Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 storja IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'SPJUNAĠĠ, ĦABI TA' PRIĠUNIERI U SAĦĦA TREMENDA… IL-KONTRIBUT TAL-MARA MALTIJA FIL-GWERRA' ANTHEA CACHIA "Il-mara xogħolha fil-kċina." Hekk kienu jaħsbuha qabel. Il-ġurnata tal-mara kienet tibda minn sbiħ ix-xemx u l-irwol tagħha kien li tara li wlieda jiġu mħarsa, it-tfarfir isir u li fl-aħħar tal-ġurnata r-raġel ikollu platt sħun fuq il-mejda. Madanakollu kważi kollox inqaleb ta' taħt fuq wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Il-mara ma baqgħetx taħt l-istess lenti tas-soltu u b'xi mod, wara l-Gwerra, il-poplu beda jara li anke l-mara hi kapaċi tagħti s-sehem tagħha fis-soċjetà, lilhinn mill-ħitan ta' darha. "Il-kontribut tan-nisa fil-Gwerra kien enomri tant li essenzjalment, kif kien qal tajjeb ir-riċerkatur Simon Cusens, in-nisa kienu l-magna amministrattiva fuq xiex il-pajjiz kien qiegħed jimxi waqt it-Tieni Gwerra dinjija." Hekk qalet Kim Dalli lill- gazzetta ILLUM. Filwaqt li bosta nies jafu lil Dalli bħala attriċi, hija wkoll riċerkatriċi dwar il-Gwerra, b'mod partikolari dwar is-sehem tal-mara Maltija. Dan se jkun il-mira ta' dokudrama li qed tikteb taħt il-produzzjoni ta' Sharp Shoot Media Limited. Minn xogħol sigriet, għal messaġġi kodiċi … il-mara Maltija kienet tagħmel minn kollox Dalli tispjega li l-kontribut tagħhom ma kienx biss mil-lat ta' kura medika, tant hu hekk li Dalli tispjega li n-nisa kienu f 'kull aspett tal-ekonomija Maltija. "Kellek ħafna xogħlijiet li normalment kienu jagħmluhom l-irġiel u li ma setgħux ikomplu jagħmluhom. Dan għaliex l-irġiel, fl-1941, kellhom il-lieva. L-irġiel ta' ċertu età kienu mgħajta biex jagħtu l-kontribut tagħhom b'mod dirett fil-Gwerra. Allura, x-xogħol li ġie vakat, f 'daqqa waħda kellu bżonn jimtela. Veru li għandek kundizzjoni ta' Gwerra iżda l-pajjiż ma jistax jieqaf. Dak il-vojt imtela' propju minn nisa," spjegat Dalli. Hija qalet li fejn jidħol xogħol li kienu jagħmlu kemm in-nisa Maltin kif ukoll l-irġiel, waqt il-Gwerra, kien hemm id- dipartiment tal-Air Raid Protection (ARP) fejn il-ħaddiema kellhom l-irwol li jigwidaw lin-nies lejn ix-xelter, jaraw li l-linji gwida qed jiġu osservati kif ukoll jgħinu lin-nies li jinqabdu taħt il-ġebel meta jaqa' xi bini. Hija qalet lil din il-gazzetta li, "importanti li wieħed jinnota li, kuntrarju għall-Ingilterra, f 'Malta ma kellekx nisa b'irwol bl-uniformi. Barra minn Malta kellek in-nisa impjegati man-navy eċċ. Malta ma kellek xejn. L-unika komunità ta' nisa bl-uniformi kienu l-infermiera ta' Queen Alexandra (QA). U ta' min jinnota li dawn kienu nisa ordinarji bħali u bħalek". Il-mara Maltija kienet tagħti kontribuzzjoni diretta wkoll f 'Lascaris War Rooms. Dan kien il-kwartieri tat-Tieni Gwerra Dinjija. Dan kien post sigriet immens fejn kellek numru ta' nisa li kienu qed jagħmlu xogħol partikolari, fosthom ta' plotters. Xogħolhom dawn il-plotters kien li, permezz ta' mappa kbira, jimmarkaw il- movimenti tal-għadu biex minn hemm jieħdu deċiżjonijiet importanti fejn l-alleati tagħhom għandhom jattakkaw. Apparti minn hekk Dalli spjegat li rwol kruċjali ieħor għal mara kienet ta' cipherene. Fis-snin 40 ma kien hawn midja soċjali jew imejls. Meta kienu jintbagħtu messaġġi permezz ta' radji-telefoniċi kienu jkunu kollha f 'forma ta' kodiċi, biex jekk jiġi f 'idejn l-għadu ma jkunx jista' jifmhu u jaqrah. La darba dan il-messaġġ jasal, kien jinqara u jiġi interpretat mill-mara. Minn hemm dawn in-nisa kienu jagħmlu messaġġi b'kodiċi u jibagħtuhom lura. Ir-riċerkatriċi, b'passjoni kbira kompliet tispjega li, apparti minn hekk, kien hemm nisa jagħmlu xogħol amministrattiv mal- Gvern. Kellek ħafna għalliema, ħafna nisa li bdew jaħdmu bħala infermiera. "Kellek ukoll dipartiment imsejjaħ il- Voluntary Aid Detachment (VAD). Kellek nisa qed jaħdmu f 'uffiċini u saħansitra fid-dockyard. Rajt ukoll stampa impinġija, mill-artist Alfred Gerada, fejn in-nisa bdew iħaffru x-xelters taħt l-art. In-nisa kienu involuti f 'kull aspett tal-ħajja. Apparti minn hekk kellek is-sorijiet li kienu jagħmlu ħafna xogħol filwaqt li kien hemm ħafna għaqdiet volontarji fosthom Help e Homeless Funds." L-ILLUM tistaqsi: "X'ġara min-nisa wara l-Gwerra? Baqgħu jaħdmu? Dalli tispjega kif l-agħar żmien tal-gwerra għall-gżejjer Maltin kien bejn l-1940 u l-1942 u l-Maltin ma baqgħux isofru daqstant għax wara li l-Italja ċediet, il-Gwerra mxiet lejn pajjiżi oħra. Hija kompliet tgħid li għalhekk meta l-irġiel irritornaw lura għax-xogħol, in- nisa Maltin xtaqu li jibqgħu jaħdmu. Dalli rrakkontat kif waqt li kienet fl-Arkivji Nazzjonali, sabet dokument ta' artiklu tal- 1945, fejn id-Direttur tax-Xogħol u Ħarsien Soċjali, waqt konferenza kien qal li hekk kif il-Gwerra waslet fi tmiemha ma kienx hemm biżżejjed xogħol għall-irġiel, "allura huwa ovvju li n-nisa li bħalissa qed jagħmlu ċertu xogħlijiet, li normalment isiru mill- irġiel, għandhom iwarrbu u jagħmlu spazju għalihom." Preżenti għal din il-konferenza kien hemm 'l-Assoċjazzjoni Nisgħa ta' Malta', (Nisgħa għax hekk kienu jikbtuha) li twaqqfet fl-1944 minn Josephine Burns De Bono. Wieħed mill- għanjiet tagħha kien proprju li tiġġieled għad- dritt tal-vot tal-mara Maltija. Fl-Ingilterra, il-kontribut tan-nisa, b'mod partikolari fl- Ewwel Gwerra Dinjija, fil-qasam politiku u amministrattiv għenet biex ingħataw id-dritt għall-vot u saħansitra jikkontestaw għall- elezzjoni. L-argument ta' din l-assoċjazzjoni u ta' Burns De Bono kien li, ladarba l-mara kenet fdata bi rwoli daqstant kruċjali waqt il- Gwerra, mela għala m'għandhiex tkun fdata bil-vot? Dalli saħqet li l-istorja turina li sa minn qabel l-Ewwel Gwerra Dinija, kien diġà hemm diskussjoni fuq il-possibiltà ta' vot għall-mara, "però dak iż-żmien kien hemm oppożizzjoni. Kienu jemmnu li l-mara kien postha d-dar u jekk se tagħtiha l-vot mhux se taqdi dmirijietha. L-argument tal- assoċjazzjoni kienet li r-raġel minkejja li kellu d-dritt li jivvota, xorta kien jaħdem eċċ." Punt interessanti li qajmet ir-riċerkatriċi kienet li l-assoċjazzjoni kienet qablet is- L-ILLUM titkellem ma' Kim Dalli, riċekatriċi dwar l-irwol tan-nisa fil-Gwerra u kif dan wassal biex fl- 1947, ingħataw id-dritt tal-vot

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021