Illum previous editions

ILLUM 14 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1428464

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 14 TA' NOVEMBRU 2021 Mark Vella jitpaxxa bl-ewwel novelli ta' Steve Borg, miktubin b'Malti li mhux bilfors iniżżlu s-sajjem, imma li għalhekk huwa l-mod tal-espressjoni meħtieġ għall-manifest soċjali partikolari li jrid iwassal l-awtur ta' Malta, mix-Xgħajra sa Wied il-Għajn u Birżebbuġa, flimkien mal-preġudizzji dwar din iż- żona u anki mal-kontrappunt tal-annimal stramb tal-klassi l-oħra. L-Ingliżati Borg ma jistħarriġhomx bħal Vella Gera, forsi anki għax ma trabbiex fihom, imma lanqas ma jerħihom bħala sempliċi affettazzjoni makkjettistika. In- narraturi jitħabbu u jitħalltu ma' din il-klassi, għaliex wara kollox Maltin daqshom u bħalhom, u l-attitudni li jitmgħalhom Borg hija waħda li ma tistax tissejjaħ gratwitament preġudikata, imma għarfien kburi tal-identità ta' dak li jkun li ma jaħfirhiex lil dawn l-imposturi. L-attitudni friska ta' Borg għalhekk, fuq dan il-livell soċjali delikat, tistrieħ fuq il- fatt li qiegħda titwettaq analiżi matura, nieqsa minn kull lanzita, u mifruda minn sens qawwi ta' dak li jsawwar tista' tgħid il- biċċa l-kbira tal-protagonisti tal- istejjer: nies li telgħu mill-faqar, Mintoffjani/Laburisti konvinti, iġorru l-istorja tagħhom bi kburija, mgħarrfa profondament dwar għeruqhom. Jaf kwistjoni ta' narrattiva, fis-sens dik imposta mill-ideoloġija, fejn il-persunaġġi li Borg joffrilna biex iwasslu dan il-manifest, jistgħu jidhrulna 'iffissati', biex nerġgħu nduru għal Vella Gera u s-sinteżi azzekkata ta' Frances biex tiddeskrivi lil Noel fi Sriep. Imma huwa dan l-iffissat, intransiġenti, dan l-antieroj li ma jistax jibqa' moda għal dejjem u lanqas ma jista' jkompli jgħix fir-realtà, li jsir il-fanal ta' Borg li jista' jdawwal it-triq lejn Malta ġdida. Għax, int u taqra Tad-Demm u l-Laħam, jiġik kważi li tgħid kemm ngħixu f 'pajjiż ikreh u tan-nejk. Pajjiż li tassew għandu bżonn jikber, bħal ma kienu jgħidu Dimech u Mamo, u li għadu qed jirranġa bit-tlikki tlikki għajjien wisq minn poplu "qisu għadu kif ħareġ mill-għerien u skopra kif inajjar". In-novella X'qala' l-baħar tikkonfronta wieħed minn dawn l-iffissati ta' Borg ma' kaċċatur jagħmilha ta' sajjied biex ma jinqabadx f 'għemilu, imma n-narratur ma jitqarraqx għax jaf isem kull xitla u kull tajra fil-Bajja tal-Imġiebaħ u d-drawwiet marbuta ma' kull sengħa. Din l-ewwel novella, tant hu hekk, tqiegħed it-ton għall-bqija tal-ġabra: mhuwiex, għalhekk, iffissat, dak li jaf lil artu fuq ponot subgħajh, għax b'hekk biss jista' jirrispettaha u ma jħallix lil min iqarraq bih. In-novelli ta' Borg huma spiss ippopolati b'karattri soċjalment arretrati u antipatiċi, li jiġbdu l-għadab kiebi tan-narratur li donnu joħroġ ta' mnieħru mxammar, appuntu intransiġenti quddiem nuqqasijiet li għalkemm fid-deher mhumiex gravi u neħduhom bħala parti mill-folklor stramb tagħna, huma fil-fatt attitudnijiet kważi uniċi fl-illoġiċità tagħhom. Dan joħroġ sew mit-tqabbil ma' barra, imma mhux biss meta jsir il-paragum mal-ideali, iżda wkoll meta nikkumparaw ma' dak li hu bħalna, bħal f 'O Lejl ta' Skiet, ambjentata f 'Majorka u stampa preċiża tal-ġustizzja Mediterranja iebsa maż-żgħir u laxka mal-kbir. Drabi oħra huma l-ħmerijiet li jdarrsu: il-preġudizzji u l-firdiet soċjali, nies li jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu u ħadd ma jista' għalihom, jew inkella l-Beltija li toħroġ il-bandiera tat-Taljani fil-gallarija u ddoqqlok in-Notti Magiche mingħajr ma tagħraf li nannuwha x'aktarx kien intradam taħt bomba tar-Regia Aeronautica. Jaf itik f 'għajnek Steve Borg, għax dal-ħwejjeġ tagħrafhom, imma biex tgħix bi kwietek, sikwit ikollok tinjorahom u tiknishom taħt it-tapit. In- narraturi ta' din il-ġabra, madankollu, għandhom is- soluzzjonijiet. Jafu jkunu perikolużi jekk immotivati mill-eżasperazzjoni jew minn ġustizzjaliżmu superfiċjali, jew inkella mill-fissazzjoni, imma effettivi meta mixgħula mill- ġenju Malti tal-makakkerija u l-qtugħ tal-għatx bil-perżut. F'dik li x'aktarx hija l-isbaħ novella fil-ġabra, It-Tfal tal- Eroj, din is-soluzzjoni donnha tinstab. Soluzzjoni qarsa, imma forsi meħtieġa, għalkemm l-eroj nagħrfuhom aħna u naqraw l-istorja, u x'aktarx se nsibu inqas minnhom dawn il- karattri, intransiġenti u ideali, malli nixrfu mill-bieb ta' barra. Steve Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 November 2021