Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464
06 analiżi IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum MILL-2003 SAL-2017: INUTLI L-ISFORZI TAL-PN. IL-PARTIT LABURISTA JIBQA' JISSAĦĦAĦ FIT- TIELET DISTRETT Jekk tqabbel l-elezzjoni ġenerali tal-2003 u tal-2008, ħlief għall-kandidati, ftit li xejn inbidel fejn tidħol is-sitwazzjoni taż-żewġ partiti l-kbar. Il-Partit Nazzjonalista, fuq bażi nazzjonali, naqqas drastikament il- popolarità. Rebaħ l-elezzjoni bi ftit mijiet ta' voti. Fit-tielet distrett baqa' tista' tgħid fl-istess ilmijiet tal-2008. Fil-fatt, fl-2008, fit-tielet distrett il-Malta Labour Party kiseb 14,237 vot jew 62.5% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 8,135 vot, jiġifieri sab l-appoġġ ta' 35.7% tal-votanti f 'dan id-distrett. Li nbidel l-aktar huwa fejn jidħlu l-kandidati. Jekk tqabbel mal-Elezzjoni Ġenerali tal-2003, it-tabib George Vella, li issa ma kienx għadu Deputat Mexxej, naqqas il-voti tiegħu kważi bin-nofs. Fil-fatt, din is-sena, il-voti bejn il- kandidati tal-Partit Laburista nfirxu ħafna. Kien hemm kandidati li żiedu l-voti fuq is-snin ta' qabel u kandidati oħra li kkontestaw għall-ewwel darba, fosthom Owen Bonnici u li wkoll irnexxielhom iġibu ammont sostanzjali ta' voti. George Vella kien elett fis-sitt għadd bi 3,799 vot, eżatt daqskemm kienet il-kwota. Anke jekk Vella kien xorta waħda l-aktar kandidat li ġab voti fl-ewwel għadd u ġie elett pjuttost kmieni, Carmelo Abela ġie elett fil-15-il għadd b'aktar voti. Fil-fatt, Abela kiseb 4,677 vot. Jekk wieħed iqabbel l-elezzjoni tal-2003 ma' dik tal-2008, jirriżulta li Carmelo Abela żied sostanzjalment il-popolarità tiegħu, tant li anke fl-ewwel għadd irnexxielu jġib aktar voti minn Helena Dalli, li fl-2003 kienet l-aktar kandidata popolari wara George Vella. Helena Dalli din id-darba ma laħqitx il- kwota. Hija kienet eletta fid-19-il għadd bi 3,707 voti. Evantwalment, Dalli kienet ċediet is- siġġu tagħha f 'dan id-distrett u fl-elezzjoni każwali kien elett għall-ewwel darba Owen Bonnici. Il-Partit Nazzjonalista kien eleġġa lil Mario Galea u lil Carmelo Mifsud Bonnici. Galea kien elett fis-17-il għadd b'4,714-il vot, filwaqt li Mifsud Bonnici kien elett fl- għadd ta' wara b'4,311-il vot. Mifsud Bonnici kien irnexxielu jaqlibha lil Francis Agius li kien elett minn dan id- distrett fl-2003. F'din is-sena, il-Malta Labour Party kellu 12-il kandidat, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu sitt kandidati. Kif spjegajna fil-ġimgħat li għaddew, l-elezzjoni ġenerali tal-2003 kienet waħda importanti ħafna, għax seħħet ftit ġimgħat biss wara li Malta vvutat favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-Partit Nazzjonalista kien rebaħ din l-elezzjoni b'aktar minn 12,000 vot. Madanakollu, ma kien hemm l-ebda dubju li t-tielet distrett kien fortizza tal-Partit Laburista. Fil-fatt, f 'din l-elezzjoni, il-Malta Labour Party (kif kien jissejjaħ il-Partit Laburista dak iż-żmien), kien ġab 13,724 vot, jew inkella 62.1% tal-voti. Mill-banda l-oħra, anke jekk rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali b'ammont sostanzjali ta' voti, fit-tielet distrett, il-Partit Nazzjonalista kiseb 8,187 vot, jew inkella 37% tal-voti. Kif wieħed jista' jobsor, l-aktar kandidat li ġab voti kien it-tabib Żejtuni George Vella, illum President ta' Malta. Ta' min ifakkar li dak iż- żmien, George Vella kien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall- Affarijiet tal-Parlament u għalhekk kien wieħed mill-uċuh tal-kampanja Partnership, fi żmien ir-Referendum tal-Unjoni Ewropea. Vella kien kiseb 6,497 vot u kien elett minnufih mal-ewwel għadd. Huwa kien ilu jiġi elett mill-1976. Warajh, fl-ewwel għadd, l-aktar li ġabet voti kienet Helena Dalli, li kienet eletta għall-ewwel darba fl- 1996. Madanakollu, Carmelo Abela, li wkoll hu miż-Żejtun, kien elett b'aktar voti hekk kif wiret ħafna mingħand George Vella. Fil-fatt, huwa kien elett fl-14-il għadd b'4,031 vot. Helena Dalli, kienet eletta fl-għaxar għadd bi 3,712-il vot. Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista kien eleġġa żewġ Deputati. Francis Agius kien elett fl- 10 għadd b'4,100 vot, filwaqt li Mario Galea kien elett ukoll fl-istess għadd b'4,065 vot. Eventwalment, George Vella kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett li fih jgħix, hekk kif hu, anke jekk b'ħafna inqas voti, kien elett ukoll fuq il-ħames distrett. Fl-elezzjoni każwali, kien elett Joseph Abela. F'din l-elezzjoni, il-Partit Laburista kellu għaxar kandidati u l-Partit Nazzjonalista seba' kandidati. 2003: Il-Labour diġà b'saħħtu iżda l-PN kienu għadu jeleġġi żewġ Deputati 2008: George Vella jnaqqas l-appoġġ hekk kif il-voti tal-Laburisti jinqassmu Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss it-tielet distrett PN PL 37.08% 62.15% PN PL 35.70% 62.47%