Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Stedina: żommu l-bibien miftuħin Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD I d-dibattitu pubbliku dwar l-abort qed jitħammeġ bil-minuta. Dan kif sfor- tunatament wieħed kien jistenna. Il-kummenti tal-qassis li ddeskriva lill-kandidata tal-Partit Nazzjonalista Emma Portelli Bonnici bħala xi Hitler, bdew il-ġimgħa! Għalkemm mill-Kurja tal-Arċisqof ordnawlu jneħħi dak li ppubblika fuq il-midja soċjali, il-ħsara saret. Meta ser nitgħallmu nirrispettaw lil xulxin? Għalfejn hi daqshekk diffiċli? Il-Partit Laburista hu kawt ħafna. Hu rari ħafna li tisma' lil xi kelliemi jew kelliema tal-Partit Laburista jesprimu ruħhom dwar l-abort. Huma konxji tal-veduti kuntrastanti dwar l-abort fi ħdan il-partit. Dan, minnu nnifsu hu xi ħaġa tajba għax jista' jwassal għal diskussjoni matura. It- tmexxija Laburista tal-lum, kif nafu, hi konservattiva bil-bosta dwar is-suġġett avolja fost il- votanti laburisti hemm element progressiv b'veduti opposti għal dan. Dawn jinkludu xi kandidati kif ukoll xi Membri Parlamentari (inkluż MEPs). Il-Partit Nazzjonalista, min- naħa l-oħra, jekk wieħed jiżen sew dak li qal Bernard Grech iktar kmieni din il-ġimgħa, għadu ma tgħallem xejn mill- kampanja referendarja ta' għaxar snin ilu dwar id-divorzju. Jiena nirrispetta l-pożizzjoni politika tal-PN imma għadni ma nistax niem kif inhu possibbli li partit politiku kontinwament jipprova jsikket jew jostor lil dawk fost il-membri tiegħu li għandhom fehma differenti minn dik uffiċjali u li għandhom il-kuraġġ li jitkellmu dwarha. Li toħnoq id-dibattitu intern qatt ma jagħmel ġid. L-impatt ta' dan hu wieħed fit-tul u jmur lilhinn minn dak preżentment taħt diskussjoni. Kif ġie nnotat f 'fora oħra, dak li qal Bernard Grech għandu tifsira waħda: id-dibattitu intern dwar l-abort fil-PN hu issa magħluq u min għandu fehma differenti jista' jaqbad it-triq it-twila. Dak hu messaġġ ċar daqs il-kristall. Fi ħdan ADPD, il-Partit l-Aħdar, f 'Mejju li għadda, wara dibattitu intern li ħa tliet snin, ħadna deċiżjoni dwar proposta politika ċara favur id-dekriminalizzazzjoni biex kwalunkwe mara li tagħżel li tagħmel abort ma tkunx soġġetta għal azzjoni kriminali. Nefasizzaw ukoll li l-abort m'għandux ikun normalizzat u għandu jkun limitat għal ċirkustanzi speċifiċi, straordinarji u ċari. L-artikli dwar l-abort fil-kodiċi kriminali mhumiex addattati għaż-żmien li qed ngħixu fih. Tfasslu iktar minn 160 sena ilu u jeħtieġu li jkunu aġġornati għas- seklu 21! Jeħtieu li jkunu mfassla mill-ġdid ibbażati skont il- progress fix-xjenza u l-mediċina tul is-snin: progress enormi li sar f 'dawn il-160 sena! Nidentifikaw tliet ċirkustanzi straordinarji meta l-abort hu ġustifikat, jiġifieri meta l-ħajja tal-mara tkun fil-periklu, meta t-tqala tkun riżultat ta' vjolenza (stupru jew inċest) inkella meta t-tqala tkun waħda li mhijiex vijabbli. Hemm il-ħtieġa urġenti ta' enfasi dejjem ikbar fuq l-edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva. Dan hu nuqqas li jeħtieġ li jkun indirizzat malajr kemm jista' jkun. Hemm min ikkritikana għax jgħid li bqajna lura. Oħrajn ikkritikawna għax qalu li għidna iżżejjed. Iċ-ċavetta għal dibattitu dwar l-abort hi l-empatija: l-kapaċità li tiem u tħoss dak li għaddej minnu ħaddieħor. Hu essenzjali li nisa li jkunu għamlu l-għażla favur abort ma jkunux ippersegwitati. Huma, iktar minn ħaddieħor, jeħtieġu l-protezzjoni tal-istat u dan minħabba l-vulnerabilità tagħhom. Bħala riżultat ta' ħarsien mill-istat, bosta jibdew ifittxu l-għajnuna qabel ma jieħdu deċiżjonijiet diffiċli. Dan iwassal biex insalvaw il-ħajjiet kif ukoll biex ikunu evitati numru ta' kumplikazzjonijiet mediċi. Id-dibattitu dwar l-abort f 'Malta huwa sfortunatament ikkaratterizzat minn perjodi twal ta' skiet segwiti minn perjodi oħra b'tixrid ta' mibgħeda u kull xorta ta' insulti. Dan mhux aċċettabbli. Il-partiti politiċi għandhom ikunu fuq quddiem biex jinkoraġġixxu dibattitu oġġettiv u matur. Waqt li ħaddieħor jagħlaq il-bieb għad-dibattitu u għad- diskussjoni, il-bieb tagħna huwa miuħ beraħ. Dejjem! Id-dibattitu dwar l-abort f'Malta huwa sfortunatament ikkaratterizzat minn perjodi twal ta' skiet segwiti minn perjodi oħra b'tixrid ta' mibgħeda u kull xorta ta' insulti. Dan mhux aċċettabbli. Il-partiti politiċi għandhom ikunu fuq quddiem biex jinkoraġġixxu dibattitu oġġettiv u matur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021