Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 369626, Permit No. 273/2021) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. POSTIJIET TA' TRAINEE LAWYER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 376134, Permit Nos. 689/2021) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid jkunu spiccaw il-kors tal-ligi fl-Universita' ta' Malta u ikkwalifikaw bhala M.Adv jew LL.D. ___________________________________________________________________________ L-Applikazzjonijiet, irrid jkollom in-numru ta' referenza tal-Jobsplus relevanti u għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat u għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 7 ta' Jannar 2022 fis-13:00 hrs. Emergency Response & Rescue Corp Possibiltà ta' Xogħol Amministratur Dettalji: https://tinyurl.com/ERRCvacancy Indirizz ERRC HQ, SANNAT ROAD, XEWKIJA GOZO 'M'għandix ir-rapport f'idejja u allura ma għandix kummenti x'nagħmel' - Caruana ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Ministru Justyne Caruana qalet li hi għad ma għandhiex ir-rapport tal-Kummissarju tal- Istandards f 'idejha u allura ma tistax tgħaddi kummenti dwar x'se tagħmel jew ma tagħmilx f 'każ illi jinstab li kisret l-etika meta tat kuntratt ta' €5,000 fix- xahar lil Daniel Bogdanovic. Is-sit illum.com.mt staqsa lil Caruana, l-ewwelnett hijiex infurmata bil-kontenut tar- rapport, bit-tweġiba tkun fin- negattiv. Imbagħad dan is-sit staqsa jekk jinstab ksur ta' etika minn naħa tagħha, titfax ir-riżenja, bit- tweġiba tkun illi ladarba hi ma tafx x'hemm fir-rapport ma tistax tgħaddi kummenti f 'dan l-istadju. Il-Ministru Justyne Caruana instabet ħatja li kisret il-kodiċi tal-etika hekk kif ir-rapport ta' investigazzjoni, mill-Kumissarju tal-Istandards George Hyzler fuq il-Ministru, ġie sottomess lill- Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar l-Istandards tal-Ħajja Pubblika. Bħala prassi, meta issir investigazzjoni, ir- rapport bil-konklużjonijiet jiġi ppubblikat mingħajr ma jiġi rivedut minn Kumitat Parlamentari u għaldaqsant, dan ifisser li ma jkunu nstabu l-ebda' rregolaritajiet. F'dan il-każ iżda għax instabu rregolaritajiet il-Kummissarju ħalla f 'idejn il-Kumitat Permanenti tal- Parlament biex jiddeċiedi hu jekk dan ir-rapport għandux jiġi ppubblikat jew le. Sadanittant, il-kandidat Indipendenti Arnold Cassola - li kien fetaħ l-ilment mal- Kummissarju tal-Istandards - saħaq li din, "hija traġedja li l-etika fil-politika Maltija m'għadhiex teżisti u agħar minn hekk li din l-imġieba ġiet normalizzata." Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo nieda l-kampanja 'Sajjar Frisk u Lokali' biex ikun promoss kemm jista' jkun l-użu tal-prodotti li tipprovdilna artna. L-għan ta' din il-kampanja huwa li jkun hawn aktar għarfien u jiġu apprezzati u użati l-prodotti li ġejjin mill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. Il-Ministru Anton Refalo enfasizza r-responsabbiltà lejn min qed jaħdem u jistinka, anke kontra l-elementi tan-natura, bla waqfien u b'sagrifiċju. "Minn hawnhekk nixtieq niringrazzja lir-raħħala u l-bdiewa kollha tax-xogħol siewi li jagħmlu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum." Il-Ministru Refalo tenna kif permezz ta' din il- kompetizzjoni, "aħna qegħdin infakkru kemm hu importanti li nirrispettaw il-prodott lokali kemm bħala għodda biex il-konsumatur jkun kapaċi jagħmel għazliet aħjar għal saħħtu u kif ukoll għall-palat. Nagħlaq billi nawgura lil kull min bi ħsiebu jieħu sehem f 'din il-kompetizzjoni u nfakkarkhom biex tkunu responsabbli, ħudu pjaċir u agħżlu l-aqwa prodotti lokali u friski!" Biex wieħed jipparteċipa, għandu l-ewwel jagħmel like u jsegwi l-paġna fuq Facebook 'Agrikoltura' u jfittex 'Sajjar Frisk u Lokali' biex ikun jista' jsegwi r-regolamenti tal-kompetizzjoni. Flimkien mal-familja jew bħala individwu l-parteċipant għandu joħloq riċetta bl-użu ta' prodotti friski, staġjonali u lokali umbgħad itella' r-ritratti jew videos li jkun ħa. Ir-ritratti jew videos iridu juru (i) il-kontestant waqt li jixtri l-ħaxix, frott u/jew laħam mis-suq lokali, (ii) l-ingredjenti li ħa jintużaw waqt it-tisjijra, (iii) il- proċess tat-tisjir u (iv) l-platt finali. L-aqwa 10 platti bl-iktar likes jintgħażlu u jiġu evalwati mill-ġudikaturi. Il-ġudikaturi mbagħad jagħżlu l-aqwa 4 platti preferuti tagħhom. Il-kompetizzjoni tibqa' miuħa sas-7 ta' Jannar 2022 filwaqt li r-rebbieħa jitħabbru aktar tard fl-aħħar tax- xahar. Il-kompetizzjoni hija miuħa għall-parteċipanti minn 10 snin 'il fuq u l-kategoriji se jitqasmu f '4 gruppi differenti skont l-età: L-ewwel grupp – 10 sa 16-il sena. It-tieni grupp – 16 sa 35 sena. It-tielet grupp – 36 sa 60 sena. Ir-raba' grupp – minn 60 sena 'l fuq. Ara wkoll paġni 6, 7 u 21 'Sajjar frisk u lokali' - Kompetizzjoni biex tippromovi l-prodott agrikolu Malti Mal-illum.com.mt il-Ministru Justyne Caruana - li nstabet ħatja ta' ksur ta' etika mill-Kummissarju għall-Istandards - tgħid li qabel ma jkollha r-rapport f'idejha mhux se tgħaddi kummenti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021