Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt S a it żmien ilu dan il-pajjiż - fuq quddiem il-gazzetta ILLUM - kien qed jitkellem fuq il-kirjiet l-antiki (qabel l-1995) u l-fatt li diversi si- dien kienu qed jiħu kawżi fi Qrati, kemm Maltin u anke Ewropej kontra inkwilini li kienu qed jikru dawn il-proprjetajiet għal it ewri fis-sena, b'kuntratt iffirmat snin ilu, fi proprjetajiet li xi minn daqqiet iġibu eluf kbar f 'kirja fis-sena. Wara ħafna artikli u mistoqsijiet u pressjoni minn din il-gazzetta u xi gazzetti oħrajn, il-Gvern tard fi Frar ta' din is-sena ħabbar bidliet li kien iddeksriva bħala bilanċ tajjeb bejn it-talbiet tas-sidien u r-realtajiet ta' eluf ta' inkwilini - madwar 10,000 familja b'1,440 fil-Kottonera u madwar 2,000 proprjetà fil-Belt Valletta biss. Naturalment is-sidien - jew uħud minnhom - minkejja li b'din ir-riforma se jkunu qed jieħdu eluf aktar minn qabel, xorta baqgħu jilmentaw li ma saritx biżżejjed biex issir ġustizzja magħhom u xorta jisħqu li mhux qed ikun irrispettat il-kunċett u d-dritt tat-tgawdija tal-proprjetà tagħhom! U fl-aħħar mill-aħħar dan huwa l-qofol ta' kollox! Minkejja li l-Gvern ħa pass kuraġġuż u soċjalment ġust li pproteġa eluf ta' nies u familji - ħafna minnhom anzjani - jibqa' fatt illi s-sidien għadhom ma jistgħux igawdu mill-benefiċċji tal-proprjetà tagħhom billi jbigħuha jew jikruha, f 'perjodu ekonomiku fejn is-suq kien u għadu b'saħħtu ħafna. Din l-istess kwistjoni eżatt kienet riflessa f 'kontroversja oħra li kienet żvelat u segwiet ukoll bir-reqqa l-gazzetta ILLUM, wara li żvelat illi 20 każin kienu jinsabu taħt il-mannara hekk kif mill-ġdid diversi sidien kienu qed jirbħu kawżi f 'Malta u fl-UE għall-kumpens qawwi jew inkella r-ritorn tal-proprjetà tagħhom li kienet qed tinkera bil-it. U hawnhekk qed nitkellmu dwar proprjetajiet li wħud minhom huma palazzini f 'toroq prinċipali! Hawnhekk ukoll kien hemm bidliet li iżda baqgħu jsibu l-qilla tas-sidien li ma kinux se jaċċettaw żieda ta' it mijiet jew eluf fis- sena minflok il-pusess ta' proprjetà li tista' ġġibilhom eluf kbar fi flus kull xahar. Dan sakemm din is-sena l-Gvern kellu jieħu l-pass ovvju - pero' kuraġġuż xorta - li jipproteġi dawn is-soċjetajiet billi jixtri l-proprjetajiet hu. Naturalment kienu ħafna li qalu li dan mhux sew minħabba li l-flus ħerġin mit-taxxi tal-poplu - imma fl-aħħar mill-aħħar dan huwa għall-protezzjoni tal- wirt storiku u kulturali ta' pajjiżna. Kull wieħed minn dawn il-passi kien karatterizzat minn kontroversja u fil-verità nuqqas ta' ġustizzja sħiħa mas-sidien, pero' minn naħa l-oħra kienu passi li ssalvagwardjaw 10,000 persuna vulnerabbli - li kieku kienu jispiċċaw go xelters jew fit-triq, li ssalvagwardjaw soċjetajiet ta' mijiet ta' snin ta' storja li huma minsuġa u parti integrali mis-soċjetà u l-komunità Maltija! Issa reġa' għandna sfida oħra simili! Dik tal-bdiewa li qed jitkeċċew mill-art li jaħdmu wara snin jipproduċu u jfornu l-prodott Malti lill-poplu. Il-bidwi - li tant huwa importanti sabiex jkollna prodott Malti li tant inħobbu niaħru bih u li huwa l-uniku soluzzjoni biex Malta jkollha fornitura lokali tal-ikel - tajnih bis-sieq iżżejjed. F'soċjetà li saret aktar sinjura, li telgħet l-iskaluni soċjali, li llum tgħix fi djar kbar jew appartamenti sbieħ mimlijin gadgets u tekonoloġija li tiswa' l-flus, f 'soċjetà li ma għadhiex tikkuntenta bi platt brodu għal tliet ijiem imma trid ir-Rib Eye u t-Tomahawk, is- sushi u x-xampanja fl-infinity pools, il-bidwi sar l-emarġinat, l-abbandunat u ż-żejjed! Imma qed nagħmlu żball, għax il-bidwi huwa l-għassies tal-art tagħna u tal-ambjent tagħna u l-aqwa produttur ta' prodott aħjar, bnin u frisk. Jekk xi darba jerġa' jkollna pandemija jew diżastru li jagħlaq jew jillimita l-portijiet waħda sew, mingħand il-bidwi lokali rridu għall-ikel tagħna! Għalhekk il-Gvern qed jerġa' jkun imsejjaħ biex bħal ma għamel diversi drabi f 'din il-leġiżlatura u ta' qabilha fuq kwistjonijiet ta' kirjiet, jgħin lill-bidwi jew inkella joħloq kumpens għas-sid - dejjem bil-patt u l-kundizzjoni li l-art tinħadem - sabiex b'hekk insalvaw l-agrikoltura, l-għixien tal-bidwi u l-provvista tal-ikel. Kritika se jkun hemm dejjem. Sidien li ma jridux bilanċ, imma jridu l-prezz ta' arthom kollu kemm hu se jkun hemm ukoll. Huwa l-bilanċ ġust li l-Gvern u l-Ministru Anton Refalo jridu jfittxu u jsibu - wara konsultazzjoni wiesa' - sabiex b'hekk anke din il-kwistjoni jinstabilha soluzzjoni. U - politikament - jekk tinstab is- soluzzjoni, din żgur li tkun legat sabiħ għal dan il-Gvern u anke għal Refalo. Li hu żgur huwa li din ir-riforma mhux se tkun faċli, se ssib intoppi u se tferraħ, daqs kemm se tirrabja lin-nies. Li hu żgur ukoll huwa li hija riforma li hemm bżonn issir għax din hija bomba oħra soċjali li waslet biex tisplodi! Riforma diffiċli oħra li hemm bżonn issir!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021