Illum previous editions

ILLUM 12 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1436874

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 12 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum opinjoni Rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż IN-NAR GĦANDU ISEM: NOTI MINN PAĠNA INTIMA ta' GIOELE GALEA (Horizons) Novelli bil-Malti u bl-Ingliż KISSIRTU KULLIMKIEN ta' LARA CALLEJA (Merlin Publishers) Poeżija bil-Malti u bl-Ingliż L-AMBJENT LI QERIDNA: POEŻIJI (2017-2020) ta' CARMEL SCICLUNA (Horizons) Traduzzjoni MIX-XAQLIBA TA' DAR SWANN – ISMIJIET TA' PAJJIŻI: L-ISEM (MARCEL PROUST) tradott minn PAUL ZAHRA (awtopubblikat) Letteratura mhux Fittizja bil-Malti u bl-Ingliż JIEN - NOTI - JIEN: ĦSEJJES U STEJJER ta' IMMANUEL MIFSUD u TONI SANT (Klabb Kotba Maltin) Riċerka Ġenerali THE BEHEADING OF IGNEZ: KATABASIS, EZRA POUND AND THREE MALTESE ARTISTS ta' GIUSEPPE SCHEMBRI BONACI (Horizons) Riċerka Bijografika u Storjografika CRUX INVICTA: IL-KURĊIFISS MIRAKULUŻ U L-KAPUĊĊINI F'GĦAWDEX ta' MARTIN MICALLEF (Midsea Books) Il-Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta' Ktieb bl-Isbaħ Dehra THE ADDOLORATA CEMETERY ta' CONRAD THAKE (ed.) (Midsea Books) Il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura RENA BALZAN Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti STEPHEN LUGHERMO ktieb.org.mt Ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-2021 * Il-lista tar-rebbieħa ntgħażlet minn Bord ta' Aġġudikazzjoni Indipendenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 bħala l-aħjar lista ta' kotba ppubblikati fl-2020. Dawn il-kotba kollha jinsabu għall-bejgħ mingħand il-ħwienet tal-kotba lokali u mill-ħwienet online tal-pubblikaturi. *Fil-kategorija tad-Drama ma kienx hemm sottomissjonijiet. Kotba 2020 Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 tħabbru l-Ġimgħa filgħaxija waqt ċerimonja ġewwa l-Berġa ta' Kastilja taħt il- patroċinju tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li attenda għaliha is- Segretarju Permanenti għall- Ministeru tal-Edukazzjoni, Dr Francis Fabri. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jingħata kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb bil-għan li jiċċelebra l-ogħla kisbiet fil-pubblikazzjoni tal- letteratura u r-riċerka f 'Malta. Fid-diskors tal-uħ il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), Mark Camilleri, laqa' lill-finalisti kollha għal diċ- ċerimonja li, għal darb'oħra, ġabret lill-awturi u lill-pubblikaturi kollha taħt saqaf wieħed. Innota wkoll li ċ-ċerimonja tal-lejla ħadet bixra simbolika, hekk kif il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għalaq il-50 sena tiegħu mindu ngħata l-ewwel darba fl-1971. Camilleri rrimarka li, minkejja l-isfidi li s-sena 2020 ġabet magħha lill-industrija tal-ktieb, l-għadd ta' kotba ppubblikati kien ta' tħeġġiġ il-qalb u allura l-okkażjoni taċ-ċerimonja nnifisha kienet xhieda tar-reżiljenza tal-pubblikazzjoni Maltija. Kompla jgħid li l-2021 kienet sena oħra ta' xogħol ma jaqta' xejn għall-KNK, u fl-irwol tiegħu se jfittex li jsaħħaħ lill-Kunsill sabiex is-sapport lill-industrija jikber bis-saħħa ta' ħidmiet u sinerġiji ġodda ma' entitajet u istituzzjonijiet pubbliċi oħra. Sostna li l-KNK huwa miuħ għal kollaborazzjonijiet varji li jagħtu frott issa u fil-ġejjieni. Camilleri feraħ lill-finalisti u żied jgħid li l-lista tal-kotba li kkompetew għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, miktuba kemm minn awturi stabbiliti u oħrajn ġodda, huma turija tal-istandards eċċellenti li l-industrja qiegħda dejjem tħabrek sabiex tilħaq. Il-kotba rebbieħa ntgħażlu minn bord ta' aġġudikazzjoni indipendenti minn lista ta' finalisti li għaddet 46 ktieb, kollha ppubblikati s-sena ta' qabel u mifruxa fi tmien kategoriji kompetittivi. Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-kategorija tar- rumanzi mar għand Gioele Galea għall-ktieb In-Nar Għandu Isem: Noti minn Paġna Intima (Horizons). Ir-rebbieħa l-oħra huma Lara Calleja bil-ktieb Kissirtu Kullimkien (Merlin Publishers) fil-kategorija tan-novelli, Carmel Scicluna li rebaħ il-kategorija tal-poeżija bil- ktieb L-Ambjent li Qeridna: Poeżiji (2017-2020) (Horizons), Immanuel Mifsud u Toni Sant li flimkien kitbu l-ktieb rebbieħ fil-kategorija tal-letteratura mhux fittizja, Jien - Noti - Jien: Ħsejjes u Stejjer (Klabb Kotba Maltin), u Paul Zahra li rebaħ il-kategorija tat-traduzzjonijiet bil-ktieb Mix-Xaqliba ta' Dar Swann – Ismijiet ta' Pajjiżi: L-Isem (Awtoppubblikat), oriġinarjament ta' Marcel Proust. Imbagħad il-premju għall- kategorija tar-riċerka ġenerali mar għand Giuseppe Schembri Bonaci għal e Beheading of Ignez: Katabasis, Ezra Pound and ree Maltese Artists (Horizons), il- kategorija tar-riċerka bijografika u storjografika ntrebħet minn Martin Micallef, l-editur ta' Crux Invicta: Il- Kurċifiss Mirakuluż u l-Kapuċċini f 'Għawdex (Midsea Books), u l-Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta' Ktieb bl-Isbaħ Dehra mar għand Midsea Books għall-pubblikazzjoni tal-ktieb e Addolorata Cemetery. Il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti mar għand Stephen Lughermo, l-awtur ta' rumanzi għaż-żgħażagħ, għat-tfal, u tal-ġabra ta' novelli Ċelel Bla Ħitan (Horizons, 2020). U f 'ġieħ karriera twila bħala poetessa u kittieba ta' rumanzi, il- Premju għall-Kontribut Siewi fil- Qasam tal-Kotba u l-Letteratura mar għand Rena Balzan. Minbarra l-kontribuzzjonijet letterarji tagħha, Balzan kienet għal ħafna żmien Professur Assoċjat tal-Ġenetika u l-Bijoloġija Molekulari fil-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija fl- Università ta' Malta. Is-Segretarju Permanenti għall- Ministeru tal-Edukazzjoni, Dr Francis Fabri, fakkar fir-relazzjoni sfiqa li hemm bejn l-identità nazzjonali u l-letteratura ta' pajjiż. Saħaq fuq l-importanza tal-kontribut tal-kittieba u tal-pubblikaturi lejn l-iżvilupp tal-identità nazzjonali li huma isawru bix-xogħlijiet tagħhom; identità ħajja u dinamika bħal dik ta' Malta tiddependi wkoll fuq l-isforzi kontinwi tal-kittieba sabiex iġedduha b'osservazzjonijiet dwar ir-realtajiet soċjali, politiċi u ekonomiċi tal-pajjiż. Dr Fabri temm diskorsu bi kliem il-filosfu Jean Paul Sartre dwar kif il-kliem huwa azzjoni, impenn, u tqanqil għall- bidla fil-qarrej u l-komunità. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jirringrazzja lill-membri kollha tal-bord tal-aġġudikazzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021; Prof. William Zammit, is-Sr Mario Ellul u s-Sa Maria Giuliana Fenech għall-kategoriji tar-'Riċerka Ġenerali', ir-'Riċerka Bijografika u Storjografika', u l-'Letteratura mhux Fittizja'; is-Sur John Grech, Dr Stephen Bonanno u s-Sa Rowna Baldacchino għall-kategoriji tal- letteratura, u lill-Kap Eżekuttiv ta' Malta Libraries, is-Sa Cheryl Falzon għall-klassifikazzjoni tal- kotba. Il-KNK jirringrazzja wkoll mill-ġdid lil Dr Nicole Bugeja, is-Sa Kristy Borg u s-Sa Ruth Ancilleri li ġġudikaw il-kategoriji kollha tal-Premju Terramaxka għal kotba tat-tfal u l-adolexxenti, liema rebbieħa tħabbru fil-uħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021. Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 December 2021