Illum previous editions

ILLUM 19 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 homevisits mingħajr avviż, immoru filgħodu kif ukoll mal-lejl kif ukoll nitkellmu wkoll mat-tfal fl-iskola. Ġieli nagħmlu ttestjar psikoloġiku kif ukoll nitolbu test tal-awrina. Kull każ jiġi rivedut minn social worker li jibqa' jin-vestiga darbtejn fix-xahar," żied Libreri. 'Bil-liġi l-ġdida neħħejna ostaklu' "Jiena jiddispjaċini wisq ngħid li ġieli jkun hemm ġenituri li minħabba l-pika ta' bejniethom, ma jiffirmawx lit-tfal tagħhom biex ikollhom għajnuna psikoloġika. Ġieli dawn it-tfal ta' 16-il sena jibżgħu jitkellmu mal-ġenituri tagħhom u jibqgħu ma jfittxux l-għajnuna. Minn dak il-lat, fl-opinjoni tiegħi din l-emenda hija tajba", kompla Libreri. Huwa kien qiegħed jirreferi għall-waħda minn numru ta' emendi fil-liġijiet għall- benesseri tal-minuri, fejn minuri ta' 16-il sena jistgħu jfittxu l-għajnuna psikoloġika mingħajr il-kunsens tal-ġenituri. Madankollu huwa jgħid li għad għandna dilemma li għanda ma solvejnihiex hekk kif tfal oħra ta' età iżgħar xorta għadhom vittmi ta' pika. Minkejja dan Libreri temm jgħid li din il-liġi għamlet differenza kbira u "neħħejna ostaklu. Qed nilħqu tfal li ħafna drabi jkunu abbużati fis-silenzju." • Preżentament, meta wieħed iħares lejn il-leġislazzjoni, minorenni, sal-età ta' 16-il sena li għamlu reat jitressqu l-Qorti tal-Minorenni. Issa qed jiġi propost li l-età titla' għal 18-il sena. • Fejn qabel żgħażagħ ta' 16-il sena setgħu jitolbu għal għajnuna medika mingħajr kunsens tal-ġenituri, issa se jkunu jistgħu jitolbu għall-għajnuna psikoloġika u counselling ukoll mingħajr dan il-kunsens. • L-emenda turi biċ-ċar li dawk il-persuni li jieħdu lil minuri lil hinn minn xtutna mingħajr permess, għal aktar minn tliet ijiem, ikunu qed iwettqu reat kriminali. Dan b'mod partikolari jekk ikun hemm ordni tal-kustodja jew child care order. • F'din l-emenda, twessgħet id-definizzjoni tat-terminu stupru. B'hekk issa l-istrupru, legalment, jiġi kkategorizzat fi tlieta: Att sesswali bla kunsens permezz ta' organu sesswali; Att sesswali bla kunsens b'użu ta' parti ieħor tal-ġisem u Att sesswali bla kunsens b'oġġett. • Fid-dinja tal-qrati jeżisti t-terminu ta' preskrizzjoni. Dan ifisser li l-vittma għandha perjodu ta' snin fejn tista' tibda' process legali kontra l-agressur tagħha. L-att dwar il-preskrizzjoni jgħid li persuna għandha ċans 25 sena wara li tkun għalqet 18-il sena biex tibda' l-proċessi kontra l-agressur. Madankollu, permezz tal-emenda issa l-età se tkun ta' 23 sena. Jiġifieri persuna għandha ċans 25 sena biex tibda' l-proċessi minn wara li tagħlaq 23 sena (sakemm ikollha 48 sena). • Mil-lat ta' reati aggravati l-liġi tgħid li, eżempju, f 'każ ta' akkużat li jkun stupra lil xi ħadd kif ukoll kien hemm xi swat, l-iswat ikun akkuża aggravata separata. Minkejja dan, issa l-emenda se tqis kollox bħala reat wieħed. • Illum, mhux biss titqies bħala reat jekk ikun hemm intermedjajru biex il-minuri jiġu sfruttati, fil-każ ta' grooming sesswali, iżda huwa reat kriminali wkoll li persuna tipperpetwa r-reat bil-ħsieb li jkun hemm att sesswali. Grooming sesswali huwa meta wieħed joħloq relazzjoni ma' persuna minorenni bil-għan li eventwalment il-vittma tagħmel atti sesswali mal-agressur. Ir-reat kriminali mhux se jkun limitat biss għal komunikazzjoni bejn iż-żewġ persuni, iżda wkoll f 'każ li jkun hemm xi ħsibijiet biex jiltaqgħu darba oħra, fejn jistgħu isiru reati sesswali. • Issa persuna ħatja ta' bestjalità, jiġifieri att sesswali bejn uman u annimal, se tinstab ħatja bi trattament inġust fuq l-annimal u dan huwa punibbli taħt l-Att tal-Ħarsien tal-Annimali. X'inhuma l-emendi fil-liġijiet kontra l-abbuż fuq il-minuri? BIEX TAPPLIKA GĦALLBOOSTER KONTRA LCOVID19 GĦANDEK 'IL FUQ MINN 35SENA? VACCIN.GOV.MT

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 December 2021