Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum L-attiviżmu: lil hinn mill-banalità ta' Facebook T ul dawn l-aħħar snin, il-movimenti soċjali f 'Malta ħadu spinta kbira u dan frott il-ħidma bieżla u konsistenti ta' ħafna vol- untiera, attivisti u residenti. Rajna l-Front Ħarsien ODŻ, il-kampanja kontra l-iżvilupp fuq l-ex sit tal- ITS, il-kampanja li wasslet għal- liġi l-ġdida tal-kera, il-protesta "Iż-Żejjed Kollu Żejjed" tas-7 ta' Settembru 2019 u bosta kampanji soċjali u ambjentali oħra. Huwa ċar ukoll li ċertu kampanji, bħal pereżempju dik favur l-aċċess pubbliku għal Manoel Island fl-2016 u t-tibdil fil-Fuel Station Policy fl-2020, irnexxew aktar minn oħrajn għax il-ħsieb, l-istrateġija u l-organizzazzjoni li sostnewhom kienu aktar effettivi. Is-soċjetà ċivili ta' Malta - attivisti, akkademiċi, professjonisti u voluntiera - għandha impatt kbir fuq l-aġenda politika u tal-media iżda hemm ukoll dgħufijiet li ta' min nirriflettu fuqhom. L-ewwelnett, kull kampanja, trid jew ma tridx, titlaq minn kontradizzjoni. Minn banda, għandek il-fatt li l-bidla aħħarija li jitlob li jara moviment soċjali permezz ta' kampanja, jiġifieri liġi ġdida jew bidla fil-liġi, se jgħadduha u japprovawha membri parlamentari. Mill-banda l-oħra, dawn huma l-istess nies li spiss il-movimenti soċjali jimmiraw rabja serja lejhom. Dak li jsir u jintqal fil-kuntest ta' kampanja, iżda anki b'mod ġenerali fil-ħajja ta' moviment soċjali, għandu jitqies ukoll f 'dan il-kuntest. Meta għandna stazzjon nazzjonali maħkum mill-gvern u żewġ stazzjonijiet tal-partiti jibbanalizzaw suġġetti importantissimi u kumplessi, xogħol il-movimenti soċjali huwa li noffru spazji non- partiġġjani li jilqgħu fihom nies minn kull lewn politiku bil-għan ta' diskussjoni serja u li nisimgħu l-istorja ta' kulħadd. Huwa d-dmir assolut tal-imħuħ wara l-kampanji jaħarqu tas soċjetà ċivili u tal- parteċpi kollha fihom, li jimirħu 'l bogħod mill-banalizzazzjoni tad- diskussjoni pereżempju fuq l-abort, il-ħabs u l-qgħada politika Maltija fuq pjattaformi virtwali tal-mezzi soċjali. B'mod partikolari f 'pajjiż bl- għola rata ta' nies li jużaw il-mezzi soċjali virtwali kuljum u l-anqas rata ta' qari fl-Ewropa kollha. Pereżempju, l-enerġija li tmur f 'attakki emozzjonali lejn ċerti ministri hija enerġija moħlija. U kemxejn redikola. Ħu dawn il-ħafna karikaturi u memes li naraw ta' ċerti persunaġġi fuq l internet u l-fissazzjoni li nitmejlu bl-aħħar post ta' Aaron Farrugia, Ian Borg, Rosianne Cutajar, Edwin Vassallo, Paul Vinċenti jew Ivan Grech Mintoff. Fejn wassalna dan? Wassalna biex naljenaw lil min hu serju u jrid jiddibatti, jisma' u jaħdem fuq problemi reali. Wasslna biex inkomplu naljenaw lil dawk li għadhom iħarsu lejn id-diskussjoni politika minn lenti partiġġjana u biex l-argumenti tagħna jduru madwar jew saħansitra jkomplu jqanqlu attakki personali fuq il-partit tal-ieħor jew l-oħra. L-umoriżmu intelliġenti għandu postu. Imma mhuxl-umoriżmu li ma jgħid jew jikkontribwixxi xejn, li anzi jsaħħaħ l-imħabba ta' ħafna nies f 'Malta lejn il- politikanti tagħhom u s-sens ta' protezzjoni li jħossu lejhom. U ċertament li m'għandux jirriżulta fi sfreġju ta' enerġija u l-aljenazzjoni tagħna l-attivisti u l-parteċipanti prominenti fis-soċjetà ċivili, li f 'ċirkustanzi iktar stimulanti u li fuq kollox għandna l-kontroll fuqhom aħna stess, nistgħu nagħtu ferm iktar u ferm aħjar. Tul dawn l-aħħar snin, bħala Moviment Graffitti qed nużaw Facebook bħala l-għodda primarja ta' komunikazzjoni tagħna. Dan jaħdem tajjeb għalina għaliex id-demografija ta' nies li nkunu f 'kuntatt regolari magħhom normalment jużaw Facebook. Tista' targumenta li ħloqna, f 'xi aspetti, djalogu u kommunikazzjoni produttiva man-nies permezz ta' dan. Però, lil hinn minn problemi ta' privatezza u sigurtà, ċerti tendenzi tal-pjattaforma jħassbuni. Facebook ċertament mhuwiex l-ispazju ideali biex noħolqu diskussjoni miuħa u intelliġenti. Ħu pereżempju, l-ammont ta' nies involuti fil-ġlieda għall-ġustizzja soċjali f 'Malta, il-ħin li jaħlu jaqraw kummenti oxxeni u l-piż emozzjonali involut. Veru li kuljum jiċċirkolaw ammonti sostanzjali ta' kummenti xokkanti, bla sens u vojta. Iżda propju għalhekk għandna ninjorawhom. Inkella l-attiviżmu jsir biss għodda biex noqgħodu nikkastigaw lil kull min qabeż xi linja. Attivisti jikkummentaw taħt kummenti xokkanti pereżempju dwar il-vjolenza domestika, il kundizzjonijiet ġewwa l-ħabs, l-abort u l-immigrazzjoni qed jesponuhom iktar, qegħdin iwassluhom għand nies li kieku ma kienux jarawhom u r-rota tkompli ddur filwaqt li n-narrativa tal-kampanja, is- sugu, l-intelliġenza u l-viżjoni tal-movimenti soċjali mhumiex jitressqu 'l quddiem. L-attiviżmu u x-xogħol fil-komunità ma jsirux billi nirribattu kull kumment li jsir fuq pjattaforma li tista' tgħid li trid fuqha. Jeħtieġ nilleġġittimizzaw dak li nixtiequ nwasslu billi nkunu minn ta' quddiem nett bil-proposti tagħna, bl-ispjegazzjonijiet, ir-riċerka u l-organizzazzjoni fil- komunitajiet differenti tal-gżejjer tagħna. F'sitwazzjoni lokali fejn il- bipolariżmu tant huwa b'saħħtu iżda fejn xorta hemm nies li jixtiequ aħjar, huwa d-dmir tagħna li nersqu lejhom u nibnu reżistenza b'viżjoni komunitarja. Dan ifisser li rridu norganizzaw u nikkommettu ruħna aħjar. Irridu nagħtu vuċi lin-nies u fl-istess ħin noħorġu b'soluzzjonijiet ċari u tanġibbli għal diversi problemi f 'Malta. Qabel nirbħu l-isfida li nwasslu l-messaġġ tal-kampanji tagħna lill-biċċa l-kbira tan-nies, speċjalment dawk li jidentifikaw mal-partiti l-kbar, mhux ser nikbru jew navvanzaw fil-miri tagħna. Dmirna huwa li npoġġu lill-politikanti daharhom mal- ħajt u nsaħħu l-politika tagħna. Diffiċli naslu bil-memes u l-kummenti fuq Facebook. Anzi dan ikompli jgħollilhom il-preġju fil-kostitwenzi tagħhom. Jekk vera s-sitwazzjoni f 'Malta hija inkwetanti f 'diversi oqsma, mela wasal iż-żmien li ngħollu l-livell tal-impenn u l-ħidma tagħna biex nilħqu l-imħuħ u l-qlub tan-nies li suppost qegħdin nirrappreżentaw. Rafel Grima (Dan) wassalna biex inkomplu naljenaw lil dawk li għadhom iħarsu lejn id-diskussjoni politika minn lenti partiġġjana u biex l-argumenti tagħna jduru madwar jew saħansitra jkomplu jqanqlu attakki personali fuq il-partit tal-ieħor jew l-oħra Rafel Grima huwa membru tal-Moviment Graffitti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021