Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA" NOVEMBRU 2021 George Hyzler insibu l-bibien magħluqa' – il-Kunċizzjoni ta' Bormla wkoll se tibqa' ġewwa F'kummenti mal-gazzetta ILLUM ix-xahar li għadda, Coleiro kien ippropona li l-festa ta' Bormla, anke jekk ridotta, kellha sservi ta' esperiment biex it it, anke l-festi jerġgħu jibdew ikunu ċċelebrati. "Jiena ċert li l-maġġoranza tan-nies u d-dilettanti, mhux biss Bormliżi, kienu qed jittamaw li l-festa ta' Bormla kienet se tkun l-ewwel xaqq ta' dawl għall-festi. Issa rridu nistennew sa Frar biex forsi jitbexxaq xi it il-bieb," insista Coleiro. Saħaq li wisq jibża' li d-deċiżjoni li ma toħroġx il- purċissjoni ta' Bormla ttieħdet biex ikunu kkuntentati dawk il- it, li fi kliemu, "għad għandhom moħħhom magħluq," u anke f 'dan il-mument ħallew il-pika tirkibhom. "Il-proposta biex toħroġ il- Kunċizzjoni ta' Bormla saret biex inreġġgħu lura l-affarijiet għal dak li kienu u mhux biex ikun iffavorit xi ħadd," saħaq. Fakkar ukoll li f 'pajjiżi oħra Ewropej, partikolarment fi Spanja, Sqallija u l-Italja, anke l-festi u l-purċissjonijiet qed isiru u dan meta mhux talli għadhom ma bdewx jagħtu l-booster tal-vaċċin, talli anke fir-rata tat-tilqim bl-ewwel żewġ dożi għadhom lura. Fil-fatt, kemm fl-Italja u anke fi Spanja, diġà saru xi purċissjonijiet u se jsiru purċissjonijiet oħrajn, inkluż fit-8 ta' Diċembru. Għall-mistoqsijiet tal-ILLUM, Coleiro insista li issa qed jibża' bis-serjetà li din il-waqfa fit-tul se tibda tħalli ħsara rreparabbli fuq il-festi. "Dilettant li qabel kien jinżel il-maħżen jaħdem għall-festa, abbli qabad sistema ġdida ta kif jgħaddi l-ħin liberu tiegħu milli jmur jaħdem, b'mod volontarju għall-festa," insista Coleiro waqt li fakkar li festa tirrikjedi xogħol kbir matul is-sena kollha. Insista li qed jinkwetah ukoll il-fatt li, fi kliemu, "hawn min donnu hu kuntent bis- sitwazzjoni" u mhux jitkellem biżżejjed dwar dan. Appella lill-awtoritajiet tas- saħħa biex bħalma għamlu regolamenti u protokolli biex ikunu jistgħu jsiru diversi attivitajiet, anke dawk tal-massa, issa jagħmlu wkoll l-istess għall-festi, biex sakemm il- pandemija tibqa' magħna, ikunu jistgħu jsiru, anke jekk b'mod ikkontrollat. "F'affarijiet oħra ġa wasalna u l-ħajja rritornat għan-normal. Imma l-festi, għal xi raġuni, tħallew l-art," insista waqt li saħaq li l-akbar tħassib tiegħu huwa l-kult u l-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira. Appella wkoll lill-awtoritajiet tal-Knisja biex ma jiqfux jirsistu biex jerġgħu jibdew jiġu organizzati anke l-festi esterni. Fakkar li l-Knisja ħadmet u insistiet biex din is-sena jkunu ċċelebrati l-festi interni u issa għandha tagħmel l-istess għall- festi esterni, biex il-festi jibdew jiġu ċċelebrati anke fuq barra, it it. 'Kellna tama kbira li se naraw lill-Immakulata fit-toroq' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Matthew Tonna Gilford, Segretarju taċ-Ċentru 19 ta' Novembru 1944, l-organizzatur tal-festa esterna tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla. "Bħal ħafna oħrajn, jiena u sħabi kellna tama kbira li din is- sena se naraw lill-Immakulata fit-toroq u forsi it affarijiet li jirrigwardjaw il-festa esterna jseħħu," beda jisħaq Tonna Gilford. Insista li anke b'rispett lejn lokalitajiet oħra, ma kinux qed jippretendu li ssir il-festa sħiħa, anke jekk kienu lesti wkoll biex dan iseħħ. Xi xhur ilu ddeċidejna dwar l-armar, u ġie deċiż li minkejja li ma konnix ċerti x'se jigri, se narmaw it-toroq għalkemm mhux kollox. Kellna pjan ieħor, li kellu jidħol fis-seħħ jekk ikollna l-konferma li l-Purċissjoni se ssir," saħaq. Kien hawn li insista li meta raw li attivitajiet tal-massa oħra qed isiru u anke qed jiġu organizzati attivitajiet għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ittamaw f 'rilaxx ta' miżuri għall-festa. "Vera li għal grazzja t'Alla se ngawdu l-festi interni, ħlief għall- ħruġ min-niċċa, imma aħna li naħdmu għall-festa ta' barra nkunu qed nistennew dawk il- jiem b'ħerqa biex naraw il-ħidma tagħna tissarraf," insista. Minkejja li issa huwa kkonfermat li l-purċissjoni mhux se ssir, Tonna Gilford saħaq li xorta waħda baqgħu jarmaw skont il-pjan li kellhom u xorta waħda se jsir spettaklu ta' logħob tan-nar, kemm lejlet u anke nar il-festi. Se jiġi wkoll imżanżan xi armar. "Wieħed jittama li ma ndumux ma nerġgħu lura għan-normalità fejn jidħlu festi esterni. Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Arċipriet u l-Kapitlu li ħadu ħsieb it-tfassil tal-Programm tal-festi interni u lil dawk kollha involuti biex il-festa kull sena tkun organizzata bl-aqwa mod," temm jgħid. Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela l-proposti li l-Grupp ta' Ħidma fi ħdan l-Għaqda Każini tal-Banda kien qed jagħmel lill-awtoritajiet bil-għan li l-festa ta' Bormla tkun tista' tiġi ċċelebrata b'ċertu protokolli, anke b'mod estern. 28 ta' Novembru: Din il-ġurnata hija għal qalb ħafna Bormliżi għax fiha, kull sena, isir il-ħruġ tal-istatwa min-niċċa. Il-proposta tal-Grupp ta' Ħidma kienet li għal din iċ-ċelebrazzjoni, id-dħul fil-knisja jkun bil-biljetti u kulħadd ipoġġi bid-distanza soċjali. L-istatwa tinħareġ min-niċċa u tiddawwar mal-knisja iżda kulħadd jibqa' f 'postu 5 u 6 ta' Diċembru: Normalment, f 'dawn il-ġranet isiru żewġ marċijiet fejn jittellgħu fuq il-kolonni xbiehat tal-Immakulata Kunċizzjoni u tal-Beatu Papa Piju IX, li kien ipproklama d-domma tal-Immakulata. Il-Grupp ta' Ħidma kien qabel li f 'dawn il-jumejn ma jsirux attivitajiet esterni. 7 ta' Diċembru: Normalment, Lejlet il-Festa, wara t-tranżlazzjoni, isir spetakklu ta' logħob tan-nar, marċ, programm mużikali mill-Banda San Ġorġ ta' Bormla u wara jsir il-logħob tan-nar tal-art. Il-Grupp ta' Ħidma kien qed jipproponi li din is-sena jingħata permess biex isir marċ qasir, tlugħ tal-istatwa tal-Immakulata Inkurunata u programm mużikali mill- Banda San Ġorġ quddiem il-każin. Id-dħul għal dan il-kunċert isir skont il-protokolli għal attivitajiet simili. 8 ta' Diċembru: - Apparti l-purċissjoni, f 'jum is-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Bormliżi jiċċelebraw il-marċ magħruf bħala tas-Siegħa. Il-Grupp ta' Ħidma kien qed jipproponi li dan ma jiġix organizzat. Il- proposta kienet li ssir il-purċissjoni b'dawn il-protokolli: • Dħul fil-knisja għall-waqt il-ħruġ u d-dħul ikun limitat biss għal numru ta' nies li jkunu rriservaw post minn qabel. • Waqt il-ħruġ u d-dħul tal-purċissjoni l-aċċess għal fuq iz-zuntier tal- knisja jkun limitat biss għal dawk li rriservaw post biex jidħlu fil-knisja. • Ir-reffiegħa u l-fratelli jkunu lebsin il-maskla u jżommu d-distanza soċjali tul il-purċissjoni. • Il-Banda San Ġorġ ta' Bormla takkumpanja l-purċissjoni. Ma jkunx hemm baned mistiedna. • Matul ir-rotta tal-purċissjoni jkun hemm numru ta' stewards biex jikontrollaw il-miġemgħa. Kien propost ukoll li l-awtoritajiet tas-saħħa jew ċivili jibagħtu persuni biex jiġbru informazzjoni tan-nies preżenti ħalli wara l-festa jkun jista jiġi analizzat l-impatt. Anke jekk b'mod estern mhu se jsir xejn, il-festa interna tal-Immakulata Kunċizzjoni se tkun iċċelebrata bħas-soltu. Dan ifisser li fit-28 ta' Novembru, anke jekk il-ħruġ min-niċċa se jsir b'mod privat, filgħaxija se ssir il-funzjoni, magħrufa bħala l-Ewwel Salve. L-għada, 29 ta' Novembru, tibda n-Novena. Il-Bormliżi huma magħrufa għan-Novena kmieni filgħodu, fil-5:45am. Filgħaxija mbagħad ikun hemm il-funzjoni tas-Salve. Nhar il-Ħadd 5 ta' Diċembru, filgħaxija, issir it-Tifkira Solenni tal- Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari ta' Marija Immakulata. Nhar is-7 ta' Diċembru, filgħodu ssir il-quddiesa tal-aħħar tan-Novena u filgħaxija, kif isir dejjem, ikun hemm it-Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwa u l-kant tal-Ewwel Għasar tas-Solennità. L-Għada, f 'Jum il-Festa, filgħodu jkun hemm il-Quddiesa l-Kbira bil- Paniġierku, magħrufa bħala l-Quddiesa ta' Diacono. Filgħaxija, minflok il-purċissjoni, se tkun iċċelebrata quddiesa u wara ssir ir-Repożizzjoni tar-Relikwa u l-Barka Sagramentali. X'kienu l-proposti tal-Għaqda Każini tal- Banda għall-festa ta' Bormla? Kif se tkun iċċelebrata l-festa ta' Bormla?