Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1424516
10 analiżi IL-ĦADD 31 TA' OTTUBRU 2021 • illum MILL-2003 SAL-2017: IL-LABOUR JIEĦU R-RIGNI TAL-EWWEL DISTRETT U L-PN JIBQA' STAĠNAT Il-Partit Nazzjonalista seta' rebaħ bi żbrixx l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008, iżda tilef l-Ewwel Distrett anke jekk bi it voti biss. F'din is-sena, il-Partit Laburista kiseb 10,688 vot (49.7%) filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kien kiseb 10,586 vot (49.3%). Dan ifisser differenza ta' 102 voti favur il-Partit Laburista jew aħjar il-Malta Labour Party (dak iż-żmien). Anke din is-sena, kien il-Mexxej tal-Malta Labour Party (MLP), Alfred Sant li kiseb l-akbar ammont ta' voti u kien l-uniku kandidat, fuq dan id-distrett li ġie elett mal-ewwel għadd. Sant kien żied it voti fuq l-elezzjoni ta' qabel biex fl-2017 kiseb 9,404 voti. Popolari warajh jibqa' l-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt li kien ukoll żied il-voti fuq l-2003 u kiseb 4,261 vot. Madanakollu, din id-darba, Gatt kien elett mat-18-il għadd. Apparti Sant, il-Partit Laburista kien eleġġa lil Josè Herrera li kien kiseb 3,947 vot sal-15-il għadd u anke lil Luciano Busuttil li kien kiseb 3,489, it voti inqas mill-kwota, sad-19-il għadd. Il-Partit Nazzjonalista, apparti Gatt, kien eleġġa lil Mario de Marco li laħaq eżatt il-kwota ta' 3,548 vot fl-14-il għadd. Fil-fatt, fl-2008, il-Malta Labour Party diġà eleġġa siġġu aktar mill-Partit Nazzjonalista, jiġifieri tlieta. Kien biss bis-saħħa ta' Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, li l-Partit Nazzjonalista eleġġa wkoll lid- Deputat Jean-Pierre Farrugia. Fi kliem sempliċi, wara l-elezzjoni tal-1981, kienu daħlu fis-seħħ emendi biex ma jerġax jiġri dak li seħħ f 'dawk is-snin, meta l-Malta Labour Party, immexxi mill-Perit Dom Mintoff, iggverna għax kiseb l-akbar ammont ta' siġġijiet u mhux l-akbar ammont ta' voti. Fil-fatt, wara dik l-elezzjoni, fuq perjodu ta' diversi snin, kienu daħlu fis-seħħ tliet emendi prinċipali: • L-ewwel emenda tistabbilixxi li l-partit li jġib maġġoranza assoluta ta' voti, jiżdudulu s-siġġijiet awtomatikament biex ikollu, minn tal- inqas, maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tieni emenda tgħid li anke jekk partit ikun rebaħ b'maġġoranza relattiva, xorta waħda jiżdidulu s-siġġijiet biex ikollu mqar maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tielet emenda hija dik li nsejħulha tal-proporzjonalità fejn is-siġġijiet jiżdiedu biex jirriflettu s-saħħa tal-voti li jkunu kisbu l-partiti fl- ewwel għadd. Fit-tliet każi, il-kandidati li jiġu eletti jkunu dawn li jkunu kisbu l-akbar ammont ta' voti minn fost il- kandidati mhux eletti (minn distretti oħra). Mela, biex immorru pass lura, fl-2008, il-Partit Nazzjonalista kien rebaħ l-elezzjoni b'maġġoranza relattiva. Bis-saħħa tat-tieni emenda, Jean-Pierre Farrugia kien ġie elett. Għalhekk, jekk wieħed jara l-istampa kollha, fl- Ewwel Distrett, il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Labour Party kienu eleġġew tliet Deputati kull wieħed, anke jekk il-Labour irnexxielu jagħmel dan bla diffikultà ta' xejn. Bħal fil-każ tal-2003, wara Sant, l-aktar kandidati li ġabu voti fl-ewwel għadd kienu kandidati Nazzjonalisti. Anke din is-sena, kemm għall-Partit Nazzjonalista u anke għall-Partit Laburista kienu kkontestaw 10 kandidati. L-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 kienet waħda importanti ħafna hekk kif seħħet it ġimgħat biss wara li Malta vvutat favur is- sħubija fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, ir-Referendum kien sar fit-8 ta' Marzu u l-Elezzjoni Ġenerali fit-12 ta' April. Il-Partit Nazzjonalista kien rebaħ din l-elezzjoni b'distakk ta' 12,080 vot. Anke fl-Ewwel Distrett, il- Partit Nazzjonalista kien kiseb maġġoranza iżda issa ilu minn dik l-elezzjoni ma jirnexxielu jaqlibha lill-Partit Laburista. Fil-fatt, fl-2003, il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 10,548 vot (52%), filwaqt li l-Partit Laburista kien kiseb 9,664 vot (47.7%). Ta' min ifakkar li fuq dan id- Distrett kien jikkontesta l-Mexxej tal-Partit Laburista, jew aħjar dak iż-żmien, tal-Malta Labour Party, Alfred Sant. Fil-fatt, għalkemm id-Distrett kien jintrebaħ mill-Partit Nazzjonalista, Sant kien ikaxkar fil-voti. Fil-fatt, fl-2003, kien elett mal-ewwel għadd bi 8,590 vot. Wara Sant, l-aktar kandidat popolari fuq dan id-Distrett kien l-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt li wkoll kien elett mal- ewwel għadd bi 3,618-il vot. Apparti dan, il-Partit Nazzjonalista kien eleġġa wkoll lil Mario de Marco u lil Antoine Mifsud Bonnici. De Marco kien elett mad-19-il għadd wara li kiseb 3,810 voti u Mifsud Bonnici kien elett fl-għadd ta' wara b'3,710 voti. Apparti Sant, il-Partit Laburista kien eleġġa lil Josè Herrera li sas- 17-il għadd kien kiseb 3,889 voti. Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista kien eleġġa tliet Deputati u l-Partit Laburista żewġ kandidati. Ta' min isemmi wkoll li jekk wieħed iħares biss lejn il-voti miksuba wara l-ewwel għadd, jekk tneħħi lil Sant, kienu l-kandidati Nazzjonalista l-aktar li ġabu ammont konsiderevoli ta' voti. Diġà semmejna kemm kien ġab voti Austin Gatt, iżda anke de Marco, Mifsud Bonnici u Jean Pierre Farrigia (li ma kienx ġie elett) kienu kisbu aktar minn 1,000 vot fl-ewwel għadd. F'din l-elezzjoni, kemm għall- Partit Nazzjonalista u anke għall- Partit Laburista kienu kkontestaw għaxar kandidati. 2003: L-aħħar maġġoranza 'komda' għall-PN fl-Ewwel Distrett 2008: Jibda jberraq għall-PN anke fl-Ewwel Distrett Il-gazzetta ILLUM tibda sensiela ta' 13-il artiklu li fihom se tagħti ħarsa u tanalizza r-riżultati li kisbu l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PN PL 10,548 9,664 PN PL 10,586 10,688