Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 Mark Vella jifli żewġ kotba ta' Michael Refalo, riċerkatur li jagħti l-ħajja lill-istorja tal-poplu Malti billi jħares lejn l-aspetti ta' kuljum ta' niesu, miċ-ċakkar san-negozjant, biex iwassal ritratt ħaj tar-ruħ Maltija li jista' jgħidilna ħafna anki dwar min aħna llum kirurġika jasal biex jifli u jagħżel sakemm jagħmel sens minnhom u joħloq ġrajja. Ġrajja li hija storja wkoll, jekk hux bl-esse kbira jew żgħira jaf jiddeċidih ħaddieħor, jekk tassew huwa meħtieġ, wara kollox. Narrattiva madankollu, ħarsa mod ieħor lil hinn mill-fatti għerja tad- dati u s-sensiela ismijiet tal- kbar u s-setgħana, magħmula minn stejjer iżgħar ta' nies mill-aktar żgħar, li madankollu jingħataw wiċċ u piż storiku, f 'dan il-mużajk ġdid li donnu qatt ma jieqaf jalimenta aktar mistoqsijiet u kurżità. Is-sottotitlu tal-ktieb huwa wkoll indikattiv tal-metodu ta' Refalo. Il-ħajja u l-mewt, ġa baħar bla qies, imma wkoll il- kriminalità: tridu eċċellenti li jiġbor l-umanità, bil-virtujiet u l-vizzji kollha. Dan ix-xogħol jeżamina sistematikament il- mod kif kotrot komunità ta' Maltin emigranti, anki mill- aspett ta' safar li jaf jibda bħala turufnament trawmatiku imma li minn ġenerazzjoni għal oħra jsir installazzjoni tal-Malti f 'art barranija, fejn jibdew familji, negozji u t-tbandil varju tax- xorti, u f 'din il-Malta lil hinn minnha nnifisha, nifhmu aktar lil artna stess, bħallikieku qed nesperimentaw billi nqiegħduha f 'ambjent li mhux tagħha u naraw kif kapaċi tfendi. Refalo jagħfas fuq il-kunċett tas-subaltern bħala wieħed mid- dinamiċi ewlenin li jmexxu r-riċerka tiegħu, għall-fatt li l-protagonista ewlieni ta' xogħlu huwa fil-biċċa l-kbira segment partikolari tal-poplu, x'aktarx dak l-aktar saflieni u li jemigra għall- bżonn, tista' tgħid imġiegħel. Nistgħu ma ngħiduhiex, imma mhux dejjem evidenti, li stejjer bħal dawn li għadda minnhom il-poplu tagħna lbieraħtlura, jekk mhux ilbieraħ, joħorġu bosta paralleliżmi mal-mewġiet subalterni ġodda li joqorbu lejn xtutna fit-tiix ta' ħajja aħjar. Xejn ġdid taħt il-kappa tax- xemx, għalhekk, jew il-famuża ripetizzjoni tal-istorja: bħal ma l-Afgan jiaħ ħanut tal-ikel il- Ħamrun u xi ħadd mill-Qarn tal-Afrika jinqabad Paceville bil- ħaxixa, ġrajjiet il-Maltin imsefrin huma mera xierqa għall-iżviluppi li qed naraw fi żmienna. Kelma tal-aħħar dwar l-istil ta' Refalo li huwa l-kitba ċara, l-annotamenti rigorużi, u s-sens ta' narrattiva mexxejja, li kollha jingħaqdu flimkien biex isawru rumanz ta' poplu, fejn ir-riċerkatur jirnexxi għaliex jislet mill-fatti għerja anki storja tar-ruħ. Studju ta' ħajjiet, individwali u kollettivi, kif ukoll il-modi tal-għixien tagħhom, li bilfors ikollu jikxef il-medda kollha tas-sentimenti. Mhux biss, imma l-ħarsa ta' Refalo hija waħda li tħares bl-attenzjoni lejn il-materjali, il-bażi ekonomika u soċjali bħala dik li tmexxi l-iżviluppi storiċi u li anki tiddetermina s-sentiment u l-ideoloġija, fis-sens tal-għarfien tagħna tad-dinja, sew dak apparentement inkonxju inkella dak li nispiċċaw nadottawh bħala għarfien naturali. Dawn iż-żewġ volumi huma produzzjoni mill-isbaħ oħra tal-Kite, dar żagħżugħa li madankollu għandha viżjoni editorjali ċara, speċjalment fl- ambitu tal-kotba ta' riċerka u akkademiċi. Il-ħila li nattribwilhom hija li, fost l-oħrajn, irnexxielhom jibnu katalgu ta' ismijiet ġodda li madankollu mhumiex debuttanti, iżda li donnhom kienu qed jistennew li jsibu darhom sabiex ixerrdu l-produzzjoni tagħhom. Dawn iż-żewġ kotba huma żgur żieda indispensabbli fil-librerija li tkompli ssaqsi u tfittex biex tifhem lir-ruħ Maltija, lil hinn mill-miti imma bl-elaborazzjoni serja (imma anki parzjalment 'irrumanzata') tal-ġrajjiet ħajjin ta' ġenerazzjonijiet imgħoddija. Giuseppe (De) Brincat: A Gozitan Wine Merchant 1890s- 1930 kien ġie ffinanzjat fl-2017 minn għotja tal-Fond għall-Ktieb Malti tal-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021