Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 analiżi IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'Qum, qum int ukoll, O mara Maltija. Oħroġ mill-istat mudlam ANTHEA CACHIA Ta' spiss nisimgħu fuq il-karba tal- mara għal aktar vuċi fil-Kamra tar- Rappreżentanti. Tant hu hekk li fl-aħħar sentejn lkoll smajna bil-liġi elettorali l-ġdida magħrufa aħjar bħala; l-gender quota jew aħjar bħala il-liġi tal-ugwaljanza jew saħansitra il-gender top-up. Sejħilha li trid, iżda ta' min wieħed jirrimarka li din ma ntlaqgħetx tajjeb minn kulħadd, uħud minn dawn kienu nisa wkoll. Sa' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, il- maġġoranza tan-nisa Maltin, lanqas kienet tgħaddilhom minn moħħhom li jqajjmu l-kwistjoni ta' parteċipazzjoni elettorali. L-istorja turina li meta mara Ingliża kienet ressqet it-talba għal voti tan-nisa Maltin, Winston Churchill kien saħaq li jingħataw il-vot, la darba l-mara Maltija tistaqsi għalih. Madankollu naraw ukoll li wara din il- battalja sħiħa għall-parteċipazzjoni, kienu l-it li daħlu għall-politka. Sitwazzjoni simili ta' dik ta' llum. Għalhekk il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Professur Carmen Sammut, fejn staqsiet; għaliex il-mara Maltija damet aktar mill-mara Ingliża biex ingħatat il-vot? Il- Knisja, waħda mill-ogħla istituzzjonijiet dak iż-żmien, xi rwol kellha fuq din il-kwistjoni? U fuq kollox, min kienu n-nisa fil-politika dak iż-żmien? L-Assemblea Nazzjonali tlaqqgħet. Imma n-nisa fejn huma? Sammut spjegat li pajjiżna ilu 100 sena minn mindu kellna Parlament awtonomu. Madankollu, it qabel is-Sette Giungo, fl- 1919, qabel ma' beda l-Parlament kienet titlaqqa' l-Assemblea Nazzjonali, li fiha kien ikun hemm baned, soċjetà ċivili, l-oqsma kollha tagħha eċċ. Sammut tgħid li r-rekords juru li minn dawk il-laqgħat tal-Assemblea, min-numru kbir ta' rappreżentanti fiha, l-ebda waħda ma kienet mara minkejja li f 'dak il-perjodu diġà kien hemm numru ta' għaqdiet, uħud anke ta' karità, li kienu magħmula min-nisa. "Kien hemm għaqdiet li kienu jaħdmu biex inaqqsu l-mortalità fost in-nisa u r-rata' ta' mwiet fost it-trabi li dak iż-żmien kienet għolja ħafna. Il-mortalità tal-mara waqt it-twelid kienet għolja wkoll. Kien hemm numru ta' għaqdiet ta' karità għar-romol, li dak iż-żmien kien hemm ħafna minnhom li kienu jbatu l-ġuħ," spjegat Sammut. Tgħid iżda li l-ebda' rappreżentanza minn dawn l-għaqdiet ma kienet mistiedna biex tipparteċipa. Hija spjegat li minkejja li fl-Ingilterra fl- 1918, in-nisa ngħataw id-dritt għall-vot, f 'Malta waqt id-diskussjoni ta' Assemblea, din ma ngħatatx importanza. 'Ma kienx hemm protesti dak iż-żmien' Fil-25 ta' Lulju, Leopoldo Vizzari de Sannazaro, "Slimiż li kien isejjaħ lilu nnifsu bħala 'dottore di scienza politika' kien bagħat ittra lis-Segretarju tal-Assemblea, dak iż- żmien kien Nerik Mizzi." F'din l-ittra huwa kien appella għal suffraġju universali, jiġifieri vot wieħed għal kulħadd. "Huwa kien iħoss li s-sistema li kienet tippermetti erba' jew ħames voti f 'idejn bniedem wieħed privileġġjat, kienet 'kamp miuħ beraħ għall-korruzzjoni'. Imma l-appell tiegħu spiċċa fix-xejn u dawn baqgħu isostnu l-plural voting." Il-plural voting kienet sistema ta' voti fejn irġiel li kellhom proprjetà, edukazzjoni jew professjonijiet f 'xi qasam, seta' jkollhom ħafna aktar voti minn nies ordinarji. Vizzari de Sannazzro kien fakkar li kien hemm għexieren ta' pajjiżi li fih in-nisa kienu qed jivvutaw u kien għalhekk li kien esprima x-xewqa tiegħu għal kostituzzjoni ġdida. Sammut tispjega li sal-ewwel Gvern awtonomu, in-nisa ma dehru mkien. Minkejja dan, "ma kienx hemm protesti dak iż-żmien. Kien hemm ukoll ix-Xirka tal-Imdawlin ta' Manwel Dimech, fejn hu kien jitkellem fuq id-dritt tal-mara li kellha tkun ċittadin li jkollha sehem fil-ġlieda anti- kolonjali u fl-iżvilupp tal-pajjiż … Imma nafu x'ġara. Lil Dimech eżiljawh u ħelsu minnu, tant li lanqas meta spiċċat l-Ewwel Gwerra Dinjija ma ħallewh jirritorna, minkejja li kien priġunier tal-Gwerra," kompliet tispjega. Fl-1902, Dimech kien diġà appella lin- nisa biex isemmgħu leħinhom. Huwa kien kiteb, "Qum, qum int ukoll, O mara Maltija … oħroġ mill-istat mudlam tiegħek, mara Maltija, għax id-dawl għalik ukoll inħoloq". Hija qalet ukoll li kien hemm nies "Dimech-jani" li fis-snin ta' wara għenu lil nisa fil-politika, fosthom lil Agatha Barbara. Sammut spjegat kif dak iż-żmien kien ikun skandlu kbir jekk f 'għaqda waħda kien ikun hemm preżenti nisa u rġiel flimkien. Tgħid li, "għaqda oħra li kienet taċċetta lin-nisa kienet fis-Soċjetà tal-mużew ta' Dun Ġorġ Preca. In-nies kienu kważi jiskandalizaw ruħhom, tant li kienu jilbsu l-għonnella u jgħattu wiċċhom għax ma kinitx aċċettabbli f 'Malta. Dik Maltija kienet soċjetà pjuttost segregata u nistgħu nimu għalhekk forsi li l-Assemblea Nazzjonali ma talbitx lin-nisa jipparteċipaw." In-nisa Ingliżi ġġieldu għan-nisa Maltin ukoll "Irridu ngħidu li f 'Malta ma kienx hemm xi protesti kbar. Fl-Ingilterra kien hemm in-National Union of Women's Suffrage Societies (NUWSS). Min-naħa l-oħra kellek lil Eva Marian Hubbeck li kienet ħarġet għall-elezzjoni, ġiet eletta u saret Segretarju Parlamentari, fil-Parlament Ingliż," qalet Sammut. Hubbeck kienet bagħtet numru ta' ittri fejn ipprotestat f 'isem in-nisa Maltin. L-ewwel waħda kienet lill-Uffiċċju tal- Kolonji, Viskonti Milner. Huwa kien spjegalha li l-kostituzzjoni kienet, 'letters patent' jiġifieri ma kinitx approvata u diskussa mill-Parlament iżda ffirmata direttament mir-Re nnifsu. It-tieni protest tagħha sar lis-Segretarju tal-Kolonji, Winston Churchill. Hija kienet qatlu li jekk Malta kienet se tingħata Kostituzzjoni Awtonoma, kienu se jintroduċu l-bidla iżda fil-verità għan-nisa din ma solviet xejn. Il-Professur spjegat lil din il-gazzetta kif Churchill kien weġibha u hi kellmitu lura u hu kien qalilha li f 'Malta ma talbuniex għall-vot tan-nisa allura għalfejn għandna nimponuh aħna? Meta naslu għaliha nagħmluha. X'kien l-irwol ta' Mabel Strickland f 'dan kollu? "Perjodu affaxxinanti fil-karriera ta' Mabel Strickland kien meta kienet għadha żgħira, meta kellha fuq it-30 sena. Missierha, Gerald Strickland, kellu siġġu fil- House of Commons fl-Ingilterra, fejn kien jirrappreżenta ż-żona fejn daru. Għalhekk kien ikun assenti ħafna minn Malta. Dan minn barra li kien qiegħed jinnamra ma' Damu 30 sena jiġġieldu għall-vot. Irnexxielhom u ħarġu għall-elezzjoni. Minkejja dan ma sabux nisa biżżejjed. 100 sena wara naraw li qiegħed jiġri l-istess. L-ILLUM tistaqsi, hemm bżonn ta' bidla? Mabel Strickland Agatha Barbara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021