Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. xogħol u l-iktar li jaċċettaw kuntratti prekarji' fuq bażi ta' part-time jew inkella għal rashom. Għal darba oħra, dan jiddependi fuq numru ta' fatturi iżda l-iktar waħda li jaf nirreletaw magħha aħna l-Maltin hi li numru ta' Stati Membri għadhom jaraw l-arti u l-kultura bħala passatemp jew agħar, ħela ta' ħin. Ir-rapport insista li mhux xieraq li artisti jwarbu l-passjoni tagħhom fil-ġenb sabiex jaħdmu xogħlijiet oħra għax dak li huma jħobbu jagħmlu mhux jipprovdilhom il-ħobża ta' kuljum. Qal li bħal ma kull xogħol ieħor hu importanti, artisti għandhom ikunu biss artisti u mhux assitenti tal- ħwienet, waiters jew mitt elf xogħol ieħor. Huwa temm jgħid li hemm madwar tmien miljun ħaddiem minn din l-industrija li qed jispiċċaw esklużi mill-benefiċċji tal-qgħad jew mill-iskemi tal-pensjoni. Insista li qafas komuni fuq bażi Ewropea għall-kundizzjonijiet tax- xogħol fis-setturi kulturali u kreattivi li jagħmel is-sigurtà soċjali disponibbli għalihom hi l-unika triq 'l quddiem. Il-gazzetta ILLUM ma setgħetx ma tistaqsix lil Ellul, "jekk l-artisti jaċċettaw jaħdmu bla ħlas, allura għaliex għandi nħallas għas-servizz ta' artist ieħor?" Għal din Ellul infaqa jidħak, allura l-gazzetta reġgħet qaltlu "ma taħsibx li qed iwaqqgħu l-ġebla fuq saqajhom?" Din id-darba, xorta bi tbissima, wieġeb li din hi sikkina taqta' miż-żewġ naħat. Ammetta li ma jistax għaliha li persuna ma titħallas xejn għas-servizz li provdiet bl-iskuża li 'se jidher isimha' iżda fl-aħħar mill-aħħar xi drabi ma jkunx hemm għażla oħra. Bħala eżempju, Ellul stieden lill-gazzetta tixgħel televiżjoni u tinnota programmi bħal X Factor. Programmi bħal dawn, skont hu, qegħdin jużaw it-talenti ta' artisti bravi mingħajr ma jħallsu filwaqt li jwegħduhom premju fl-aħħar tal-kompetizzjoni. L-istess argument sar fis-snin ta' qabel minn numru ta' esperti u fanatiċi tal-Eurovision. Kienu ħafna li argumentaw li artist, f 'dan il-każ kantant, qiegħed jagħti wirja eċċezzjonali u ħafna drabi bla ħlas. Ellul temm jgħid li għalkemm din il-prattika qegħda tonqos fil-produzzjonijiet teatrali, xorta għadha issir fuq it-televiżjoni u anke fis-settur mużikali. Mir-rapport il-gazzetta fehmet li l-Parlament irid li karriera artistika jew kulturali, inkluż studju f 'età żgħira, tkun aċċessibbli fuq bażi full-time iżda bħalissa kunċett bħal dan hu impossibli. Ellul ma qabilx li f 'Malta din mhux diġà qegħda fis-seħħ anzi żied jgħid li ħafna minn sħabu diġà jaħdmu bħala artisti fuq bażi full-time. Intant hu qabel li forsi mhux realistiku li persuna tistudja fil-fergħa kreattiva jew kulturali li qed taħdem fiha bħalissa minn età żgħira. Fakkar ukoll li bħalissa ngħixu fi żmien u fi spazju li jitlob għal iktar minn dixxiplina waħda. Biex nagħtu eżempju: Kemm il-darba innutajt l-istess persuna taħdem reklam, tirreċta fid-dramm, tieħu kostumi ta' produzzjoni oħra filwaqt li tippreżenta programm fuq ir-radju? Bla ma trid tgħid, 'din kemm hi bassa!' Fil-verità dik tkun qed tagħmel ix-xogħol li hu mitlub minnha, li hemm bżonn isir sabiex tibqa taħdem xogħol artistiku fuq bażi full-time. Ma' l-ewwel ħarsa, il-gazzetta ILLUM innutat li l-problemi msemmija fir-rapport jolqtu wisq viċin ta' pajjiżna. Fejn rapporti oħra s-soltu jinkludu problemi li pajjiżna lanqas biss joħlom bihom, din id-darba l-problemi indirizzati kollha laqtu lill-Malta b'xi mod jew ieħor. Biex niddiskutu aktar is-sitwazzjoni li l-artisti qegħdin fiha fuq livell lokali, il-gazzetta tkellmet ma' Wesley Ellul, artist Malti. Il-gazzetta preżentat lil Ellul it mis-sitwazzjonijiet kwotati dirett mir-rapport u huwa qal fejn jaqbel, ma jaqbilx u għaliex. Botta u risposta ma' Wesley Ellul Nirreferu għal-kliem tal-MEP Ġermaniż, Christian Ehler mill- PPE, il-pandemija emfassizat problemi li fil-verità kienu diġà eżistenti minn qabel. Skontu il-pandemija hi biss "skuża ġdida". F'dan il-każ, Wesley Ellul qabel perfettament. Sostna li l-isfida prinċipali f 'pajjiżna għandha għeruq ferm b'saħħithom u mhux se tissolva permezz ta' rapport biss. Din l-isfida teħtieġ bidla ta' taħt fuq, kemm fl-attitudni, fl-ideoloġija ta' ħafna u anke fl-edukazzjoni. "L-isfida li qed inħabbtu wiċċna magħha lokalment hi li ngħallmu l-artist kif ikun artist imma ma ngħallmux l-artist kif jagħmel flus minn xogħlu," qal Ellul. Stqarr li kieku huwa ma kellux moħħ ta' negozjant, iħoss li ma kienx ikampa. Ellul temm jgħid li jemmen b'qalbu kollha li kieku artist ngħallmuh jibda jagħmel flus minn xogħlu jaf jieqaf jiddependi fuq il-fondi u l-opportunitajiet ta' darba. Minflok jibda jkollna individwali li jirnexxu f 'settur artistiku u sostenibbli bħal kwalinkwe settur ieħor. Ir-rapport jgħid li setturi u industriji kulturali u kreattivi jinkludu prinċipalment organizzazzjonijiet żgħar u ta' daqs medju, Ellul jgħid mal-ILLUM li veru, imma sa ċertu punt. Beda' billi spjega li barra minn pajjiżna, iżda fl-Unjoni Ewropea stess, issib numru ta' kumpaniji kulturali u kreattivi kbar. Anke jekk il-maġġoranza ta' dawn il-kumpaniji jiffukaw fuq kunċerti, mużika u divertiment xorta jagħtu kontribut enormi lejn id- dinja tal-arti u l-kultura. Biex inkunu semmejna ftit insibu, il-kumpanija Franċiża Vivendi li inkluż mar-ruxmata films u programmi tat-televiżjoni li tipproduċi kull sena għandha wkoll f 'idejha l-pjattaforma DailyMotion. Insibu wkoll il-kumpanija Żvediża, Spotify, li żgur m'għandha bżonn l-ebda introduzzjoni. Intant meta imbagħad iddur fuq Malta, dawn il-kumpaniji kbar ma tantx issibhom kif ġib u laħaq u minflok issib dawk li l-UE ddeskriviet bħala organizzazzjonijiet żgħar jew ta' daqs medju. 'Il-pandemija ggravat problemi f 'dan is-settur li kienu jeżistu qabel' 'Setturi u industriji kulturali u kreattivi jinkludu prinċipalment organizzazzjonijiet żgħar u ta' daqs medju' Artisti li jaċċettaw jaħdmu bla ħlas għax se jidher isimhom qed iwaqqgħu l-ġebla fuq saqajhom ? 'Hu impossibbli li persuna tistudja u taħdem f 'karriera artistika jew kulturali fuq bażi full-time'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021