Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'Meta niġu biex niddiskutu l-festi qed insibu Diżappunt fost bosta hekk il-Kunċizzjoni Il-gazzetta ILLUM tiżvela l-proposti li kienu qed isiru biex il-festa tal- Immakulata Kunċizzjoni tkun tista' tiġi ċċelebrata b'mod estern anke jekk b'mod ridott u kkontrollat YENDRICK CIOFFI Hekk kif ħafna mir- restrizzjonijiet marbuta mal- Covid-19 issa tneħħew u bdew jirritornaw ukoll attivitajiet li jiġbru flimkien ammont konsiderevoli ta' nies, anke jekk imlaqqma, id-dilettanti tal-festi kienu qed jittamaw li mill-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni jirritornaw ukoll xi festi esterni. Fil-fatt, il-Bormliżi, iżda anke diversi dilettanti kienu qed jittamaw li fit-8 ta' Diċembru, kien se jingħata l-permess biex issir il-purċissjoni bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni f 'Bormla. Madanakollu, fl-aħħar jiem, l-Arċipriet tal-Kolleġġjata Bormliża ħabbar li la l-awtoritajiet tas-saħħa u lanqas l-awtoritajiet ekkleżjastiċi ma taw il-permess li ssir il-purċissjoni jew inkella festi oħra esterni. Dan minkejja li fi ħdan l-Għaqda Każini tal-Banda kien twaqqaf Grupp ta' Ħidma li ppreżenta wkoll proposta ta' kif il- festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla setgħet tiġi ċċelebrata b'mod ridott, anke biex isservi ta' prova biex mis-sena d-dieħla, it it, il-festi jerġgħu jibdew jiġu ċċelebrati anke b'mod estern. Dan il-Grupp ta' Ħidma huwa ffurmat minn membri li huma attivi u jagħmlu parti minn Għaqdiet Mużikali, Kumitati tal-Festa u Kumitati tal-Armar mifruxa madwar Malta u kien hemm ukoll rappreżentanza mill- organizzaturi tal-festa ta' Bormla. Id-diżappunt kien ċar mhux biss fost ħafna Bormliżi imma anke fost diversi dilettanti tal- festa li kienu qed jittamaw li ġaladarba s-sitwazzjoni tal- pandemija f 'Malta baqgħet waħda taħt kontroll, anke bis-saħħa tat- tilqim, il-festa tal-Kunċizzjoni setgħet isservi ta' it tama għall- festi, li issa ilhom kważi sentejn ma jiġu organizzati. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-President tal- Għaqda Każini tal-Banda, mas- Segretarju taċ-Ċentru 19 ta' Novembru 1944 li jorganizza, mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, il- festa esterna tal-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla u anke ma' Mario Coleiro, li kien wieħed minn tal-ewwel li ppropona li l-festa ta' Bormla sservi bħala esperiment. Il-gazzetta ILLUM qed tiżvela wkoll il-proposti li saru mill- Grupp ta' Ħidma fi ħdan l-Għaqda Każini tal-Banda bil-għan li l-festa ta' Bormla tkun iċċelebrata wkoll b'mod estern. 'Meta niġu biex nitkellmu fuq il-festi qed insibu l-bibien magħluqa' Il-gazzetta ILLUM bdiet titkellem mal-President tal- Għaqda Każini tal-Banda Noel Camilleri li saħaq li r-reazzjoni mhux biss tiegħu jew tal-Bormliżi, imma ta' bosta dilettanti u Maltin kienet waħda ta' diżappunt. "Il-festa ta' Bormla hija waħda popolari u maħbuba. Id- diżappunt kien evidenti," insista. Saħaq li meta wieħed jara l-attivitajiet li qed jiġu organizzati, inkluż il-parties fil-postijiet ta' divertiment, kien qed jistenna li anke l-festi jibdew jirritornaw it it. "Aħna mhux qed ngħidu li l-festi jsiru bħalma kienu jsiru qabel il-pandemija. Nimu li hemm is-saħħa tal-poplu li tiġi l-ewwel u qabel kollox imma ma nistax niem għaliex meta niġu biex nitkellmu dwar il-festi, qed insibu l-bibien magħluqa," saħaq Camilleri. Fakkar li l-festi mhumiex biss importanti mill-aspett reliġjuż, iżda anke komunitarju għax jagħtu identità lill-ibliet u l-irħula li fihom jiġu ċċelebrati. Saħaq li l-Grupp ta' Ħidma, meta fassal il-proposta tiegħu għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni kien kawt ħafna u ma rax kbir. "Konnha kawti għal żewġ raġunijiet prinċipali," insista Camilleri. "L-ewwel u qabel kollox għax irridu nħarsu s-saħħa tal- poplu u t-tieni nett għax kemm aħna bħala għaqdiet mużikali u għaqdiet tal-festi u lanqas il- parroċċi ma jifilħu, mill-aspett finanzjarju, jorganizzaw festi kif kienu jsiru qabel il-pandemija." Mistoqsi jekk il-Grupp ta' Ħidma ppreżentax il-proposti tiegħu lill-awtoritajiet, Camilleri saħaq li wara li ġie ffinalizzat id- dokument, hu talab laqgħa kemm mal-awtoritajiet tal-Knisja u anke mal-awtoritajiet tas-saħħa, inkluż mal-Professur Charmaine Gauci. "Minnufih qalulna le. Il-bibien qed insibuhom magħluqa," insista Camilleri. Dwar il-ħidma tal-grupp, Camilleri saħaq li dan mhux se jieqaf hawn. It-tir huwa li issa jaħdmu id f 'id mal-Għaqda tal- Pawlini tal-Belt Valletta bil-għan li sal-festa ta' San Pawl Nawfragu tal-Belt, l-affarijiet jiċċaqilqu. "Aħna lesti npoġġu u niddiskutu. Minn xi mkien irridu nibdew. Irridu naraw kif jiżviluppaw l-affarijiet. Imbagħad jew inżidu, jew innaqqsu. Imma xi darba rridu nibdew," temm jisħaq Camilleri. 'Fi Spanja, Sqallija u l-Italja bdew jiġu ċċelebrati xi festi u anke purċissjonijiet' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Mario Coleiro, storiku, xandar iżda fuq kollox dilettant kbir tal-festi li saħaq li kien iddiżappuntat bi kbir meta ħarġet l-aħbar uffiċjali li anke l-Immakulata Kunċizzjoni ta' Bormla kienet se tibqa' ġewwa. Coleiro saħaq li fil-bidu tas- sena kienet tagħmel sens id- deċiżjoni li għal din is-sena ma jsirux festi esterni, kemm għax is- sitwazzjoni ma kienet tajba xejn u anke għax ma kinux qed isiru attivitajiet oħra. Madanakollu insista li kien jistenna li ġaladarba issa l-affarijiet bdew jinbidlu, is- sitwazzjoni hija taħt kontroll u tneħħew ħafna restrizzjonijiet, anke din id-deċiżjoni kienet se tkun aġġornata. "Iżda fuq il-festi l-affarijiet baqgħu kif kienu," saħaq Coleiro.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021