Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum MILL-2003 SAL-2017: FTIT LI XEJN TIBDIL FIL- ĦAMES DISTRETT; JIBQA' TAL-LABOUR U L-PARTIT NAZZJONALISTA JIBQA' STAĠNAT Meta tqabbel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008 ma' dik tal-2003, l-affarijiet fil-ħames distrett ftit li xejn inbidlu, għajr fejn jidħlu l-kandidati li ġew eletti. Il-Malta Labour Party (kif kien għadu jissejjaħ), kiseb 13,571 vot, jew 60.29% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb l-appoġġ ta' 38.28% tal-votanti tal-ħames distrett, jiġifieri kiseb 8,617-il vot. Il-Partit Laburista reġa' eleġġa tliet kandidati u l-Partit Nazzjonalista żewġ kandidati. Għal darb'oħra, Karmenu Vella, kiseb 4,911-il vot u kien elett minnufih fl-ewwel għadd. Warajh, iżda fit-12-il għadd, kienet eletta Marlene Pullicino (illum Farrugia), b'4,148 vot. Minkejja li ħarġet għall-ewwel darba, Farrugia, kisbet aktar voti minn George Vella. Fil-fatt, Vella kien l-aħħar kandidat elett f 'dan id-distrett. Huwa kiseb 3,366 vot, jiġifieri lanqas laħaq il- kwota ta' 3,752 vot. Ovvjament dan mhuwiex id-distrett ewlieni tat-tabib Vella li huwa Żejtuni Il-Partit Nazzjonalista, għal darb'oħra ma eleġġa lil ħadd mal- ewwel għadd, hekk kif il-voti reġgħu nfirxu u ma kien hemm ħadd li laħaq il-kwota minnufih. Ninu Zammit kien elett fl-erbatax- il għadd b'4,621 vot. Din id-darba, isem Louis Galea ħa daqqa fil-ħames distrett minkejja li kien Ministru għall-Edukazzjoni, iż- Żgħażagħ u x-Xogħol. Fil-fatt, Louis Galea ma kienx elett f 'din l-elezzjoni u għalhekk tilef ukoll postu fil-Kabinett. Madanakollu, f 'Mejju tal-istess sena kien maħtur Speaker tal-Kamra tad-Deputati. Galea tilef is-siġġu tiegħu għal Franco Debono li mal-ewwel għadd kien diġà kiseb 2,065 vot u kien elett fl-erbatax-il għadd bi 3,877 vot. Eventwalment, George Vella kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u meta saret l-elezzjoni każwali kien elett Joseph Sammut. F'din l-elezzjoni, l-MLP kellu għaxar kandidati u l-Partit Nazzjonalista kellu sebgħa. Bħalma għamilna fl-aħħar erba' ġimgħat se nibdew il-ħarsa tagħna fil-ħames distrett mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003. Kif spjegajna diversi drabi, din l-elezzjoni, li l-Partit Nazzjonalista rebaħ b'aktar minn 12,000 vot, kienet waħda importanti għax seħħet it ġimgħat biss wara r-Referendum għas-Sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-ħames distrett, li jiġbor fih ħafna mill- lokalitajiet fin-nofsinhar tal-pajjiż, minn dejjem kien fortizza tal-Partit Laburista. Fl-2013, il-Malta Labour Party (kif kien jissejjaħ dak iż-żmien), kiseb 13,764 vot jew inkella 60.59% tal-voti. Il-Partit Nazzjonalista, mill-banda l-oħra, kiseb 8,830 vot, jew 38.87% tal-voti. Minkejja li d-differenza bejn iż-żewġ partiti kienet diġà waħda sostanzjali, il-Partit Nazzjonalista kien jeleġġi, mingħajr problemi ta' xejn, żewġ Deputati minn dan id-Distrett. Mal-ewwel għadd, kien elett minnufih Karmenu Vella, wieħed mill-aktar kandidati popolari ta' dan id-distrett. Vella kien elett b'4,275 vot. Warajh, iżda fl-għaxar għadd, kien elett George Vella, dak iż-żmien Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal- Parlament. Vella kien elett bi 3,817-il vot. Ta' min ifakkar li Vella kien wieħed mill-uċuh tal-kampanja Partnership u l-Partit Laburista, li hu kien parti mit-tmexxija tiegħu, kien għadu kemm ħiereġ minn disfatta elettorali. Fit-tmintax-il għadd, il-Malta Labour Party kien eleġġa wkoll lil Joseph Zammit li kiseb 3,285 vot, jiġifieri 502 voti inqas mill- kwota ta' 3,787. Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista eleġġa l-kandidati tiegħu mas-sittax-il għadd. Louis Galea, dak iż-żmien Ministru għall-Edukazzjoni, kien elett b'4,425 vot u Ninu Zammit, dak iż-żmien Ministru għall- Agrikoltura u s-Sajd, kien elett b'4,213-il vot. Interessanti li l-Partit Nazzjonalista kellu tmien kandidati u fosthom kien hemm isem Franco Debono, li dik is-sena ma kienx ġie elett. Fl-ewwel għadd, Debono kien kiseb diġà 1,130 vot. Il-voti fost il-kandidati Nazzjonalisti kienu mifruxa ħafna. Ta' min isemmi wkoll, li fl-ewwel għadd, Ninu Zammit kien aktar popolari minn Louis Galea. Madanakollu, Galea qabeż lil Zammit, meta wiret ħafna mill-voti ta' Helen D'Amato u ta' Franco Debono. Eventwalment, Louis Galea kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u minfloku, fl- elezzjoni każwali, kienet eletta D'Amato. F'din l-elezzjoni, il-Partit Laburista ħareġ għaxar kandidati fuq il-ħames distrett. 2003: Il-PN f'minoranza assoluta imma jeleġġi żewġ siġġijiet faċilment 2008: L-affarijiet ftit li xejn jinbidlu ... elett Franco Debono minflok Louis Galea li baqa' l-art Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss il-ħames distrett PL PN 60.59% 38.87% PL PN 60.29% 38.28%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021