Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Funded by the European Union 'Artisti taħt it-30 sena l-iktar li huma bla xogħol MARIANNA CALLEJA L-artisti ta' 30 sena u inqas huma l-iktar persuni qiegħda fl-Unjoni Ewropea u minflok impjieg stabbli jibqgħu jaħdmu bla ħlas u b'kuntratti prekarji. Dan kollu intqal fir-rapport tal-Parlament Ewropew li ġie addott. at fl-aħħar ġimgħa ta' Ottubru dwar is-sitwazzjoni tal-artisti fl-Unjoni Ewropea. L-istess rapport indirizza problemi li qed iħallu toqol enormi mhux biss fuq l-artisti nnifishom iżda ukoll fuq l-ekonomija u saħansitra anke fuq is-saħħa b'mod speċjali dik mentali. Il-lista ta' problemi hija waħda twila mhux ħażin iżda l-MEPs mill-Kumitat Ewropew għall-Kultura u l-Edukazzjoni ħadu ħsieb ukoll li jelenkaw numru ta' proposti kif ukoll direttivi sabiex dawn il-problemi jiġu minimizzati u jekk hemm bżonn eliminati. L-artisti u s-saħħa mentali Is-saħħa mentali f 'dan ir-rapport ġiet indirizzata minn bosta angoli differenti inkluż is-saħħa mentali bħala effett u anke is- saħħa mentali bħala kawża. L-effett u l-kawża tas-saħħa mentali ġew studjati fuq l-artisti nnifishom u saħansitra anke fuq l-udjenza. Skont ir-rapport l-involviment fl-arti jidher li qed jikber fil-popolarità forsi għax aktar nies issa qed japprezzaw li l-arti u l-kultura jista' jkollhom rwol siewi biex jgħinu lin- nies. Apparti li persuna tħossha tajba waqt li ssegwi, il-parteċipazzjoni fl-arti tista' tippermetti lin-nies jittrattaw firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet ta' mard mentali u tbatija psikoloġika. Fl-istess ħin ir-rapport jirrikonoxxi li fis- snin li għaddew il-Parlament Ewropew mhux dejjem ta l-importanza mistħoqqa lill-arti. Fir-rapport, il-Parlament Ewropew jgħid li jiddispjaċih għall-fatt li l-attività kulturali ta' spiss ġiet ikkunsidrata bħala "mhux essenzjali." Fakkar ukoll li l-kultura għandha rwol essenzjali fis-soċjetà tagħna, aktar u aktar waqt żmien ta' kriżi, u appella għall-uħ mill-ġdid tal-ispazji kulturali kollha kemm jista' jkun malajr. Intant ir-rapport jgħid lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li tajjeb u jkompli jħeġġeġ li jirrikonoxxu l-valur intrinsiku tal-kultura, ir-rwol fundamentali tal-kultura għas- soċjetà, il-progress, l-ekonomija wara l-arti u l-inklussività, iżda m'għandhomx jieqfu hemm. Ir-rapport jitlob lill-Kummisjoni imma b'mod speċjali l-Istati Membri biex isarrfu dan ir-rikonoxximent f 'appoġġ u għajnuna finanzjarja adegwata u kontinwa. L-artisti u l-ekonomija Dan tal-aħħar ġie motivat mir-riżultati tal-istudju li seħħ qabel ma ġie adottat dan ir- rapport. L-istudju juri kif setturi u industriji kulturali u kreattivi jammontaw għal bejn 4% u 7% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) u 8.7 miljun impjieg fl-UE. L-istudju jispjega wkoll kif il-pandemija tal- Covid-19 aggravat is-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli li jiffaċċjaw ħafna artisti. Skont rapport riċenti ieħor miktub minn Ernst & Young – kwotat ukoll fl-istudju Ewropew – id-dħul fis-setturi kulturali u kreattivi niżel b'31% fl-2020 meta mqabbel mal-2019. Is-setturi ntlaqtu saħansitra agħar mit-turiżmu, li tilef 27% tad-dħul tiegħu. Fl-2020, is-settur kulturali tilef madwar €200 biljun fi dħul. Madankollu, l-impatt ekonomiku tat-twaqqif tal-produzzjonijiet kien evidenti biss fis-sena 2021. Minkejja dan kollu, l-iktar punt interessanti li ħareġ fl-istudju u li imbagħad ġie enfasizzat fir-rapport kien li artisti taħt l-età ta' 30 sena huma l-aktar qiegħda. Dan filwaqt li xi drabi ma jkollhomx għażla oħra għajr li jaċċettaw xogħlijiet bla ħlas u b'kuntratti prekarji li jwasslu għal abbuż u kundizzjonijiet tax- xogħol mhux adegwati. Dan l-istess argument kien inqala' lokalment fl-aħħar snin, fejn artisti fuq il- midja soċjali fetħu qalbhom dwar kif jiġu impjegati mingħajr ħlas bl-iskuża li "se jidher isimhom" fuq il-proġett u se jkollhom aktar xogħol 'l quddiem grazzi għal dak l-impjieg. L-istess prattika bdiet saħansittra issir qalb l-istudenti inkluż f 'kulleġġi lokali u r-rabja fost l-artisti kompliet tiżdied. Skont il-Parlament Ewropew dan kollu qiegħed iseħħ minħabba bosta raġunijiet, bl- iktar waħda bażika hi li l-istati Membri mhux jieħdu s-settur tal-arti u l-kultura bis-serjetà. Dan iwassalna għar-raġuni għaliex l-artisti batew taħt idejn sfidi bħall-Covid-19 u Brexit. Ir-rapport fakkar ukoll li m'hemmx definizzjoni waħda ta' artist. Anke jekk ir- rapport ddefinixxa "artist" bħala kittieb, traduttur letteratju, produttur u ħafna iktar, l-Istati Membri ma jaqsmux bejniethom definizzjoni waħda ta' "artist". Ħafna artisti ma setgħux jibbenifikaw mill-inizjattivi nazzjonali iżda wkoll dawk maħluqa mill-Unjoni Ewropea stess. Bid- definizzjoni mitlufa ta' artist, numru ta' Stati Membri sabu skuża faċli sabiex ma jgħinux finanzjarjament lill-artisti. B'dan f 'moħħna, ir-rapport fakkar ukoll li Brexit kellu effetti diretti fuq l-artisti hekk kif intemmu ħesrem il-fondi, il-korsijiet fuq bażi ta' scholarships u saħansitra proġetti bħall- Erasmus. Numru ta' MEPs, kemm permezz tar-rapport u anke fis-sessjoni plenarji ta' qabel, semmew dan u b'diżappunt qalu li mhux xieraq li xejn għadu ma ġie msemmi meta diġà ġew diskussi l-effetti sekondarji ta' Brexit f 'seduti oħra. 'L-artisti għandhom ikunu artisti, mhux assistenti tal-ħwienet' Fid-diskors tiegħu, il-MEP Ġermaniż Christian Ehler mill-Partit Popolari Ewropew (PPE) li kien ir-rapporteur ta' dan ir-rapport, sostna li sfidi bħal Brexit u l-pandemija vera ma għinux imma lanqas huma skuża minħabba li l-problemi tal- artisti kienu diġà eżistenti u ilhom jiġu injorati. Sostna li f 'bosta pajjiżi artisti jaħdmu biss L-artisti kienu qed jgħerqu, imma il-pandemija għerqithom iktar sakemm ma baqgħux jieħdu aktar nifs. Il-Parlament Ewropew jiddiskuti l-fatturi kruċjali li kissru lill-artisti, fosthom il-pandemija u l-Brexit filwaqt li elenkaw proposti li jwittu t-triq għall-irkupru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021