Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464
16 kotba IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Iffissat u intransiġenti Steve Borg jagħtina ħasda tajba, kważi anki doċċa kiesħa, bid-debutt letterarju tiegħu. Kulħadd għandu ktieb ġo fih, jgħidu, u dan il-qawl informali kontemporanju nistgħu anki nadattawh għall-impressjoni li spiss ikollna dwar min ikun ġa mdaħħal sew fid-dinja tal- kotba imma jkun għadu ma pproduċix opra fittizja. Borg ilu magħruf, imma bħala riċerkatur, biż-żewġ kotba minn triloġija prospettiva Il- Maltin, li tesplora faċċetta oħra tal-istorja ta' poplu billi tiflilu wħud minn drawwietu u l-għemejjel ta' kuljum, b'ħarsa li titbandal bejn dik tal-antropologu qed ifittex ir-razzjonal xjentifiku u l-osservatur passjonali li jrid jiddokumenta akkost ta' kollox dak li għex mill-qrib u li tant dejjem ħabb. Din l-istess attitudni nsibuha f 'Tad-Demm u l-Laħam (KKM, 2021), bil-miżien ixaqleb sew lejn it-tieni keffa, dik dejjem aktar mgħobbija bl-emozzjoni, f 'dan il-metodu li ġa jaf ikun kontradittorju. Waħda mir-regoli mhux miktubin hija li l-antropologu jilgħab dejjem away, lil hinn minn dak li jaf sabiex ma jirbħuhx l-emozzjonijiet u t-tendenzjalità tiegħu ma ttappanx l-ogħla għan aħħari tal-analiżi xotta. It-titlu bl-eku Spiterjan jaf forsi mhux daqshekk għażżien daqskemm jidher, għaliex ir- realiżmu ta' Borg huwa wieħed pjuttost partikolari: jabita spazji definiti għall-aħħar u b'leħen narranti ġa konvint mill-programm tiegħu, u donnu jiskarta minnufih il- potenzjalitijiet tal-esplorazzjoni psikoloġika tal-karattri jew tal-iżvilupp tal-azzjonijiet, għax l-intenzjonijiet tal-awtur jittantaw imorru lil hinn mis- sempliċi tiftix fittizju. Lil Steve ili nafu xi ftit, u nisma' lilu spiss fil-vuċi tar-rakkonti f 'din il-ġabra. Riskju dejjem għall-kittieb meta ma jħallix wisq distanza bejnu bħala l-personalità soċjali u dak li jrid jissublima f 'kitbietu, u ximindaqqiet tħoss intransiġenza fil-linja ġenerali tal-fehmiet li tista' tqabbdek bidu ta' ħlewwa ta' qalb. Imma aktar ma taqra u togħdos fil- viżjoni unika ta' Borg, tibda tifhem il-proġett tiegħu. Ktieb li jista' jinqara' bħala rumanz, fejn kull storja hija essenzjalment varjazzjoni fuq tema, li tidher li trid tipproponi, u għalhekk is- suċċess aħħari tal-isforz fittizju, annimal soċjali ġdid, kważi Malti ideali li għandu fehma fissa dwar postu f 'pajjiżu u fid- dinja. Borg jinqara bħal manifest, proposta iebsa wara l-osservazzjoni, anki min- naħa tal-letterati ta' qablu, ta' x'jagħmel il-Malti dak li hu, partikolarment mill-aspett soċjali ddettat mill-iżviluppi storiċi, sew dawk ewlenin sew il-modi diversi kif il- ġenerazzjonijiet innegozjaw is- sopravivenza u l-koeżistenza. Bħall-Qasab ittenni ritornell ġdid, xbiha tal-Maltin li qishom il-knienel tal-qasab, "maqgħqudin, wieħed mal- ieħor, u mal-ieħor mill-għekiesi", kif jgħidilha n-narratur, student mediku Laburist minn qiegħ ix-Xgħajra, lill-maħbuba Nazzjonalista u tal-pepè tiegħu. Huwa forsi l-uniku waqt konċiljatorju fil-ġabra li donnu jsolvi t-tensjonijiet kollha espressi minn rakkont għal ieħor, iżda mhuwiex sentiment superfiċjali. Din l-għaqda ideali bejn il- Maltin, lil hinn mid-diviżjonijiet politiċi u profondi, taf għeruqha lill-istorja miktuba mhux biss miż-żgħir minkejja li mingħalina mwettqa finalment mill-kbir, imma lill-għarfien ta' poplu li forsi jaqsam wisq aktar ħwejjeġ komuni mid-diviżjonijiet li ddettawlu ideoloġiakment tul iż-żmien. Il-bias ta' Borg huwa ovvju, u komparabbli mal- esternalizzazzjonijiet pubbliċi tiegħu. Il-Malti u x'naħsbu dwaru, dwarna nfusna, joħroġ kważi bħala finzjoni fih innifsu, u l-paradoss awturjali għal Borg huwa li għandu jkisser dan il- mit. Hemm dejjem ir-riskju li dan jiġi sostitwit minn mit ieħor, imma l-kittieb jirnexxilu jaħarbu dan is-sogru, forsi anki bis- saħħa tal-konvinzjonijiet tiegħu u biċ-ċertezzi leġittimi dwar għeruqu. Ifeġġu għalhekk ta' spiss l-ambjenti tan-Nofsinhar Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb