Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464
13 intervista illum • IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 servizz ... Jekk mhux kapaċi l-privat, jagħmel dan il-Gvern' Ministru qal li hu jixtieq li Għawdex jasal f 'punt li jkun qisu Santorini. Huwa qal li turist li jżur il-gżira ta' Santorini, ma jgħidx "mort il-Greċja", jgħid "mort Santorini." L-istess fil-każ tal-gżejjer Maltin, hu jixtieq li turist jgħid "jien mort Għawdex" minflok jgħid sempliċiment "mort Malta." Hawnekk il-gazzetta fakkret lill-Ministru li Santorini m'għandhiex konnettività mal- Greċja għajr għal vapur. Għalhekk l-ILLUM tistaqsih jekk tkunx qed tiħoloq kontradizzjoni, jekk il-Gvern ikompli bil-proġett tal- mina għall-karozzi bejn iż-żewġ gżejjer. "Il-baħar xorta se jibqa' jifred imma ovvjament se jkun hemm konnettività minn taħt l-art li tgħaqqad iż-żewġ gżejjer," wieġeb Camilleri. L-ILLUM għalhekk staqsietu: "allura l-mina għal min se ssir eżatt?" Diġà smajna minn fomm il-Ministru stess li hemm rekord fuq rekord ta' turisti li qed iżuru Għawdex. Bosta turisti jfaħħru l-Gozo Channel anke għax il-vapur huwa parti mill- esperjenza. Min-naħa l-oħra għandek ir-residenti Għawdxin li jaqsmu kuljum bejn gżira u oħra, imma għal dawn issa għandna l-fast ferry. Allura għaliex se nonfqu l-biljuni ta' flus fuq mina? Biex meta f 'ħamest t'ijiem fis-sena tagħmel maltempata, jaqsmu b'karozza? Camilleri b'daħka wieġeb: "f 'dawk il-ħames t'ijiem f 'sena Għawdex ikun litteralment iżolat." Sabiex jiġġustifika l-mina, Camilleri qal li konnessjoni bl-ajru u bil-baħar kienu biss soluzzjonijiet temporanji li ħadmu s'issa iżda saħaq li l-Gvern irid jippjana għall-futur. Qal ukoll li l-PL kien ilu deċiż fuq il-mina mill-2013 u anke fl- elezzjoni tal-2017, tant li kienet fil-manifest elettorali. Għalhekk saħaq li min ivvota għall-PL, ivvota wkoll għall-mina. Kostruzzjoni: 'Dawn żgur mhumiex policies li wettaq jew implimenta l-Gvern Laburista' U la semma l-iżvillup, il- gazzetta ILLUM staqsietu għall- opinjoni tiegħu dwar in-numru ta' kontroversji marbuta propju ma' dan is-suġġett. Kontroversji li qabel kienu jqajmu għaqdiet bħal Moviment Graffitti u ngħidu "u iva ma xebgħux jeqirdu!" imma issa qed iqajmuhom nies oħra. Huwa mal-ewwel ammetta li l-iżvilupp fil-gżira ċkejkna ta' Għawdex hu ta' tħassib. Ikkjarifika li fejn jidħol l-iżvilupp m'għandu assulutament xejn x'jaqsam mal-konnettività tal-mina u li l-iżvilupp hu kkontrollat mill- Awtorità tal-Ippjanar u mill- politika tagħhom. "Hi prattikament impossibli biex il-Gvern iżidhom. Iż-żoni tal-iżvilupp li twessgħu fl-2006," wieġeb Camilleri. Qal ukoll li l-fatt li l-iżvilupp żdied fl-aħħar snin, ħasseb anke lilu. Tenna li ż-żoni tal-iżvilupp żdiedu l-aħħar minn Gvern Nazzjonalista. Imma jekk din il-politika hi daqshekk ħażina, għaliex ma nbiddlitx? Il-Ministru wieġeb li fl-aħħar snin żdiedet l-ekonomija, però iktar minn hekk, l-Għawdxi u anke l-Malti kellu aktar flus fil-but u investa f 'pajjiżu. "Naħseb qatt għadni ma rajt tgergir fuq kostruzzjoni li tkun għaddejja b'teknika tradizzjonali ... Allura xi jdejjaqhom in-nies?? Bir-raġun, xi blokka tal-konkos jew tal-bricks li ma jaqblux mal- karratru tar-raħal." Il-Ministru Clint Camilleri qal mal-gazzetta ILLUM li bħalissa qegħdin isiru xi diskussjonijiet mall-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex (GRDA) propju fuq dan ir-rigward. Huwa qal li ma jistax jiżvela ħafna minħabba li d-diskussjonijiet għadhom qed isiru iżda jemmen li għandhom isiru arranġamenti u jekk hemm bżonn, direttivi. Spjega li dawn għandhom isiru mingħajr ma jonqsu d-drittijiet tal-persuni u mingħajr ma jixxukjaw numru ta' familji li qegħdin jagħmlu investiment fil-proprjetà tagħhom. Enfasizza li wieħed għandu jibda jikkunsidra l-faċċata tad- dar għax fuq kollox l-ewwel li tiekol l-għajn. "Wieħed għandu jikkunsidra forsi li f 'Għawdex tkun permessibli biss il-ġebla Maltija," temm jgħid Camilleri. Għaldaqstant, id- diskussjonijiet mal-GRDA ma jiqfux hemm. Camilleri insista li f 'Għawdex għadek issib għadd ta' veduti spettakolari li wieħed jista' jammira mid-dar jew minn xi lukanda u saħaq li dan ukoll għandu jinżamm f 'moħħ minn jieħu ħsieb l-ippjanar. Il-gazzetta iżda ġibdet l-attenzjoni fuq affarijiet oħra li qed ibeżżgħu lill-Għawdxin fejn jidħol l-iżvilupp. Dan filwaqt li ppuntant lejn kontroversji friski bħal dawk tax-Xlendi, l-Għarb u l-Qala. Dawn u anke l-karba tal-Għawdxin li, "qed jeqirdulna Għawdex" u "qed jeħdulna Għawdex." Hu wieġeb jgħid, "imma kif kont qed nispjega qabel, dawn żgur mhumiex policies li wettaq jew implimenta Gvern Laburista." Kompla billi spjega li hu diġà offra proposti li jistgħu jagħmlu differenza u li "ħadd ma jixtieq ħsara lil settur li hu b'saħħtu fl- ekonomija tagħna." Dan qalu filwaqt li stqarr li jiem ir-rabja fost il-pubbliku. "Eżempju dik tal-Għarb, tidher biċ-ċar li hi proposta għal triq f 'ODZ, imma għax applikazzjoni saret, ma jfissirx li se tiġi approvata." Insista li l-Għarb hu wieħed mil-lokalitajiet li għadhom kwieti, li għad għandhom karrateristiċi sbieħ, b'djar b'karrateristiċi antiki ferm. Fil-fatt żied jgħid, "naħseb li huwa wieħed mil-lokalitajiet li għandhom jiġu kkonservati. Żgur l-iżviluppi massivi u partikolarment f 'art ODZ m'għandhomx posthom fl- Għarb." 'Għawdex għandu jkollu l-aqwa sptarijiet, b'servizzi ġodda u servizzi aħjar' Din il-gazzetta ma setatx tagħlaq l-intervista mingħajr ma tistaqsi lil Clint Camilleri dwar l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Sa ċertu punt, l-argument tal-PN meta jisħaq li dan għandu jerġa' jiġi f 'idejn l-Għawdxin, jagħmel sens. Bil-flus li qed inħallsu ma jkunx aħjar li l-Gvern jerġa' jieħu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f 'idejh u jinvesti fih hu? Il-Ministru fakkar li hemm diskussjonijiet għaddejin bejn Steward u bejn il-Ministru għall-Finanzi u l-Ministru għas- Saħħa. Sostna li għalih, bħala Ministru għal Għawdex, l-importanti huwa li l-Għawdxin jirċievu l-aħjar servizz. Temm jgħid, "id- diskussjonijiet għaddejin, id- deċiżjonijiet se jkunu qegħdin jittieħdu, żgur li se nkun qed nenfasizza b'mod qawwi li tkun xi tkun id-deċiżjoni, Għawdex ikollu l-aqwa sptarijiet, b'servizzi ġodda u servizzi aħjar. Jekk ikun kapaċi jagħmilhom il-privat, irid jagħmilhom, jekk mhux kapaċi jagħmilhom il-privat se jkun qed jagħmilhom il-Gvern."