Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937
09 illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 analiżi imma għadha 'l bogħod mill-50% meħtieġa kienu jifthemu li jaqsmu l-Presidenza, President mill-EPP għal nofs il- Leġiżlatura u President tal-S&D fin-nofs l-ieħor. Dan ifisser li l-President ikollu l-maġġoranza b'saħħith tal- Parlament warajh. Per eżempju David Sassoli - il- President kurrenti - li t-terminu tiegħu jieqaf f 'Diċembru li ġej, huwa mill- S&D, allura skont din it-tradizzjoni suppost issa jkun hemm Metsola, li ġejja mill-EPP. Minkejja dan, xejn ma hu awtomatiku u s-Soċjalisti din diġà għamluha ċara. Fil-fatt i l - P r e s i d e n t tal-S&D Iratxe Garcia Perez diġà wissiet illi se tkun qed titlob għal bilanċ politiku fl- ist ituzzj onijiet kollha Ewropej. " L - e b d a grupp mhu intitolat għall- presidenza... id-deċiżjoni ta' min ikun President tittieħed mill-Parlament kollu u huwa fuq dan il-bażi li se nitolbu bilanċ politiku," qalet Garcia. Hija qalet li b'dan il- bilanċ qed tirreferi għal dak li jieħu f 'kunsiderazzjoni l-istituzzjonijiet kollha Ewropej, inkluż l-Presidenza tal-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew, li bħalissa qed jitmexxew minn Ursula Von Der Leyen u Charles Michel - it- tnejn mill-EPP. Il-President qalet li s-sitwazzjoni ma nbidlitx wisq fl-aħħar sentejn, filwaqt li fakkret li s-Soċjalisti għandhom saħħa madwar l-UE kollha, kemm fuq livelli nazzjonali bħala Gvernijiet kif ukoll fil- Parlament. Issa meta ssir elezzjoni tiġi eletta dik il-persuna li jkollha maġġoranza assoluta (50%+1). F'każ ta' diversi kandidati, jekk l-ebda persuna ma tikseb il-maġġoranza assoluta wara tliet elezzjonijiet, issir ir-raba' elezzjoni bejn iż-żewġ kandidati li ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tielet elezzjoni. U kif inhuma mqassmin is- siġġijiet? Tajjeb naraw kif huma mqassmin is-siġġijiet fil- Parlament Ewropew f 'din il- leġiżlatura biex anke nifhmu kif jinqasmu l-voti kieku niġu għal elezzjoni. Il-Partit Popolari Ewropew huwa l-akbar għax għandu 182 siġġu (MEP), jew inkella 24.2% filwaqt li l-S&D għadndu 154 siġġu, jiġifieri 20.5%. Flimkien huma jgħaqdu maġġoranza ta' 44.7%, li xorta iżda ma hix maġġoranza assoluta. Ix-xenarji għal Metsola huma tajbin, imma.... Biex Metsola tikseb il- maġġoranza jeħtieġ allura li l-EPP jikkonvinċi wkoll mill-inqas żewġ gruppi politiċi oħrajn. Fil-fatt hemm żewġ għażliet. Il-partit liberali u pro-UE, Renew Europe li issa huwa t-tieni l-akbar partit fil-Parlament Ewropew b'108 siġġijiet (14.4%) kif ukoll il-Partit tal-Ħodor li għandu total ta' 74 siġġu (9.8%). Dan ifisser li Metsola għandha l-potenzjal - jekk jirnexxielha tibni pontijiet mal-forzi kollha ċentristi u pro-UE, kif qalet li tixtieq tagħmel - li tilħaq kważi 70% tal-vot, jekk dawn il-partiti jaqblu li jappoġġjaw lill-kandidat tal-EPP u l-MEPs kollha ta' dawn il-partiti jivvutaw għal Metsola. Imma dan huwa l-aktar xenarju pożittiv għal Metsola u huwa prużunzjoni li ngħidu illi fil-fatt dawn se jingħaqdu. Xenarju ieħor huwa li l-S&D joħorġu bil-Kandidat tagħhom, f 'liema każ jista' jkun li l-Ħodor Ewropej jista' jkun li jallinejaw ruħhom ma' dan il-kandidat, f 'liema każ dawn flimkien jifformaw 30.3%. F'dan ix- xenarju l-probabilità hija li jingħaqdu wkoll il-GUE/NGL, li huma x-xellugin, li allura jżidu l-appoġġ għal kandidat tal- S&D għal madwar 36% - 14% 'il bogħod mill-maġġoranza assoluta! Dan allura jħalli lil Renew Europe bħala l-fattur l-aktar deċiżiv, hekk kif dan huwa t-tieni l-akbar grupp. Jekk mal-S&D, il-Ħodor u l-GUE/NGL jingħaqdu r-Renew, is-Soċjalisti jirbħu b'maġġoranza assoluta ta' 50.4% u allura Metsola ma ssirx President. Iżda f 'xenarju fejn l-S&D joħroġ kandidat, jekk l-EPP - kif donnu indika l-President tiegħu Manfred Weber - jasal għal qbil mar-Renew Europe dawn flimkien diġà jkollhom 38.6% tal-vot. Jekk ma' dawn iżżid lill-Konservattivi u Riformisti (ECR) li huma partit li ħareġ mill-EPP u li għandhom 8.3%, ikun ifisser li b'kollox Metsola jkollha madwar 47% - 3% biss 'il bogħod mill-maġġoranza assoluta Hawnhekk imbagħad l-EPP jkun irid jikkonvinċi lill- Ħodor jew inkella lil MEPs minn partiti oħrajn sabiex jaqbeż il- 50%. Wieħed irid jara wkoll il-partiti tal-Identity and Democracy, li huma ewro-xettiċi u fuq il- lemin u li għandhom 9.7% tas- siġġijiet kif ukoll dawk l-MEPs li mhumiex affiljati ma' partiti - u li għandhom 7.6% tas-siġġijiet - kif se jivvutaw, jekk jivvutaw.