Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464
07 analiżi illum • IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 YENDRICK CIOFFI Bħat-tieni distrett li rajna l-ġimgħa li għaddiet, it-tielet distrett huwa wkoll wieħed mill-akbar fortizzi Laburisti. Kif ġara f 'ħafna distretti, jekk wieħed iħares mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017, jinduna minnufih li l-Partit Laburista kompla jissaħħaħ, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista baqa' jnaqqas l-appoġġ elezzjoni wara oħra. Fil-fatt, f 'temp ta' 14-il sena, il- Partit Laburista żied madwar 2,600 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista baqa' fejn kien, anzi saħansitra naqqas madwar 1,400 vot. Il-gazzetta ILLUM qed tkompli bis- sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif ninsabu it biss 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Wara l-ewwel distrett, illum imiss it- tielet distrett. Dan jinkludi l-lokalitajiet taż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Wied il- Għajn u Marsaxlokk. Minkejja kull tentattiv, anke jekk ħareġ numru rekord ta' kandidati fuq it-tielet distrett, il-Partit Nazzjonalista baqa' jnaqqas mill-popolarità tiegħu fost iż-Żwieten, l-Għaqxin, l-Iskalin u x-Xlukkajri. Fil-fatt, fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, il-Partit Laburista kiseb 16,328 vot jew 69.9% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kompla jnaqqas biex kiseb 6,775 vot jew 29% tal-voti. Għal darb'oħra, il-Partit Nazzjonalista eleġġa biss Deputat wieħed u dan minkejja li ħareġ rekord ta' 14-il kandidat, l-istess daqs kemm ħareġ kandidati l-Partit Laburista. Madanakollu, kif rajna l-ġimgħa li għaddiet fil-każ tat-tieni distrett, anke jekk ħareġ xeba' kandidati, ftit li xejn kien hemm ismijiet ta' stoffa jew kandidati popolari, tant li dawn ġabu biss ftit għexieren ta' voti u kienu biss Mario Galea u Stephen Spiteri li qabżu l-1,000 vot. Mario Galea kien l-uniku kandidat elett tal-Partit Nazzjonalista. Huwa kien elett tard, jiġifieri fit-28 għadd, bi 3,929 vot. Mill-banda l-oħra, il-Partit Laburista kellu diversi kandidati ta' stoffa iżda din id-darba, kaxkar kollox Chris Fearne li kiseb xejn inqas minn 4,693 vot u ġie elett minnufih fl-ewwel għadd. Fearne kien ilu sena Ministru għas-Saħħa. Jidher li mar minn taħt Owen Bonnici li din id-darba ma rnexxilux jiġi elett minn dan id-distrett. Fil-fatt, reġgħet irritornat Helena Dalli fost il-kandidati eletti għall- Partit Laburista. Dalli ġiet eletta fit-30 għadd wara li kisbet 4,897 vot. Carmelo Abela reġa' ġie elett, din id- darba bi 3,993 vot fl-20 għadd u Silvio Grixti fil-31 għadd b'4,571 vot. Eventalment, fl-4 ta' Diċembru 2019, Helena Dalli rriżenjat wara li nħatret Kummissarju Ewropew u f 'elezzjoni każwali, postha ħadu d-Deputat Jean Claude Micallef, wiċċ ġdid għall-Partit Laburista, hekk kif issieħeb "mal- Moviment" ta' Joseph Muscat ftit wara l-elezzjoni tal-2013, meta kisirha minn mal-Partit Nazzjonalista. Kif jiftakar kulħadd, fl-elezzjoni ġenerali tal-2013 inqalbet il-paġna waħda u sew favur il-Partit Laburista li rebaħ b'maġġoranza storika. Kif wieħed jista' jimmaġina, anke fit- tielet distrett, il-Partit Nazzjonalista kompla jonqos fil-popolarità. Fil-fatt, il-Partit Laburista kien kiseb 68.5% tal-voti fit-tielet distrett, jiġifieri 16,050 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kien kiseb biss 30% tal- voti, jew inkella 7,025 vot. Dan kien ifisser li l-Partit Nazzjonalista tilef it-tieni siġġu, biex hekk, minn dan id-distrett eleġġa biss Deputat wieħed. Owen Bonnici, li fl-elezzjoni ġenerali ta' qabel kien elett biss bis-saħħa ta' elezzjoni każwali, din is-sena kaxkar fil-voti u kien elett minnufih fl-ewwel għadd, wara li kien il-preferut ta' 4,316-il votant. Kif rajna, fl-2008, Bonnici kien elett biss wara li ċediet is-siġġu tagħha f 'dan id-distrett Helena Dalli. F'din l-elezzjoni, Helena Dalli, ma ġietx eletta minn dan id-distrett. Carmelo Abela, baqa' b'saħħtu. Huwa kien elett fis-17-il għadd b'4,684. Warajh, fl-istess għadd ġie elett ukoll George Vella, bi 3,928 vot u fl-aħħar nett Etienne Grech, li ġie elett fit-18-il għadd b'4,240 vot. Il-Partit Nazzjonalista eleġġa biss lil Mario Galea. Huwa ġie elett fil- 15-il għadd b'4,011-il vot. Il-voti fost il-kandidati Nazzjonalisti kienu mifruxa ħafna, tant li kemm Mario Galea, Carmelo Mifsud Bonnici u anke Stephen Spiteri ġabu ammont konsiderevoli ta' voti fl-ewwel għadd. Fl-2013, il-Partit Laburista kellu 15-il kandidat fuq it-tielet distrett, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu biss ħames kandidati. 2013: Il-Partit Nazzjonalista jitlef it-tieni siġġu u jibqa' jnaqqas fil-fiduċja 2017: Chris Fearne ikaxkar il-voti u l-PN jibqa' nieżel L-aktar kandidati b'saħħithom tat-tieni distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PN PL 30% 68.54% PN PL 29% 69.69%