Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 aħbarijiet Quddiem Ministru ewlieni: Alex Dalli jiftaħar li daħħal arma f'ħalq priġunier u jsemmih b'ismu YENDRICK CIOFFI Minkejja li din il-ġimgħa Alex Dalli kien kostrett "jissospendi lilu nnifsu" minn Direttur tal- Ħabs wara li priġunier ieħor għamel suwiċidju, aktar persuni komplew jersqu 'l quddiem biex jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tal-ħabs u t-tmexxija militari li biha Dalli kien jikkontrolla l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Din il-ġimgħa, il-gazzetta saret taf b'inċident ieħor li seħħ xi żmien ilu quddiem Ministru u numru ta' uffiċjali tal-Gvern li żaru l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Alex Dalli laqa' lil dan il-grupp ta' uffiċjali armat bil-famuża arma li jżomm fuqu u anke b'kelb kbir tal-għassa. L-ILLUM tista' tikkonferma li Dalli aħar ma' dan il-Ministru u anke mal-uffiċjali kif juża l-arma biex biha jhedded u jikkontrolla lill-priġunieri. Fil-fatt, saħansitra qalilhom li mhux l-ewwel darba li daħħal l-arma f 'ħalq priġunieri, b'mod partikolari dawk l-inqas ubbidjenti. Dalli semma b'ismu priġunier li kien daħħallu l-arma f 'ħalqu, it biss wara li sar Direttur tal-ħabs. Ta' min ifakkar li l-eks gwardjan tal-ħabs Emmanuel Cassar, kien żvela mal-gazzetta ILLUM din il- prattika ta' Alex Dalli u saħansitra semma wkoll żewġ ismijiet ta' priġunieri li spiċċaw mhedda minn Dalli bl-arma tan-nar. L-ILLUM ikkonfermat dan ma' gwardjani oħra li għadhom sal- lum jaħdmu l-ħabs. Dan ifisser li l-gazzetta ILLUM taf minn tal-inqas bi tliet priġunieri li ġew mhedda minn Alex Dalli b'din l-arma tan-nar. Dalli jiftaħar li kellu l-kontroll fuq l-ilma fiċ-ċelel tal-iżolament Matul din l-istess żjara, Alex Dalli ħa lill-Ministru u anke lill- uffiċjali fil-parti tal-ħabs fejn kienu qed isiru ċelel ġodda tal- iżolament. Is-sors li tkellem mal-gazzetta ILLUM saħaq li Dalli kompla jiaħar li hu għandu l-kontroll fuq l-ilma f 'dawn iċ-ċelel. Ftaħar, bla mistħija ta' xejn, li kapaċi jwaqqaf l-ilma f 'dawn iċ- ċelel biex priġunieri li jkun irid jagħtihom kastig, jibqgħu fil- ħmieġ tagħhom stess. Dan huwa biss inċident wieħed minn ħafna rapporti li rrapportat dwarhom il-gazzetta ILLUM u li Alex Dalli qatt ma ċaħad. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM ilha mid-29 ta' Ottubru tibgħat mistoqsijiet lil Dalli u saħansitra wkoll tistiednu għal intervista. Minflok wieġeb, Dalli fetaħ libell lill-gazzetta ILLUM, lill- edituri u lill-ġurnalisti tagħha u anke lill-eks gwardjan tal-ħabs Emmanuel Cassar. Il-gazzetta Illum qed tniedi wkoll kampanja biex tiġġieled dawn il-libelli. Alex Dalli ssospenda lilu nnifsu nhar il-Erbgħa li għadda wara li priġunier ieħor għamel suwiċidju fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Dan kien it-tielet suwiċidju din is- sena u l-erbatax-il mewta li seħħet fil-ħabs fi żmien it-tmexxija ta' Alex Dalli. Ta' min ifakkar ukoll li wara l-istejjer tal-gazzetta ILLUM, partikolarment dik dwar theddid bl-armi, il-Pulizija sejħet għal xi nies u qed tinvestiga. Saħansitra, kif żvela l-ġurnalist Peppi Azzopardi, kien hemm erba' priġunieri li għamlu l-qalb u talbu li jitkellmu mal-Pulizija. Din il-ġimgħa sirna nafu wkoll li fl-4 ta' Novembru, l-Ombudsman ukoll fetaħ investigazzjoni fuq it- tmexxija tal-ħabs. Dan apparti li bħalissa għaddejja inkjesta ministerjali u diversi inkjesti maġisterjali oħra dwar imwiet li seħħew fil-ħabs. Minkejja dawn l-investigazzjonijiet kollha, Alex Dalli nżamm fil-pożizzjoni tiegħu sa nhar l-Erbgħa stess u kellu jkun hu stess li jissospendi lilu nnifsu. Inwaqqfu l-Ħniżrijiet f 'Kordin Alex Dalli u Randolph Spiteri, l-Assistent tiegħu, qed jippruvaw jagħlqu ħalq il-gazzetta ILLUM b'libell. Dawn jiswew il-flus. L-edituri u l-ġurnalisti għandhom bżonn is-sostenn tagħkom. Din mhijiex biss ġlieda tal-gazzetta ILLUM imma hija ġlieda favur id-dinjità umana u kontra l-ħniżrijiet li għaddejin f 'Kordin. Ibgħatu d-donazzjonijiet tagħkom lill- gazzetta ILLUM. Tistgħu tagħmlu dan permezz ta' trasferiment fil-kont b'dawn id-dettalji: Benefiċjarju: MediaToday Company Ltd Bank:Bank of Valletta p.l.c. SWIFT Code:VALLMTMT IBAN: MT71VALL22013000000040013525383 jew inkella permezz ta' ċekk, indirizzat lil MediaToday Ltd, fuq dan l-indirizz: Mediatoday Ltd. Vjal ir-Rihan San Gwann, SGN9016. Il-gazzetta ILLUM għaddejja wkoll b'kampanja illi permezz tagħha qed titlob lin-nies; lil dawk li kienu l-ħabs, lil dawk li għandhom xi ħadd jiġi minnhom li jinsab jew li jaħdem fil-Ħabs jew inkella lil dawk li jaħdmu mal-priġunieri jew inkella l-priġunieri infushom, biex jitkellmu dwar esperjenzi li għaddew minnhom jew li raw fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-vuċi tagħkom magħna tista' tbiddel l-affarijiet, fejn dawn mhux qed isiru sew! Għalhekk nistednukom biex tibgħatu email fuq ycioffi@mediatoday.com.mt jew agcunningham@mediatoday.com.mt jew inkella iċċemplu fuq in-numru 21382741/3 jew 21382745/6. L-identità tagħkom tibqa' waħda kunfidenzjali jekk intom titolbu għal dan. Aktar persuni u uffiċjali jersqu 'l quddiem u jitkellmu dwar is-sitwazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021