Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum Il-Gvern qed jaħdem fuq liġi ġdida tal-qbiela Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li bħalissa għaddejja ħidma fuq liġi li tgħin bdiewa li għadhom iħallsu qbiela sabiex ma jibqgħux jiġu żgumbrati mill-art agrikola tagħhom MARIANNA CALLEJA Din il-gazzetta tista' tiżvela illi bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq il-liġi ġdida tal- qbiela, hekk kif bdiewa qed jispiċċaw jitkeċċew mill-art agrikola li jaħdmu mis- sidien tal-art, li ħafna drabi jkunu jridu ħlasijiet ħafna ogħla. Fil-fatt il-Ministru Anton Refalo kkonferma dan mal-ILLUM filwaqt li żied jgħid li l-liġi se tkun qed tirrispetta l-Kostituzzjoni ta' Malta. Jgħid ukoll li din hi kwistjoni li ħadd ma ried illi jsolvi u li ilha ġejja snin twal iżda "se jkun dan il- Gvern li jsolviha." Minn sena ilu bdejna nisimgħu bil- kontroversja tal-qbiela. Iktar kemm beda' joqrob il-baġit, u imbagħad l-elezzjoni, iktar bdejna nisimgħu bil-qbiela. L-ewwel iċaqlaq partit u imbagħad tħarrek l-ieħor. Minn Novembru tas-sena l-oħra 'l hawn rajna fil-Qorti ta' Malta 60 każ separat kontra l-bdiewa Maltin li jekk jinqatgħu kontrihom se jitkeċċew minn l-art agrikola li qegħdin jaħdmu fiha. Bħalissa f 'Malta diġà teżisti liġi rigward il-qbiela, li tpoġġi l-interessi tal-bidwi fuq quddiem imma li sidien tal-artijiet issa qed jisfidaw, b'każ wieħed ta' suċċess (Aqra iktar 'il quddiem fl-artiklu). Minkejja din il-liġi, il-bdiewa bdew isibu ruħhom barra mill-art agrikola li jaħdmu. Il-Ministru Refalo spjega lill-gazzetta ILLUM li ma jistax jingħata sussidju f 'dan il-każ, bħal fil-każ tal-kirjiet l-antiki, minħabba li l-Unjoni Ewropea ma tippermettix għajnuna forma ta' 'State Aid' sakemm mhux approvat min-naħa tagħha. Kien għalhekk li bħala alternattiva, Refalo beda' jaħdem fuq liġi simili għal dik ta' Franza. Kronoloġija Legali tal-qbiela f 'Malta Fil-verità din il-liġi mhux se tkun qed tolqot lill-bidwi biss, anzi l-kwistjoni tal- qbiela ħalliet effett fuq il-konsumatur ukoll, inkluż lilek. Il-gazzetta ILLUM daret fuq il-koordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg, u staqsietu dwar il- kronoloġija legali tal-qbiela f 'Malta u ħafna iktar. Raba' mqabbel, frank u tas-sinjur ... Il-pussess tar-raba' f 'Malta tinqasam fi tlett kategoriji. L-ewwel issib l-art tal- Gvern li Malcolm Borg sejjaħ bħala "mqabbel." F'dan il-każ, il-bidwi jaħdem art li qiegħed jikri mingħand il-Gvern. Wara insibu "r-raba' frank." Dan it-tip ta' raba' ikun mixtri mill-bdiewa, huwa msejjaħ frank għax m'hemmx qbiela, u l-bidwi hu s-sid ta' artu. Fl-aħħar insibu l-imbierka qbiela. Borg jgħidilna kif f 'Malta hawn ammont sostanzjali ta' art f 'idejn is-sidien li imbgħad tiġi maħduma mill-bdiewa bi qbiela bħala ħlas. Dawn l-artijiet huma magħrufa bħala "Tas-Sinjur". Dan għaliex fl-antik kien ikollok ġeneralment baruni li 'jikri' artu lill-bidwi u dan jaħdimha. Din is-sistema għadha għaddejja sal-ġurnata sagrosanta tal-lum. Hija wkoll tradizzjoni li l-qbiela titħallas f 'jum Santa Marija, nhar il-15 ta' Awwissu. Il-liġi dejjem favur il-bidwi, x'inbiddel? Issa numru ta' snin ilu, il-Gvern kien għamel liġi biex jipproteġi l-bdiewa. Il-liġi kienet tgħid li s-sid ma jistax ikeċċi lill- bidwi diment li ma jkunx hemm prova li s-sid għandu bżonnha aktar mill-bidwi. Fil- fatt kien hemm każijiet fil-passat, fejn sid prova jkeċċi lill-bidwi imma meta l-Qorti rat li l-bidwi għandu bżonnha aktar mis- sid, il-Qorti qatata favur il-bidwi. Il-liġi kienet tgħid ukoll li l-qbiela ma tistax togħla. Dan biex tippreveni li s-sid iqum għodwa waħda u jiddeċiedi li jrid jgħolli l-prezz sabiex ikeċċi b'mod indirett lill-bidwi. Fl-aħħar il-liġi kienet tgħid ukoll li l-qbiela tintiret. Il-bidwi kellu d-dritt li din il-kirja, jgħaddiha lit-tifel jew lit-tifla tiegħu. "Dan kollu kien qafas legali b'saħħtu biex jipproteġi lill-bidwi," sostna Borg. Minn Novembru tas-sena l-oħra 'l hawn rajna fil-Qorti ta' Malta 60 każ separat kontra l-bdiewa Maltin li jekk jinqatgħu kontrihom se jitkeċċew minn l-art agrikola li qegħdin jaħdmu fiha. Imma kif issa? Għaliex kellha tkun l-2020 biex xi ħadd jiddeċiedi li jaqla' dan il-kaos kollu? F'Novembru li għadda, sena ilu eżatt, inqgħatet kawża kostituzzjonali. Bażikament din il-kawża kien fetaħa sid ta' art f 'Ħaż-Żabbar, mhux kontra l-bidwi imma kontra l-Gvern u kontra l-Avukat Ġenerali. Is-sid argumenta li din il-liġi li spjegajna, tmur kontra l-Kostituzzjoni. Argumenta li din il-liġi tmur kontra d-dritt tas-sid li jgawdi l-proprjetà tiegħu. Meta infetħet il-kawża, is-sid kien rebaħ, bil-Qorti Ċivili tgħid li l-liġi kienet qed tikser id-dritt fundamentali tas-sid u fil-fatt ingħata kumpens ta' €100,000. L-Avukat Ġenerali appella u minkejja li reġa' tilef il- każ, il-kumpens niżel għal €22,000. Wara li s-sid rebaħ il-kawża lil Gvern fetaħ kawża separata lill-bidwi quddiem dak li jgħidulu l-Bord tal-Qbiela. Il- koordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi spjega li dan huwa bord taħt tmexxija ta' Maġistrat u numru ta' membri li jiddeċiedu fuq każijiet li għandhom x'jaqsmu mal- qbiela. Is-sid kien rebaħ din il-kawża wkoll u l-Qorti żgumbrat lill-bidwi. Huwa tkeċċa f 'Lulju ta' din is-sena eżatt malli nqatgħet is-sentenza. Hawnekk l-Għaqda, tkellmet mal-bidwi u staqsietu jekk hux se jkun qed jappella l-każ. Il-bidwi wieġeb, "la għandi l-enerġija u lanqas il-flus." Kien għalhekk li l-Għaqda appellat f 'ismu, bis-sentenza mistennija tinqata' f 'Marzu tas-sena li ġejja. Dan kien każ uniku, l-ewwel każ ta' dan it-tip. Qabel, il-liġi dejjem ipproteġiet lill- bidwi, dejjem rat li l-għalqa agrikola tibqa' tinħadem. Sintendi malli sidien oħra raw dan kollu, bosta tħajru u f 'temp ta' sena daħlu l-Qorti 60 każ. Il-każijiet għadhom ma inqatgħux sa issa. Il-bidwi jaħdem biex jgħix imma mhux biex jagħmel profitt – Ix-xena tal-biedja fi Franza kkumparata ma' Malta Meta tqabbel l-istorja tal-agrikoltura matul u immedjatament wara l-Gwerer Napoleoniċi maʼ dik tal-perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija, tinduna li l-isfidi huma ferm simili ma' dawk li qed jesperjenzaw il- bdiewa Maltin bħalissa. Hemm koinċidenza bejn il-kompetituri tal-prodott barrani, il-prezzijiet m'għola smewwiet u l-pandemija nnifisha li dak iż-żmien kienet propju l-gwerra. Bħal Malta, dak iż-żmien Franza kienet nieqsa minn riżorsi naturali, li kienu jħallu impatt qawwi fuq il-prezzijiet. Fost dak in-nuqqas ta' riżorsi, kien hemm in-nuqqas tal-art Malcolm Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021