Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874
10 analiżi IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum MILL-2003 SAL-2017: MINN BLU GĦAL AĦMAR; L-ISTAMPA TINQALEB TA' TAĦT FUQ FIS-SEBA' DISTRETT Interessanti li jekk fl-2003, il-Partit Nazzjonalista kellu appoġġ qawwi f 'dan id-distrett, il-folja nqalbet fl-2008, bil-partiti issa jispiċċaw kważi ras imb'ras, bil-Labour jiġi minn fuq. Il-Malta Labour Party kiseb 11,528 vot jew inkella 50.01% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 10,887 vot jew 47.79% tal-voti. Din is-sena, Louis Galea ma kienx fuq il-lista tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista fuq dan id- distrett u marru tajjeb Jeffrey Pullicino Orlando u Joe Cassar. Ta' min ifakkar li dik is-sena, Jeffrey Pullicino Orlando kien kiseb is-simpatija tal-partitarji Nazzjonalisti u saħansitra kien tista' tgħid sar il- wiċċ tal-kampanja elettorali u dan meta Alfred Sant, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, kien ħareġ dak li baqa' magħruf bħala l-iskandlu tal- Mistra u allega li Pullicino Orlando kien fil-qalba tiegħu. L-allegazzjoni kienet dwar applikazzjoni għal stabbiliment tad-divertiment fil-miuħ fil-Mistra fuq biċċa art ta' Pullicino Orlando. Id-Deputat kien ċaħad l-allegazzjonijiet u kien qal li hu kera l-art lil terzi persuni u li kienu huma li applikaw għal dan l-istabbiliment. Hu kien saħansitra qal li lanqas jaf min kienu l-applikanti għal dan il-proġett. Ħafna jiakru dak il-mument meta waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-awtorità tax-xandir, minflok ġurnalist tan-NET, Alfred Sant kien sab ma' wiċċu lil Pullicino Orlando li mar biex jikkonfrontah, anke jekk Sant ma aċċettax. Dan l-avveniment ta' spinta mhux it lil Pullicino Orlando u tista' tgħid anke lill-Partit Nazzjonalista li rebaħ l-elezzjoni bi it mijiet ta' voti. Mill-banda l-oħra, jekk Pullicino Orlando ħa spinta 'l quddiem, mar minn taħt David Agius, li din id-darba lanqas ġie elett minn dan id-distrett. Fil-fatt, l-ewwel kandidat li qabeż il-kwota f 'dan id-distrett kien propju Jeffrey Pullicino Orlando li kiseb 3,917-il vot sat-13-il għadd. Warajh, fis-16-il għadd, ġie elett Joe Cassar b'4,338 vot. Eventwalment, Jeffrey Pullicino Orlando kien ċeda s-siġġu f 'dan id-distrett u minfloku, wara l-elezzjoni każwali, kien elett Philip Mifsud. Ta' min isemmi, li wara dan kollu, fl-2012, Pullicino Orlando kien ġab lil Lawrence Gonzi dahru mal-ħajt meta rriżenja mill-Partit Nazzjonalista għax kien qal li kellu differenzi kbar u ma kienx jaqbel ma' uffiċjali għolja fi ħdan il-PN, fosthom ma' Richard Cachia Caruana u Austin Gatt u li fi kliemu kienu "ħatfu l-partit." Huwa kien żamm is-siġġu tiegħu bħala Deputat indipendenti, iżda l-Gvern ta' Gonzi kien spiċċa tilef il-maġġoranza ta' siġġu wieħed. Intant, f 'din l-elezzjoni, il-Malta Labour Party kien eleġġa lil Anthony Zammit fis-16-il għadd b'4,411 vot, lil Carmelo Buhagiar fid-19-il għadd b'4,216-il vot u lil Noel Farrugia fl-20 għadd b'4,032 vot. F'din l-elezzjoni, il-Malta Labour Party kellu tmien kandidati fuq il-lista tiegħu, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu ħdax-il kandidat. L-Elezzjoni Ġenerali tal-2003, li seħħet it ġimgħat biss wara r-referendum għas-sħubija fl- Unjoni Ewropea, intrebħet mill- Partit Nazzjonalista. Interessanti li anke fis-seba' distrett, il-Partit Nazzjonalista kiseb maġġoranza komda. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kiseb 12,734 vot jew inkella 57.23% tal-voti f 'dan id-distrett, filwaqt li l-Malta Labour Party (kif kien jissejjaħ dak iż-żmien) kiseb 9,334 vot, jiġifieri 41.95% tal-voti. L-aktar kandidat li ġab voti kien Louis Galea, dak iż-żmien Ministru għall-Edukazzjoni. Huwa kien elett fit-12-il għadd wara li kiseb 4,901 vot. Warajh, kien elett għall-ewwel darba, David Agius. Huwa kiseb 4,478 vot. It-tielet kandidat li eleġġa l-Partit Nazzjonalista kien Jeffrey Pullicino Orlando. Huwa kien elett b'4,469 vot fit-13-il għadd. Il-Partit Laburista kien eleġġa żewġ kandidati. Carmelo Buhagiar kien elett fil-15-il għadd bi 3,512-il vot filwaqt li Gavin Gulia kien elett fl-istess għadd bi 3,226 vot. Interessanti li tant kemm ġab voti l-Partit Nazzjonalista u l-kandidati tiegħu, li ż-żewġ kandidati eletti f 'isem il-Partit Laburista lanqas laħqu l-kwota li kienet ta' 3,709 voti. F'din l-elezzjoni, il-Malta Labour Party kellu sitt kandidati, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu għaxar kandidati. Anke jekk ġab maġġoranza assoluta, ħadd mill-kandidati Nazzjonalisti ma kiseb il-kwota fl-ewwel għadd jew inkella kmieni fil-proċess tal-għadd tal-voti u dan għax fil-lista tal-kandidati kien hemm fost l-aqwa kandidati u ismijiet popolari u għalhekk il-voti nqassmu ħafna. Fost dawn kien hemm Ninu Zammit, Robert Musumeci, John Dalli u anke Tonio Borg. 2003: Il-PN minn fuq u mhux bi ftit 2008: Il-folja tinqaleb favur il-Labour u l-PN jitlef it-tielet siġġu Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss is-seba' distrett MLP PN 41.95% 57.23% MLP PN 50.01% 47.79%