Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874
17 kotba illum • IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 L-għan politiku qatt mhu innoċenti. Imma żewġ kotba dwar l-Ewropa għat-tfal u ż-żgħażagħ donnhom isejħu għar-ritorn ta' purezza ċivili li qisha bdiet tintilef, u jeħtieġ infakkru lilna nfusna dwarha. Mark Vella jibqa' konvint dwar dan l-ideal persunaġġi magħrufa, minn Mahatma Gandhi sa Greta Thunberg, u bl-ispjega ħafifa politika tal-valuri Ewropej applikati għaż-żgħażagħ, bħas- solidarjetà, il-ħarsien tal- ambjent, u l-ugwaljanza fost l-oħrajn. L-istorja ewlenija hija ambjentata ftit wara l-pandemija, żmien ta' sfida li jifrex mill-mikropersonali sal- ġeopolitiku dinji, b'Sam li jaħrab minn missier xurban u vjolenti li jispiċċa qiegħed minħabba s-sensji waqt l-imxija. Tintemm, fil-fatt, bil-kuntatti tal-iSchool Support Services u kellimni. com, is-sit għall-għajnuna psikoloġika, u tul il-ktieb, ħelu kemm hu ħelu, tinħass il- preokupazzjoni tas-solitudni żagħżugħa u t-telfien fid-dinjiet virtwali. Il-karattri jinħassu Azzopardjani dak dawk tar- rumanzi, kif ukoll ifakkru f 'ħafna mill-opra attwali ta' bosta awturi żgħażagħ jew emerġenti, li sikwit jinżlu jteftfu fid-dinja taż-żgħożija kontemporanja, sew għall-ewwel tentattivi ta' Bildungsroman li trid taqilgħu minn fuq l-istonku, jew inkella fit-tentattivi kontinwi ta' żvilupp ta' traduzzjoni ta' letteratura aċċessibbli għall-adulti żgħażagħ. Fil-karattri kollha li jgħixu fl-istess blokka, jixirfu l-valuri Ewropej li nixtiequ u, li wara kollox dejjem hemm kienu, ħlief li jew qed ninsewhom jew inkella rridu nirrivalutawhom u nittraduċuhom għar-realtà inċerta li qed ngħixu fiha. Lil hinn mill-inkarnazzjoni tal- valuri, huma karattri b'uniċità u individwalità li mhijiex waħda ivvintata, iżda li nistgħu narawha, b'aktar attenzjoni u umiltà, fiż-żagħżagħ tagħna fit- toroq u l-iskejjel. Dan il-ktieb jaf ikun ukoll manwal biex nifhmu l-ġenerazzjoni l-ġdida: dak li tgħid u kif tgħidu, il-mod kif tinnegozja mal-eżistenza u anki testetizzaha, u fl-aħħar mill- aħħar, kif qiegħda tittama li tmexxi d-dinja ladarba r-riedni jgħaddu f 'idejha. Sena qabel, is-SEM ħarġu b'inizjattiva editorjali oħra, did-darba għat-tfal, u ingaġġaw lil Trevor Żahra, flimkiena ma' Azzopardi x'aktarx fost l-aktar awturi moqrija. Il-ħrafa qasira Mas-Siġra tal-Ballut tantropomorfizza l-valuri Ewropej tas-solidarjetà, il- konvivenza u l-għaqda fid- diversità bl-annimali, għalkemm kollha differenti minn xulxin, li jsibu l-mod kif jgħixu f 'armomija taħt is-siġra. Din l-introduzzjoni, miktuba bil- ħila issa leġġendarja ta' Żahra, u b'illustrazzjonijiet u produzzjoni editorjali ta' kwalità għolja ħafna, jgħaddu lill-qarreja ħelu ħelu għan-nofs l-ieħor tal- ktieb li huwa mimli spjegi faċli dwar x'inhi l-Unjoni Ewropea flimkien ma' għadd ta' eżerċizzji u logħbiet li jistgħu jitmexxew minn għalliem jew ġenitur. Inizjattiva mhux biss ħelwa iżda tassew f 'waqtha, u li tikkumplimenta l-ħafna xogħol dejjem għaddej għax-xandir tal-messaġġ Ewropew fl- iskejjel lil-livelli kollha, anki bħal fil-każ ta' ktieb ġdid tal- Istudji Soċjali għall-ewwel u t-tieni sena tas-sekondarja li nħadem b'kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u r-Rappreżentanza tal- Kummissjoni Ewropea f 'Malta. Minn dawn l-għanjiet mod ieħor għall-Ewropa li rridu, jaf ifeġġ dawl ġdid biex jeqred id-dlamijiet tal-inċertezza kontemporanja li sikwit nitqabbdu magħhom, mitlufin fihom. Il-kotba ta' Azzopardi u Żahra qed jitqassmu b'xejn u jistgħu jinkisbu mill-Europe Direct Valletta, Servizzi Ewropej f 'Malta, 280 Triq ir- Repubblika, il-Belt. Il-ktieb tal-Istudji Soċjali jista' jinkiseb mir-Rappreżentanza tal- Kummissjoni Ewropea f 'Malta, 254 Triq San Pawl, il-Belt. THURSDAY | TVM NEWS + | 6.30PM