Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464
IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum aħbarijiet Fl-aħħar sentejn u nofs inqabdu aktar minn 2,000 kilo kokaina ANTHEA CACHIA Tul dawn l-erba' snin, l-aktar tipi ta' droga komuni maqbuda baqgħu bejn wieħed u ieħor l-istess. Dawn kienu l-kokaina, l-eroina, u l-kannabis; kemm f 'forma ta' ħaxixa kif ukoll f 'reżina, sustanza sekondarja magħmula b'mod naturali mill- kannabis. Apparti minn hekk, fl-2019 u fl-2020 kien hemm qabdiet sostanzjali ta' droga sintetika. Minkejja li dawn baqgħu popolari b'mod konsistenti f 'dan il-perjodu kollu, l-ammont li ġie kkonfiskat mill-Korp tal-Pulizija varja kull sena. Filwaqt li kemm fl-2017 u fl-2018 il-kannabis kienu l-aktar ikkonfiskati, fl- aħħar sentejn u nofs l-aktar tip ta' droga maqbuda kienet il- kokaina. Mill-2019 sa' Lulju tal- 2021, ġew ikkonfiskati total ta' 2,019.6kg kokaina. Fl-2019 ġew ikkonfiskati 747.3kg, fl-2020 inqabdu 524.5kg filwaqt li fl- ewwel sitt xhur tal-2021 inqabdu 747.8kg. Minn naħa l-oħra, fl- 2017 ġew ikkonfiskati 322.5kg u fl-2018 inqabdu 187.5kg. Ta' min wieħed isemmi li fl- aħħar sena u nofs, il-pulizija ma kkonfiskat ebda' LSd, droga li tiġi magħmula minn kimiċi li normalment isibhom f 'tipi fungus. Filwaqt li fl-2017 kien hemm ħames qabdiet ta' LSd u fl-2019 kien hemm erba' qabdiet, fis- sena 2018 kien hemm 88 qabda, l-akbar ammont f 'dan il-perjodu. Id-differenza radikali tista' tiġi nnotata wkoll fil-qabdiet tal- ecstasy. Fl-2017, ma kien hemm ebda qabdiet ta' ecstasy. Minkejja dan fl-2018 kien hemm qabda ta' 368.5 grammi. Ferm aktar mill-qabdiet tas- snin l-oħra hekk kif fl-2019 ġew ikkonfiskati 148.5g, fl- 2020 ikkonfiskaw 14.5g u fl- ewwel seba' xhur tal-2021, 14-il gramma. F'dan il-perjodu kemm kien hemm qabdiet tal-kannabis? Mil-lat ta' kannabis, l-ammont ta' joints ta' kannabis li nqabdu maż-żmien naqas drastikament. Iċ-ċifra totali tal-2017 kienet ta' 107 joint, fl-2018 ġew ikkonfiskati 115-il joint, fl-2019 inqabdu 151 joint mentri fl-2020 kien hemm 7 u sa' Lulju 2021. Minn naħa l-oħra, rigward pjanti tal-kannabis, fl-ewwel seba' xhur tal-2021, kien hemm l-akbar qabdiet minn dan il- perjodu kollu, b'total ta' 39 pjanta. Fl-2017 ġew ikkonfiskat 11-il pjanta, fl-2018 u fl-2019 ġew ikkonfiskati żewġ pjanti kull sena u fl-2020 inqabdu erba' pjanti. Intant, fejn jidħlu żrieragħ tal-pjanti tal-kannabis, fl-2017 kien hemm l-akbar ammont ta' qabdiet b'total ta' 318, fl- 2019 kien hemm 56 żerriegħa kkonfiskata, fl-2020 erba' u sa' Lulju tal-2021 ġew ikkonfiskati 209. Fl-2018 ma kien hemm ebda qabdiet. Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi Byron Camilleri, li ppublika din l-istatistika fuq il- qabdiet tad-droga reġistrati mit- Taqsima Kontra Droga tal-Korp tal-Pulizija. Dan wara li ġie mistoqsi mid-Deptutat Jason Azzopardi, waqt seduta Parlamentari, biex jippublika l-ammont totali u t-tipi ta' droga maqbuda, sena b'sena mis-sena 2017 sa' issa. 'L-għan tar-rifroma hi li jitkissru ċ-ċrieki ta' traffikar illegali' Dawn iċ-ċifri ġew ippublikati ġimgħat wara li ġie ppreżentat għall-ewwel qari fil-Parlament, l-Abbozz ta' Liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis. Il-Ministru responsabbli mir- riforma tal-kannabis Owen Bonnici saħaq li l-għan ewlieni wara din ir-riforma huwa li jitkissru ċ-ċrieki ta' traffikar illegali tal-kannabis, droga oħra u s-suq iswed kif ukoll biex jonqos ir-riskju ta' ħsara minħabba kwalità inferjuri ta' kannabis li jinxtara. Bħala parti minn din ir- riforma, il-Ministru Bonnici spjega li l-konsum tal-kannabis fil-pubbliku, ħlief għal raġunijiet mediċi, mhuwiex permess u jista' jwassal għal proċeduri quddiem il-Kummissjoni għall-Ġustizzja u anke multa ta' €235. Bonnici saħaq li pussess ta' kannabis f 'ammont ta' seba' grammi għall-użu personali, minn persuna ta' 18-il sena jew aktar, mhux se jkun meqjus aktar bħala reat u mhux se jkun qed jagħti lok għal proċeduri. Permezz ta' din ir-riforma persuna se tkun tista' tkabbar sa erba' pjanti tal-kannabis fid-dar tagħha, sakemm dawn ma jkunux jidhru minn postijiet oħra. Dan filwaqt li se jkun permess li persuna żżomm sa' 50 gramma ta' kannabis fil-post tar-residenza. Jekk wieħed jaqbeż dan il-limitu u l-persuna tinqabad mill- Pulizija, jittieħdu passi dwar il- pussess. Apparti minn hekk, persuna li kienet instabet ħatja mill- Qorti ta' reat li issa se jkun qed jiġi depenalizzat, se jkun jista' jneħħi s-sentenza minn fuq il- kondotta tiegħu billi jagħmel talba formali. … filwaqt li fl-ewwel sitt xhur tal-2021 rat l-ogħla qabdiet tal-pjanti tal-kannabis