Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 Il-Qamar Kwinta fiż-żodjaku ta' Scorpio Mill-Ħadd 14 ta' Novembru sas-Sibt 20 ta' Novembru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Aquarius ser ifisser li int trid tbiddel it minn dak li int is-soltu kont twettaq. Issa għandek iċ-ċans li tkun aktar flessibli f 'dak kollu li int ser tibda twettaq. Żomm f 'moħħok li dak li riesaq lejk ser ikollu bżonn ta' attenzjoni massima. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-oranġjo u l-blu. Aquarius huma magħrufin għall-flessibilta' tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-Qamar Kwinta taż-żodjaku ta' Scorpio għalik Pisces ser tagħmlek tgħaraf li issa huwa l-mument fejn int trid tkun aktar fiduċjuż fid- deċiżjonijiet li int tixtieq tibda twettaq. Dan ser ikun importanti ħafna għar- rizultati mixtieqa minnek f 'dawk id-deċiżjonijiet li int minn issa tkun qed twettaq. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Kuluri favoriti ma' Pisces huma l-blu u r-roża. Pisces huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Aries ser ikun iffisser li huwa l-mument fejn minn issa ma tridx timxi aktar b'moħħok. Dan huwa l- mument għalik fejn int trid tirkupra minn xi deċiżjonijiet li ħadt it taż-żmien ilu sabiex fejn tista' toltera u b'hekk tibqa miexi b'dik id-determinazzjoni meħtieġa. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-griż u l-isfar. Aries huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Taurus ser ikun iffisser mument ta' għarfien għal dik l-opportunita' li int ilek tistenna sabiex tkun tista' tibda titwettaq. Dan irid ikun pass b'għaqal li int trid tagħmel u għalkemm jaf ikun pass diffiċili, l-kapaċita' tiegħek taf tkun essenzjali. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Kuluri favoriti ma' Taurus huma l-iswed u l-vjola. Taurus huma magħrufin għal-independenza tagħhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Gemini ser ikun iffisser li minn issa int trid tkun aktar paċenjuż fit-twettieq li minn issa ser tibda twettaq. F'dan li stadju hija l-paċenzja biss li tista' twasslek fejn int tixtieq u b'dan żgur ser tara dak it-tkabbir iseħħ u jitkattar madwarek. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-oranġjo u l-kannella. Gemini huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Cancer ser ikun dak il-waqt li int takkwista dak kollu li jista' jkun ta' gwadann fil-karriera tiegħek. Din hi fażi li ser tiaħlek diversi toroq. Kollox ma' kollox dan huwa mument li għandek iżżid il-motivazzjoni u l-ispirazzjoni sabiex tavvanza lejn dak li tant tixtieq. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Kuluri favoriti ma' Cancer huma r-roża u l-isfar. Cancer huma magħrufin għal-abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Leo ser ikun il-waqt li int trid tgħaraf tkun aktar iffokkat f 'dak kollu li hemm madwarek, aktar u aktar f 'dak li jkun għaddej ġewwa fik. Issa dan huwa l-mument fejn int trid tgħaraf kull sitwazzjoni sabiex b'hekk tkun tista' tagħmel valutazzjoni ta' x'inhu l-aħjar għalik. Irriffletti. L-aktar jum ideali għalik huwa s-Sibt. Kuluri favoriti ma' Leo huma l-aħmar u l-kannella. Leo huma magħrufin għal-attenzjoni li huma jagħtu. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Virgo ser tkun ġimgħa li int trid tkun aktar formali fir-relazzjoni tiegħek kemm mal-kollegi, kemm mal- familja u kemm fl-imħabba. Int trid tgħaraf twassal dak li tħoss ġewwa fik b'mod aktar dirett. Dan ser jinħass aktar mis-soltu, għalhekk kun imħejji aħjar. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tlieta. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-blu u l-oranġjo. Virgo huma magħrufin għal-abbilta' organizata tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Libra ser ikun iffisser li int trid tkun aktar preċiż f 'dak it-twettaq. Hemm bżonn li fin-nuqqas ta' dan jista' jikkawża sitwazzjonijiet daqsxejn iebsin. Għalhekk int għandek tagħmel pjan tajjeb sabiex tkun tista' twettaq dak kollu meħtieġ. Imxi bil-galbu. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ġimgħa. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-aħmar u l-isfar. Libra huma magħrufin għal-ispontanjeta' tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik l-istess Scorpio ser ifisser mument ta' riflessjoni profonda. Għalhekk minn issa int trid tgħaraf dawk il- punti vitali l-aktar li tista' tirrifletti fuqhom u minn hemm il-quddiem tkun tista' tgħaraf il- ħtiega ta' fejn l-aktar hemm bżonn l-aktar li tkun iffokatt. Għaraf sew dan. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Erbgħa. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma l-vjola u l-oranġjo. Scorpio huma magħrufin għal-burdata stabbili tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Sagittarius ser ikun iffisser mument ta' aktar determinazzjoni li bħalissa int tant għandek bżonn. Peress li d-determinazzjoni naqset xi it minn ġewwa fik, dan huwa dak il-mument sabiex int terġa titkattar jekk tkompli timxi b'dak il-pass li int tant magħruf għalih. L-aktar jum ideali għalik huwa l-Ħamis. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-isfar u l-lewn id-deheb. Sagittarius huma magħrufin kemm huma nies umli. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-Qamar Kwinta taż- żodjaku ta' Scorpio għalik Capricorn ser ikun iffisser mument ta' aktar pjanar ta' diversi pjanijiet li kienu waqgħu lura. Iżda issa wasal il-mument li jiġu attwati. Dan huwa mument sinjifikanti fil-karriera li int għandek. Għalhekk taħlix żmien u ibda attwa dak li hemm meħtieġ. L-aktar jum ideali għalik huwa t-Tnejn. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-aħmar u l-vjola. Capricorn huma magħrufin għal-flessibbilta' tagħhom. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Paola Grech mis-Sannat It-tieni premju ntrebaħ minn: Dorren Tanti mill-Imdina Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Deħlin fid-disa żodjaku ta' dan il-kalendarju żodjaku, liema huwa dan iż-żodjaku? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill: Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Il-Ktieb ta' PaulJon bl-Oroskopju Għalik Għal dan ix-xahar ta' Novembru għalikom il-qarrejja li tħobbu taqraw dwar l-oroskopju u naf kemm hawn ħafna minnkom li ta' kull ġimgħa ssegwu din il-paġna qiegħed nagħtikom iċ-ċans li takkwistaw kopja tal-ktieb, PaulJon bl-Oroskopju Għalik b'xejn. Kull ma' għandkom tagħmlu huwa li tibagħtu ittra postali bil-kummenti jew suġġerimenti tagħkom dwar din il-paġna u l-aħjar tlieta jingħatolom dan il-ktieb. Ktieb li jwwassallek l-Oroskopju xahar b 'xahar, b'tant informazzjoni utli dwar kull żodjaku u ħafna aktar. Din tagħlaq is-Sibt 27 ta' Novembru. Ibgħat is-suġġeriment jew kumment tiegħek fl-indirizz postali, PaulJon, Il-Ktieb, PO Box 27 Paola. KOMPETIZZJONI MA' PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021