Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068
1. X'INHI DIN IR-RIFORMA? Il-Gvern, wara t-tnedija ta' white paper u xhur ta' konsultazzjoni mexxa 'l quddiem liġi li tibdel il-mod ta' kif nirrego•aw il-kannabis f'Malta. 2. X'QED TIBDEL DIR-RIFORMA? Ħafna affarijiet, inkluż x'inhi l-kannabis, kemm hu permess li wieħed ikollu kannabis fuqu, t-tkabbir tal-pjanti fid-djar, u l-mod ta' kif wieħed jista' jkollu l-kannabis b'mod rego•at, mingħajr bżonn ta' traffikanti illegali. 3. X'IĠIFIERI NBIDLET IT-TIFSIRA TA' KANNABIS? Qabel ir-riforma il-liġi kienet għadha tirreferi għall-"Qanneb Indjan" – terminu qadim li ma jagħtix definizzjoni dettaljata tal-kannabis. Ir-riforma qegħdha, b'mod dettaljat u xjentifiku, tispeċifika liema partijiet tal-pjanta jistgħu jitqiesu bħa•a kannabis, u teskludi kannabis u prodotti tal-kannabis li jkollhom inqas minn 0.2 fil-mija ta' THC u dan skont sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja. 4. XI TFISSER META JSEMMU "L-PUSSESS TAL-KANNABIS"? Bil-pussess, nifhmu dak l-ammont ta' kannabis li wieħed ikollu fuqu. Qabel, l-pussess sa massimu ta' 3.5 grammi kien iwassal għal proċeduri quddiem Kummissarju għall-Ġustizzja u multa. B'din ir-riforma, sakemm ma jkunx hemm suspett ta' traffikar: - Il-pussess sa massimu ta' 7 grammi ma jwassal għall-ebda proċedura, arrest, jew multa; u - Il-pussess bejn is-7.1 grammi u t-28 gramma ma jwassalx għall-arrest, iżda jwassal għal proċeduri quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja, u multa ta' bejn 50 u 100 Euro. B'hekk, innaqqsu n-numru ta' individwi li jispiċċaw imissu mal-ġustizzja kriminali, u l-ħabs. 5. IMMA JEKK ISIBULI L-KANNABIS FUQI, NISTA' NIĠI ARRESTAT? Le – sakemm il-Pulizija ma jkollhomx suspett raġonevoli li qed tittraffika dik id-droga. 6. U D-DROGA LI JSIBULI – JOĦDUHIELI? Jekk ikollok inqas minn 7 grammi, le. 7. DIN TAPPLIKA GĦAL KULĦADD? Din il-bid•a tapplika għal kull min għandu 18-il sena jew iktar. Persuni taħt l-età jibqgħu, jekk jinsabu bil-kannabis, jitressqu quddiem il-Kummissarju, li tara xi trattamenti jew kura jkun hemm bżonn, u dan biex nipproteġu lill-minuri. 8. IĠIFIERI JEKK JIEN ADULT NISTA' NPEJJEP IL-KANNABIS FEJN IRRID? Le. Il-konsum tal-kannabis fil-pubbliku xorta jwassal għal multa ta' 235 Euro. Jekk il-kannabis tiġi kkunsmata quddiem persuni taħt l-età, dik il-multa togħ•a fl-ammont ta' bejn 300 u 500 Euro u dan biex nipproteġu l-minuri. 9. FIL-PASSAT DIĠÀ NSTABT ĦATI TA' REAT RELATAT MAL-PUSSESS SEMPLIĊI TAL-KANNABIS. X'NISTA' NAGĦMEL? Hloqna sistema ġdida fejn jekk inti tkun instabt ħati ta' reat li llum-il ġurnata hu depenalizzat jew dekriminalizzat, bħal ma hu l-pussess sempliċi ta' inqas minn 28 gramma, jew it-tkabbir tal-pjanta tal-kannabis sa 4 pjanti, inti tista' tibgħat talba sempliċi biex dak ir-reat jitneħħilek mil-kondotta tiegħek. 10. IL-KANNABIS ISSA NISTA' NKABBARHA F'DARI? Iva – kull residenza tista' tkabbar sa massimu ta' 4 pjanti, f'post li ma jidhirx minn postijiet oħra (eż. mit-triq). Dan tista' tagħmlu biss fir-residenza immarkata fuq il-karta tal-identità tiegħek, u n-numru ta' nies li joqgħodu hemm hu irrelevanti – il-massimu ta' pjanti li tista' tkabbar dejjem jibqa' 4. 11. IĠIFIERI JISTA' JKOLLI KEMM IRRID KANNABIS F'DARI? Jista' jkollok 4 pjanti, u jista' jkollok sa massimu ta' 50 gramma kannabis imnixxfa. B'kannabis imnixxfa qed nifhmu l-kannabis li tneħħiet minn mal-pjanta. 12. U T-TFAL KIF SE JIĠU PROTETTI JEKK SE JITKABBRU L-PJANTI FID-DAR? Ir-riforma tipprovdi li ma jistax isir tipjip quddiem it-tfal u li affarijiet re•atati mal-kannabis ma jistgħux jitħallew fil-viċinanzi tat-tfal. Tfasslu multi qawwijin għal min jikser dawn ir-regoli. 13. M'GĦANDIX FEJN INKABBAR IL-KANNABIS, JEW M'GĦANDIX ĦIN NOQGĦOD MAL-PJANTI. MINN FEJN NISTA' NĠIB IL-KANNABIS? Se jkunu permessi assoċjazzjonijiet, li l-iskop tagħhom hu li jkabbru l-kannabis għall-membri tagħhom. Kull ma trid tagħmel huwa li tkun membru ta' tali assoċjazzjoni, billi tħal•as miżata, u minn hemm tkun tista' tieħu sa massimu ta' 50 gramma kannabis kull xahar. L-assoċjazzjoni tista' tagħtik ukoll żrieragħ. 14. IRRID NIFTAĦ ASSOĊJAZZJONI – X'IRRID NAGĦMEL? Kull assoċjazzjoni trid tkun immexija biss minn persuni, mhux kumpaniji, u jridu jaħdmu bħa•a aassoċjazzjonijiet non-profit. Wara li twaqqaf l-assoċjazzjoni, din trid tiġi reġistrata mal-Awtorità l-ġdida li se tkun qed tirrego•a l-qasam tal-kannabis mhux medika. Trid tara li l-assoċjazzjoni tiegħek timxi mal-liġijiet u rego•amenti kollha li japplikaw għaliha. 15. L-ASSOĊJAZZJONI SE JKOLLHA POST MINN FEJN NAGĦTI L-KANNABIS LILL-MEMBRI – NISTA' NIFTĦU FEJN IRRID? Le. L-ebda post ta' tali assoċjazzjoni ma jista' jkun qrib ta' sko•a, k•abb, jew ċentru taż-żgħażagħ. Lanqas ma jista' jkollok kwalunkwe tip ta' rek•amar li b'xi mod juri li dak il-post huwa ta' assoċċjazzjoni re•atata mat-tkabbir tal-kannabis. Trid tara wkoll li ma tikkawża l-ebda fastidju lill-viċinat. 16. MIN SE JKUN QED JARA LI DIN IL-LIĠI L-ĠDIDA TIĠI OSSERVATA? Ir-riforma qed twaqqaf ukoll Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, awtorità ġdida li se tkun ir-rego•atur tas-settur. 17. FUQ KOLLOX, GĦALFEJN QED ISSIR DIR-RIFORMA? Il-Gvern jemmen li l-individwu għandu jagħmel l-aħjar għażliet għall-benesseri tiegħu, bħall-isports jew il-kultura jew il-volontarjat. Biss jekk adult jagħżel li jagħmel użu mill-kannabis dan għandu jkollu rotta rego•arizzata u safe minn fejn jagħmel dan u kulħadd jiġi trattat b'dinjita'. Il-Gvern jemmen ukoll li s-sistema kriminali mhijiex il-mod ta' kif wieħed jiskoraġġixxi l-użu tal-kannabis; minflok, se nkunu qed niffukaw fuq iktar edukazzjoni bħa•a metodu ta' prevenzjoni. B'din ir-riforma, il-Gvern qed jimmira wkoll li jnaqqas konsiderevolment it-traffikar illegali tal-kannabis, u l-kuntatt ta' persuni innoċenti u minuri ma' traffikanti u kriminali oħrajn. IR-RIFORMA TAL-KANNABIS X'INBIDEL? C M Y CM MY CY CMY K Cannabis MT for Print.pdf 2 16/12/2021 13:06