Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464
12 intervista IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'Għawdex għandu jkollu l-aqwa sptar bl-aqwa servizz MARIANNA CALLEJA U ALBERT GAUCI CUNNINGHAM In-narattiva wara d-diskussjonijiet dwar Għawdex fl-aħħar it ġimgħat, b'mod partikolari wara l-Baġit, kienet tiġbed lejn żewġ estremi. F'estrem issib lill-Partit Nazzjonalista, li lanqas biss kienu għaddew 24 siegħa meta ħareġ jgħid li, "Għawdex ġie minsi mill-Gvern." Fl-estrem l-ieħor lill-Partit Laburista li jiaħar li ħabbar numru ta' proġetti għall-gżira Għawdxija. Fil-fatt din kienet l-ewwel mistoqsija li din il-gazzetta staqsiet lill-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri. Filwaqt li nżommu f 'moħħna n-narrativa tal-PN, l-Għawdxin x'se jieħdu minn dan il-Baġit? €27 miljun għal gżira Għawdxija ... €5 miljun żieda mill-baġit preċedenti Il-Ministru Clint Camilleri fetaħ id-diskussjoni billi spjega li l-Baġit alloka l-akbar pakkett li qatt ġie allokat għal Għawdex, jiġifieri €27 miljun. Dan ifisser, spjega l-Ministru €5 miljuni aktar mill-baġit preċedenti. "Dan il-Baġit jimlina b'kuraġġ u b'determinazzjoni għax, fl- aħħar mill-aħħar, ikollok il-flus biex taħdem, il-flus biex tkompli l-proġetti u tibda proġetti ġodda." Camilleri elenka mal- gazzetta ILLUM tliet proġetti ta' importanza li se jkunu qegħdin jibbenifikaw mill-Baġit. Bi struttura ta' xejn inqas minn 5,000 metru kwadru, l-ewwel proġett huwa dak taċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv li għandu Baġit ta' madwar €6 miljun iddedikati għalih biss. Dan il-proġett se joffri l-ewwel pixxina nazzjonali għal Għawdex, b'daqs olimpiku ta' 50 metru b'25 metru, kif ukoll padiljun sportiv li se jiaħ il-bibien għal diversi dixxiplini sportivi oħra. Il-Ministru spjega li l-parti tal- kostruzzjoni nnifisha hija lesta u għalhekk il-Gvern qed jistenna li jiaħ dan iċ-ċentru matul is-sena li ġejja. It-tieni proġett li semma Camilleri hu dak tal-Mużew ta' Għawdex. Dan se jkun mużew li fih jinkorpora l-arti u l-istorja ta' dak kollu li għandu x'jaqsam ma' Għawdex, kemm fil-baħar u anke fuq l-art. L-aħħar proġett li tkellem fuqu l-Ministru kien dak tal- infrastruttura. Huwa semma x-xogħlijiet li qed isiru fi Triq l-Imġarr li se tkun kompluta sas- sena d-dieħla kif ukoll Triq Sant Antnin. L-akbar kritika li saret lill-Gvern hi li matul is-snin li għaddew ma kienu qed isiru l-ebda proġetti fil-gżira Għawdxija. Biex inkunu semmejna it minn dawn, għandek il-Qorti ta' Għawdex u anke d-dar tal-anzjani, li sabiħa kemm hi sabiħa, għadha vojta. Bla ebda telf ta' ħin, Camilleri qabel li kien hemm żmien twil fejn ma seħħ l-ebda proġett, iżda fi kliemu, dawn kienu ħafna mill-proġetti li kien wiegħed Gvern Nazzjonalista. Kompla jgħid li għal għoxrin sena sħaħ, aministrazzjoni Nazzjonalista wiegħdet u ma wettqitx. "Issemmew ħafna toroq fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista u ma sar xejn. Aħna għamilna ammont rekord ta'toroq. Din is- sena biss, sal-aħħar ta' Settembru, għamilna xejn inqas minn 34,000 metru ta' toroq." Fakkar ukoll fil-Fast Ferry, proġett ieħor li fi kliemu wiegħed Gvern Nazzjonalista iżda wettqu biss Gvern Laburista. Sejħa biex jinstab post ġdid għall-Qorti Għawdxija Camilleri qal li fil-każ tad-dar tax-xjuħ, hemm tender li qed jiġi evalwat u malli jkun konfermat jibda' l-operat tal-istess binja. Fil-każ tal-Qorti ta' Għawdex, huwa spjega li meta laħaq Ministru sab li l-istruttura li qed tospita l-Qorti hi waħda antika ferm. Huwa żvela li l-Gvern, fil- ġimgħat li ġejjin, se jkun qed joħroġ sejħa għall-offerti sabiex jinstab post ġdid. B'daħka huwa qal li ma jistax jaċċetta kritika bħal din, "meta għaddejna minn kwart ta' seklu litteralment ma jsir xejn apparti fi triq waħda li twasslek mill- Imġarr għal ta' Pinu." Anzi huwa kompla jinsisti: "aħna mhux biss inwegħdu l-affarijiet iżda li nwegħdu naraw li jkun jista' jsir, nikkonsultaw u nwettquh." 'Minn 750 ruħ bla impjieg fl- 2013, għal 136 fl-aħħar xhur' Induru fuq is-sitwazzjoni tal- impjieg u l-investiment privat fil-gżira ta' Għawdex. Il-gazzetta staqsiet lill-Ministru jekk kienx hemm investiment ġdid attirat lejn Għawdex fl-aħħar xhur. Sabiex iwieġeb lil ILLUM huwa beda' billi jirrakonta kif Għawdex kien meqjus bħala mażra mal- ekonomija ta' Malta u llum il- ġurnata huwa wieħed mill-akbar muturi ekonomiċi. Sostna li qabel l-2013 kien hemm 750 Għawdxi u Għawdxija bla xogħol u fi kliemu, illum, Għawdex għandu l-inqas rata ta' qagħad fil-istorja tiegħu, jiġifieri 136 persuna biss bla xogħol. Kompla jispjega li Għawdex kellu wkoll l-ikbar żieda fl-impjieg, rekord ta' 14,313 impjieg li jekk tqabblu ma' dak ta' qabel l-2013, ifisser żieda ta' 4,500 impjieg ġdid. Huwa qal li s-settur privat kien essenzjali sabiex Għawdex jilħaq dawn iċ-ċifri. Semma li Għawdex qed jattira numru ta' kumpaniji u investimenti minn barra bħall- iskola ta' Barts. Semam wkoll il-proġett ta' Steward Healthcare li skont il-Ministru, "kien investiment ta' suċċess, faħħru kulħadd." Insista li l-Gvern huwa determinat lijkompli jaħdem biex jattira investimenti li kapaċi joħolqu xogħlijiet ta' kwalità ġewwa Għawdex. Dan kollu jidher sabiħ, speċjalment iċ-ċifri b'numri kbar miktubin fuq karta iżda vera li l-impjieg żdied għax il-Gvern daħħal ċorma nies jaħdmu fis- settur publikku? Għal darba oħra Camilleri infaqa' jidħak filwaqt li sostna li dawn huma biss narrativi li jipprova jimbutta l-PN. Huwa insista li jekk wieħed jara l-ammont ta' persuni li kienu jaħdmu mal-Gvern, lura fl-2012, imqabbla mal-ammont ta' persuni li jaħdmu mas-settur privat kellek 37%. Illum, skont statistika li ħarġet fil-bidu tas-sajf, l-ammont ta' nies li jaħdmu mal-Gvern ikkumparat ma' dak li jaħdmu mal-privat huwa ta' 27%. Ħarsa ta' malajr lejn it- Turiżmu f 'Għawdex fl-aħħar sentejn "Kellna sitwazzjoni fejn prattikament kellna l-ajruport magħluq u anke wara li fetaħ ... kellek nies li jistkerħu jsiefru 'l bogħod minn pajjiżhom. Għamilna l-isforz kollu biex nattiraw it-turiżmu intern ġewwa Għawdex." Hekk qal il-Ministru Clint Camilleri meta mistoqsi dwar it- turiżmu fl-aħħar sentejn, b'mod speċjali fil-qilla tal-pandemija. Tkellem ukoll dwar il-miżuri li daħħal il-Gvern, bħal roħs fil- prezzijiet tal-vapur l-iktar matul il-ġimgħa. Huwa qal li minkejja "x-xokk mondjali", Għawdex baqa' jattira n-nies lejh. Imma x'se jiġri meta l-Maltin jerġgħu jaqbdu jsiefru? Hawn, il-Ministru, semma għal darba oħra l-Fast Ferry. Huwa ddeskriva dan is-servizz bħala opportunità. Spjega fi it kliem, kif restoranti fl-Imġarr qegħdin igawdu minn iktar Maltin u turisti li jitilgħu sempliċiment għal it ħin. Sostna li dan is-servizz qed jagħti opportunità lit-turisti, l-iktar dawk lejn in-naħat tan- nofsinhar ta' Malta u fil-Belt Valletta stess, biex jaqsmu l-fliegu f '45 minuta mingħajr il-bżonn ta' karozza. Hawn jidħol Santorini. Il- Santorini ġieli mort? Skont il-Ministru Clint Camilleri, Għawdex tista' tkun Santorini oħra. Imma kif? Vera li l-Gvern qed jipprova "jeqred lil Għawdex" billi jġiba "kopja ta' Malta"? Fuq kollox l-Iisptar Ġenerali ta' Għawdex x'se jsir minnu? Il-gazzetta ILLUM tintervista lill-Ministru