Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068
S entejn u nofs ilu ressaqt ismi quddiem il-poplu Malti u Għawdxi bħala kandidat biex inkun nista' nservih bħala Membru Parlamentari Ewropew u ngħata- jt appoġġ b'saħħtu. Dan l-appoġġ li ngħatajt dejjem wiegħedt li ser inroddu lura f 'ħidma attiva u b'saħħitha, u dejjem hekk fittixt li nagħmel sa mill-ewwel ġurnata li rfist fil-Parlament Ewropew. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien iktar bdejt ningħa- ta responsabbiltajiet u karigi importanti, mexxejt negozjati fuq leġiżlazzjonijiet ta' portata għolja u għalkemm mhux l-aktar ħaġa importanti fil-politika, ġejt rikonoxxut ukoll ta' dan ix-xog- ħol. Għaddejna minn sentejn li kienu diffiċli u mingħajr preċedent minħabba l-pandemija. Il-kriżi li ġabet magħha kkawżat xokkijiet kbar fuq l-ekonomija globali, mhux l-anqas dik Ewropea, u l-ħajja kif nafuha daħlet f 'fażi ġdida ta' bidla profonda. Filwaqt li għadna 'l bogħod milli neħilsu mill-COVID-19, is-sitwazzjoni qiegħda aktar taħt kontroll u issa qegħdin fil-fażi ta' rkupru, fi żmien li nippjanaw it-triq 'il quddiem u niżguraw li noħorġu aktar b'saħħitna. Jien kburi li nifforma parti minn din il-ħidma kbira li għaddejja fuq livell Ewropew u naf li għandi ħafna aktar x'nagħti biex ikompli jsir il-progress u l-bidla li neħtieġu bħala Unjoni Ewropea. Għaldaqstant fuq livell personali qiegħed dejjem inkompli nara li nżid l-involviment politiku tiegħi fil- Parlament Ewropew. Infatti din il-ġimgħa kienet waħda importanti ħafna għalija fuq livell personali hekk kif ġejt elett b'appoġġ kbir ta' 85% mill- Membri Parlamentari kollegi tiegħi, bħala Viċi-President tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. Huwa ta' unur kbir għalija li wara sentejn u nofs biss ta' ħidma fil-Parlament Ewropew qed inkun fdat b'daqshekk responsabbita' anke fil-familja politika tiegħi, appoġġ li qed ikompli jimlini b'ħeġġa kbira biex inkompli l-ħidma favur iċ-ċittadini Ewropej. Dan ma ġiex b'kumbinazzjoni għaliex fix-xogħol li wettaqt rajt li dejjem naħdem mill- qrib mal-kollegi tiegħi u bnejt relazzjonijiet b'saħħithom. Minn dejjem kont konvint mill-ideali Soċjalisti tiegħi u tal-Partit Laburista, ideali li jorbtuna flimkien mal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demoratiċi fuq livell Ewropew u li jagħtuna familja fejn nistgħu inkomplu nikkollaboraw u nikbru. L-aġenda progressiva tagħna tgħaqqadna fis- solidarjetà, l-isforzi kollettivi, u r-responsabbiltà konġunta biex nibnu t-triq 'il quddiem għall-futur aħjar tal-Ewropa. Inħares lura lejn it-triq li mxejna s'issa u l-progress li ksibna filwaqt li ħriġna mid-dellijiet tal-pandemija u l-impatt soċjali u ekonomiku tagħha, filwaqt li naffaċċjaw l-emerġenza klimatika, it-tranżizzjoni diġitali, u r-realtajiet tal-Brexit, u nkompli nsaħħaħ fehmti dwar l-irwol li għandi f 'din il-familja politika u l-għanijiet ġenerali tagħha. Ir-rebħiet soċjali-demokratiċi madwar l-Ewropa wrew li l-konsistenza u l-kisba tal- valuri u l-prijoritajiet politiċi tagħna qegħdin iħallu l-frott. Jeżisti sens akbar ta' ġustizzja soċjali fost in-nies u fuq kollox, fost il-votanti li jeleġġuna fid- diversi elezzjonijiet madwar l-Ewropa. It-twassil ta' paga u kundizzjonijiet aħjar għall- ħaddiema, protezzjoni aħjar tal-konsumaturi tagħna, kwalità ta' ħajja aħjar għaċ- ċittadini tagħna, opportunitajiet indaqs u protezzjoni soċjali għal kulħadd, tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi ġusti li ma jħallu lil ħadd jibqa' lura, l-implimentazzjoni tal- Pilastru Soċjali Ewropew u l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jiddependu fuq l-unità tagħna, fuq il-kisbiet tagħna, fuq is-setgħa dejjiema tagħna li nippromwovu politiki progressivi ġodda, l-effettività u l-konsistenza tal-prijoritajiet tagħna, u l-aderenza mal- valuri tagħna. Dan huwa xhieda ta' kemm min jgħid li d-demokrazija soċjali hija mejta, għandu żball kbir. Għall- kuntrarju, l-Ewropa soċjali qed tkompli tikber u dan huwa ferm inkoraġġanti. Għaldaqstant, issa nħares 'il quddiem biex bħala Viċi- President tal-Grupp, flimkien mal-President tagħna Iratxe García Pérez, inkomplu nsaħħu l-irwol politiku tagħna fil- Parlament Ewropew u madwar l-Ewropa, u fuq kollox niżguraw li saħansitra jkollna prestazzjoni politika aħjar matul is-sentejn u nofs li ġejjin. Dan huwa importanti għalina bħala Grupp kemm biex inkomplu naħdmu sabiex naraw l-Unjoni Ewropea tissaħħaħ fit-triq lejn irkupru rapidu, u kif ukoll hekk kif ser inkunu qegħdin nimxu lejn l-Elezzjonijiet Ewropej tal-2024, fejn ser immorru quddiem il- poplu Ewropew għall-fiduċja. Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Aktar ħidma fil-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi 27 opinjoni illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 Minn dejjem kont konvint mill-ideali Soċjalisti tiegħi u tal-Partit Laburista, ideali li jorbtuna flimkien mal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demoratiċi fuq livell Ewropew u li jagħtuna familja fejn nistgħu inkomplu nikkollaboraw u nikbru Alex Agius Saliba