterapija u hemm jiġu diskussi is-servizzi li jixtiequ jagħmlu. Normalment ikunu fl-istadju fejn diġà jkunu jafu li se jitilfu xagħrhom u miegħu anke s-suf tal-għajnejn. Malli jibdew il-kimoterapija, Caruana tispjega kif huma mhux biss jibdew iħossuhom ħażin iżda jibdew jidhru li qed iħossuhom ħażin. Hawnhekk fejn tipprova tibda tgħinhom iħossuhom aħjar imqar jekk bis-suf tal-għajnejn biss. Fil-każ ta' din il-proċedura l-effett fuq il-kunfidenza tagħhom ma jkunx immedjat. 'Din mhux piena tal-mewt anzi ċans għalik biex tibda ħajtek mill-ġdid' Irrakkontant kif f 'dan il-punt ma tantx ikun hemm xi differenza fl-emozzjonijiet tal-klijenti tagħha qabel u wara l-proċedura tas-suf tal-għajnejn għax ġeneralment ikunu għadhom fil-bidu tal-vjaġġ. "Niltaqa' magħhom fl-aktar punt baxx tagħhom. Fl-aktar mument vulnerabbli tagħhom. Ikunu għadhom se jibdew il- kimoterapija, jafu biss bl-aħbar il-ħażina imma mbeżża' għal dak li ġej għalihom." Nitħadtu ma' Sue Caruana fuq l-għażliet tiegħek fejn tidħol id-dehra issa li bdejt il-kimoterapija jew jekk int mfejqa mil-mastektomija Abela jisħaq li l-Gvern mhux se jitfa' l-piż tal-prezzijiet tal-enerġija fuq il-poplu "Aħna Gvern li fl-aktar kriżijiet diffiċli, dejjem nagħżlu li nkunu man-nies u n-negozji... Aħna rridu nibqgħu nfittxu s-soluzzjonijiet. Mhux dejjem se jkunu faċli imma nsibuhom." Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f 'intervista fuq ONE Radio dwar l-isfidi internazzjonali fil- prezz tal-enerġija. "Il-Maltin jafu li fl-aħħar snin żammejna l-orħos kontijiet, ferm orħos minn dawk f 'pajjiżi oħra u meta ġie mument ta' diffikulta fl-eqqel tal-ewwel mewġa tal- pandemija raħħasna l-prezz tal- fuel." Abela sostna illi fil-Kunsill Ewropew il-prezzijiet tal- Enerġija - li bħalissa reġgħu qed jiżdiedu sew - kienu fost l-aktar kwistjonijiet importanti fuq l-aġenda. Il-Prim Ministru spjega wkoll li pajjiżna issa mar ukoll għal enerġija aktar nadifa meta hemm min għadu juża l-faħam. "Minħabba r-realta' differenti minn pajjiżi oħra għax pajjiżna għandu biss kumpanija waħda li tipprovdi l-enerġija, il-Prim Ministru saħaq li bħala Gvern irnexxielu jikkonvinċi lill-pajjiżi l-oħra biex fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ikun hemm referenza kontinwa għal dawn ir-realtajiet," sostna Abela. "Mhux se naċċetta li l-pressjoni internazzjonali ta' żieda fil- prezzijiet naqbdu u nixħtuha fuq il-konsumatur qisu xejn mhu xejn, kif kien isir fi gvernijiet oħra li kienu jgħidu rridu nidraw kontijiet għoljin u li qatt ma kienu se jerġgħu jorħsu," sostna Abela. Il-Prim Ministru qal ukoll kif bħala pajjiż saru miri ambizzjużi biex insiru carbon neutral u jitkattar l-investiment b'mod sostenibbli. "Sabiħ li tara dan l-aptit li n-negozji jirkbu fuq il- ħtieġa ta' bidla anke mil-lat ta' sostenibbiltà." Huwa sostna wkoll kif dan il- messaġġ irid jasal ukoll fl-arena internazzjonali. "Fil-jiem li ġejjin se nattendi l-COP 26 u hemm se nwasslu l-messaġġ tagħna bħala pajjiż żgħir li lesti nagħmlu l-partit tagħna, iżda li nimu wkoll kif kulħadd irid jagħmel il-parti iegħu għax dak li ma jagħmilx ħaddieħor ikollu impatt fuqna wkoll." Il-prinċipju marbut mal- Emerġenza Klimatika jitlob lill- istati membri kollha biex flimkien jikkontribwixxu għall-proċess ta' dekarbonizazzjoni, ibiddlu r-rotta tal-pajjiżi rispettivi tagħhom ħalli jipprevjenu t-tisħin globali u l-estinzjon"It-trasformazzjoni tal-mudell ekonomiku tagħna f 'wieħed iktar newtrali