Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Ewropej illum • IL-ĦADD 21TA' NOVEMBRU 2021 lil dak barrani wkoll - Iż-żgħażagħ jipproponu Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Passaport wieħed u ID card waħda! Immaġina inti u ssiefer minflok ikollok il-passaport bl-arma tar-Repubblika Maltija u ta' ħdejk ikollu tal-Italja, kemm int kif ukoll ta' ħdejk ikollkom l-istess passaport bl-istilel tal-Ewropa! H e k k qed jipproponu dawn iż-żgħażagħ f 'rapport fejn huwa ċar li l-aċċenn huwa fuq il-federaliżmu, jiġifieri li l-UE tingħaqad u tiċċentralizza dejjem aktar - ċertament prospett li ħafna Maltin ma jaqblux miegħu. Huma qed jgħidu li dan il-passaport u ID card komuni jkunu wżati biex persuna tidħol f 'pajjiż ieħor tal-UE jew inkella tgħix fih. Lura fuq il-federaliżmu, dawn iż- żgħaħagħ jgħidu illi għalkemm Ewropa federali mhix faċli li tintlaħaq, hija "proġett bi prospetti kbar!" Ir-rapport fil-fatt qed jipproponi wkoll sistema fiskali li tkun komuni madwar l-UE kollha. Aktar faċli li pajjiż jiġi ssanzjonat Dan ir-rapport qed jisħaq illi għandha titneħħa r-regola tal- unanimità f 'dak li jirrigwarda Artiklu 7. Dan l-artiklu fit-Trattat tal-UE, jiddetermina x'drittijiet għandhom jitnaqqsu jew jitneħħew mingħand Stat Membru għal diversi raġunijiet - bħalma kien hemm dan il- proċess kontra l-Polonja riċentement. Jekk tgħaddi ta' dawn iż-żgħażagħ isir allura aktar faċli li pajjiż tal-UE jiġi ssanzjonat. Iż-żgħażagħ qed jitolbu wkoll li kemm jista' jkun malajr l-klawżola tal-Kundizzjonalità marbuta mas- Saltna tad-Dritt tidħol fis-seħħ. Din il-klawżola torbot l-għoti ta' fondi ewropej mas-saltna tad-dritt u allura li pajjiż li jkun kiser is- saltna tad-dritt jitnaqqsulu jew ma jingħatawlux fondi ewropej. Ewropa edukata fuq l-użu tal-midja soċjali! Tgħajjir, insulti personali, xenofobija, dagħa - insomma dan u aktar sar karatteristika komuni fil-ġungla tal-midja soċjali. U din mhux problema ta' Malta biss! Għalhekk iż-żgħażagħ qed jipproponu illi waħda mill-prioritajiet tal-UE u tal- Parlament Ewropew huwa li jkun hemm edukazzjoni - inkluż fil-kurrikulum - li jgħallem kif tuża u tieħu ħsieb ir-realtà diġitali. Biex titjieb is-sigurtà ċibernatika qed ikun propost Kumitat li jiddiskuti flimkien ma' esperti u li jiddetermina x'inhu reat ċibernatiku u x'leġiżlazzjoni teħtieġ tkun adottata. Qed jipproponu wkoll li jkun hemm aktar fondi għall-edukazzjoni mhux formali permezz ta' aktar żgħażagħ li jipparteċipaw f 'servizzi volontarji, skambji u inizzjattivi sportivi. Dan ir-rapport qed jara Ewropa fejn l-iskejjel jibdlu l-fokus tagħhom lejn suġġetti li huma ħafna iktar relatati mal- ħajja fid-dinja kontemporanja, bħall- għarfien u t-tagħlim dwar is-saħħa mentali, edukazzjoni sesswali, għarfien (literacy) finanzjarju u diġitali u ħiliet interkulturali. Jisħqu illi dan jgħin sabiex tkun inkoraġġita ċittadinanza aktar inklussiva u tolleranti. Finalment ir-rapport jipproponi miżuri sabiex jonqos il-qgħad fost iż-żgħażagħ li jgħidu illi għandha tkun priorità għall- UE. Għalhekk jappellaw għal fondi speċifiċi biex internships bla ħlas jitwaqqfu, filwaqt li jinħoloq netwerk ta' medjaturi fl-iskejjel ta' stati membri sabiex jintlaħqu minn qabel żgħażagħ li potenzjalment se jitilqu mill-iskola kmieni. Min iħammeġ irid jibda jħallas! Naturalment ma jistax ma jsirux proposti dwar l-ambjent, kwistjoni li dwarha ħafna żgħażagħ għandhom opinjoni b'saħħitha kemm f 'Malta u anke madwar l-UE. Qed jipproponu għalhekk li kumpaniji jinżammu responsabbli tal-ħsara li jagħmlu lill-oċeani, xmajjar, l-arja u anke l-art u fejn hemm bżonn saħansitra jsiru sanzjonijiet fuq kumpaniji li jkunu qed jagħmlu ħsara lill-ambjent u jħallu konsegwenzi fuq is- saħħa pubblika. Qed jipproponu wkoll li jinħoloq kejl li permezz tiegħu jkun ikkalkulat kemm kumpanija tkun qed tniġġeż u tiġġenera skart. Qed jipproponu li jitneħħew l-inċentivi kollha li jingħataw lil dawk li jaħdmu bi uwils li jniġġsu, li l-UE t i s s u s s i dj a s-swieq lokali li jbigħu prodotti lokali minn bdiewa u li l-aċċess għall-kreditu jkun ħafna aktar iffaċilitat. U finalment fir-rapport tagħhom iż-żgħażagħ jappellaw għal sistema standardizzata ta' riċiklaġġ madwar l-UE. Huma qed jipproponu li ċittadini jħallsu ammont żgħir ta' flus meta jixtru prodotti ppakkjati, li jingħatawlhom lura meta huma jiddepożitaw l-ippakkeġġjar f 'magna apposta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021