Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 • illum aħbarijiet Aġġornament tal-Istrateġija Spazjali B'xi mod jew ieħor, kulħadd jista' jagħti sehmu biex ifassal id-dinja li se jħalli lil uliedu u r-residenti ta' Malta mhumiex eċċezzjoni. Jekk l-individwi, in-negozji u l-awtoritajiet tal- pajjiż iridu jirnexxielhom jiksbu żvilupp sostenibbli, irid ikun hemm qbil dwar l-għan kif ukoll kif dan se jintlaħaq. Hemm bżonn ta' strateġija. Meta ħareġ fl-2015, il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall- Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) fittex li joħloq proprju tali strateġija. Mfassla mill-Awtoritá u approvata mill-Parlament, l-SPED huwa l-pjan sħiħ biex Malta timxi lejn żvilupp sostenibbli. Issa, il-pjan għaddej mill-ewwel reviżjoni tiegħu. "Il-missjoni tagħna kienet dejjem li nintegraw l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp ta' Malta f 'qafas ta' politika u ppjanar li jiżgura s-sostenibbiltà," jispjega Perit Christopher Borg, id-Direttur tal-Ippjanar tal-PA. "L-SPED tibqa' l-viżjoni ġenerali ta' Malta għall-iżvilupp u tiggwida pjanijiet u policies sussidjarji oħra, filwaqt li sservi bħala punt ta' referenza għal policies oħra tal-Gvern b'dimensjoni spazjali. Iżda ż-żminijiet jinbidlu u jitfaċċaw sfidi ġodda, u għalhekk ir- reviżjonijiet perjodiċi huma rekwiżit legali integrali sabiex l-SPED jibqa' dokument ħaj." Fil-fatt, l-ewwel tragward ta' reviżjoni tal-SPED kien mistenni li jibda fl-2020 u jiffoka fuq il-karattru u l-kwalità tal-ambjent, il-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' Malta. Ir-reviżjoni għadha għaddejja permezz ta' studji li janalizzaw l-istrateġija spazjali ta' Malta abbażi ta' key performance indicators u informazzjoni miksuba minn entitajiet, fosthom l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u l-Bank Ċentrali. L-istudji jinvolvu wkoll evalwazzjoni tal- implikazzjonijiet spazjali tal- policies ekonomiċi, soċjali u ambjentali attwali tal-Gvern. "Qed nidentifikaw xejriet ta' żvilupp mil-passat u l-preżent biex nantiċipaw il-ħtiġijiet spazjali futuri ta' Malta, kif ukoll biex niddeterminaw kif il-qafas ta' sostenibbiltà tagħna jista' jiżgura li l-iżvilupp illum ma jfixkilx il-ħajja tal- ġenerazzjonijiet futuri. Billi naġġornaw l-Istrateġija Spazjali tagħna, nistgħu nippjanaw għat- tkabbir ekonomiku meħtieġ filwaqt li nħarsu l- benesseri ambjentali u soċjali tagħna," jgħid il-Perit Borg. Għal dan il-għan, l-Istrateġija Spazjali Nazzjonali ser tiddependi fuq għadd ta' studji, fosthom: 1. Studju Demografiku biex nanalizzaw xejriet fil-popolazzjoni, il- migrazzjoni u l-familji, filwaqt li nipprovdu p r o ġ e z z j o n i j i e t alternattivi għall-futur. 2. Studju Dwar l-Impjiegi biex nanalizzaw it- tendenzi tal-impjiegi u jsir tbassir tal- impjiegi, inkluż it-tipi t'impjiegi, età tal-irtirar u parteċipazzjoni tan- nisa fid-dinja tax-xogħol. L-istudju se jipproġetta wkoll rekwiżiti tal-użu tal-art biex jakkomodaw impjiegi futuri. 3. Studju tad-Djar biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet u t-talbiet g ħ a l l - a k k o m o d a z z j o n i fil-kuntest tal-art disponibbli. 4. Verifika tal-Policies Bħalissa qed jiġi rivedut il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall-Ambjent u l-Iżvilupp. Il-Perit Christopher Borg mill-Awtorità tal-Ippjanar ta' Malta (PA) qasam l-għarfien tiegħu dwar il-proċess u jħeġġeġ lill-pubbliku jinvolvi ruħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021