Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 storja illum • IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 sitwazzjoni ta' Malta ma' dik tal-Ġermanja u kif kien imexxi Hitler. Huma qalu li s-sistema li kien qed jaddotta Hitler kienet fewdali u antika fejn il-mara kienet taħt oppressjoni. "Għalhekk Josephine kienet staqsiet, 'aħna rridu nkunu bħal Hitler? Bħall-Ġermanja?' L-Assoċjazzjoni baqgħet topera, u dan kien xokk kulturali kbir għal dak iż-żmien. Dalli madanakollu tgħid li wara x-xokk tremend li ġabet magħha t-Tieni Gwerra Dinjija, "l-affarjiet bil-mod il-mod bdew jinbidlu". Eventwalment naraw li l-mara ngħatat id- dritt għall-vot fl-1947. Persuna influwenti li kienet kruċjali għal dan il-mument storiku kienet Mabel Strickland, politikanta kif ukoll ġurnalista, direttur maniġerjali u editur tat- Times of Malta. Dalli qalet lill-ILLUM li Strickland ta' spiss kienet tagħmel editorjali dwar il-moviment tas-sufragettes fl-Ingilterra. 'Meta tħares lejn il-letteratura tara żbilanċ qawwi' L-ILLUM allura staqsiet: "huma it il- Maltin li jafu bil-kontribut enormi tan-nisa. Taħseb li f 'dik l-epoka, għal ċertu membri tas- soċjetà, il-kontribut tan-nisa ma kellu ebda valur?" Għal dan Dalli wieġbet li meta wieħed iħares lejn il-letteratura tal-Gwerra, "tara żbilanċ qawwi ħafna. Il-letteratura tiffoka fuq il-lenti maskili milli dik tal-mara … Fil-verità din hija assurda għax nofs il-popolazzjoni Maltija tan-nisa kienu hemm, jaħdmu." Kompliet tgħid li dak iż-żmien, in-normi soċjali u kulturali, kienu jistennew affarijiet differenti mill-mara. Tgħid li r-raġel kellu leħen u allura seta' jippreserva l-istejjer u l-ħsibijiet. Filwaqt li tan-nisa wieħed irid iħaffer ħafna iżjed. Kim Dalli irrakkontat ukoll l-istejjer ta' tliet nisa oħra Maltin li taw sehem kbir fil-Gwerra: Min hi Henrietta Chevalier? Henrietta Chevalier, imwielda Xerri, kienet mara miżżewġa, omm ta' tmint itfal li emigrat mar-raġel tagħha, omas, f 'Ruma li kien jaħdem mal-kumapnija tal-ivjaġġar omas Cook. Madankollu, omas kien miet it qabel il-gwerra. Għalhekk Henrietta sabet ruħha armla. "Kif nafu l-Italja kiena alleat ruħha man- Nazzisti. Meta tneħħa mill-poter Mussolini, fl-1943, in-Nazzisti kienu okkupaw Ruma u dan kien żmien diffiċli mmens. Kellek ħafna priġunier tal-Gwerra maħruba li x'ħin bdew javvanzaw l-alleati, il-priġunieri ħarbu mill-kamp fejn kienu qed jinżammu, iżda imbagħad daħlu n-Nazzisti, u kellhom jaħarbu baxx baxx. Ir-reġim Nazzista kien kiefer ħafna, tant hu hekk li kien għamel regola li, min jinstab jgħin jew iżomm lill- priġunieri kienu jisparawlhom, joqtluhom," kompliet Kim. Henrietta, b'kuraġġ ta' barra minn hawn u b'dedikazzjoni inkredibbli kienet aċċettat it- talba ta' Monsijur Irlandiż, ibbażat il-Vatikan, Hugh O'Flaherty. Hu ħoloq dan in-network sigriet, imsejjaħ 'e Rome escape line' fejn kienu jgħinu lil dawn in-nies u jtuhom kenn sakemm jaħarbu minn Ruma. Wieħed mill-ewwel nies li kellem, meta beda jara l-influss ta' nies ġejjin għalih, kienet Henrietta u kienet fil-fatt l-ewwel persuna li laqgħet in-nies fl-appartament żgħir tagħha. Henrietta ma kinitx mara sinjura apparti li kellha ħafna minn uliedha magħha. Kienet użat l-appartament tagħha biex taħbi dawn il- priġunieri minkejja r-riskju kbir. Tant hu hekk li l-uffiċjali Nazzisti kienu qed jissuspettaw li kien hemm xi ħaġa u kemm- il darba daħlu ġol-appartament tagħha jippruvaw ifittxu fejn kienu dawn in-nies. Fortunatament din kienet dejjem tkun taf it minuti qabel ma kienu jmorru d-dar tagħha u dejjem kellha biżżejjed ċans biex tħarrabhom. Kim tgħid li, "hemm hafna djarji ta' suldati li kienu jgħixu magħha u kienu jgħidu, kemm kienet mara inkredibbli. Kien hemm ittra wkoll tagħha li sibt, fejn il-persuni li kienu qed jieħdu ħsieb 'l-escape line' kienu jgħaddu l-flus biex jixtru l-ikel għan-nies li qed jieħdu ħsieb il-priġunieri. Għal Henrietta jgħidu li ma kienx hemm bżonn ituha flus għall-ikel għax dejjem kien jirnexxielha titma l-kulħadd." Kienet tħobbhom daqslikieku kienu uliedha. Kim tgħid li skopriet li Henrietta baqgħet issofri minn effetti ta' post traumatic stress disorder (PTSD) għall-bqija ta' ħajjitha. Fil-fatt għamlet il-maġġoranza ta' ħajjitha ġo sptar mentali. "Ħallset prezz għoli ħafna għal minn kien l-iżjed fil-bżonn biex illum il-ġurnata hija minsija. Ħafna nies hemm barra ma jafux min hi u għandhom ikunu jafu." Min hi Ella Attias? Ella Attias, imwielda Zammit Cutajar, kienet mara Maltija li żżewġet nobbli Franċiż u marret tgħix it-Tuneżija. Ella volontarjament issieħbet ma' organizzazzjoni sigrieta u kienet spija u xogħolha kien li tagħti l-informazzjoni lill-intelliġenza Ingliza ġewwa Malta rigward it-truppi u moviment tal-bastiment tat- Tuneżin, tal-għadu. Iżda, fil-1941, skoprew min hi, arrestawha u spiċċat il-ħabs. Filwaqt li s-sentenza kienet ta' tliet snin, għamlet sena u nofs. Kienu daħlu l-alleati fit-Tunezija u irnexxielha taħrab mill-ħabs fejn imbagħad kienet ġiet Malta. Lura Malta, hija ġiet impjegata mas-Servizzi Sigrieti tal-Ingilterra fejn wara kompliet tagħmel dak ix-xogħol. Mary Ellul: il-Maltija b'saħħa tremenda… Mara popolari, li kienet toqgħod Ta' Sliema, jisimha Mary Ellul iżda kienet magħrufa bħala "Mary man" għax kellha saħħa kbira. Mary kienet salvat ħafna nies minn qalb it-tifrik tal-ġebel wara l-air raides. "Kienet taqbad kantun qisha qed taqbad tarbija u ssalva lin-nies. Għamlet xogħol inkredibbli." Kim Dalli – Ritratt meħud minn Melvin Farrugia Bonnet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021