Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068
10 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU2021 • illum Żieda xokkanti fir-rapporti ta' abbuż fuq tfal… Minn 100 każ fix-xahar għal kważi 180 ANTHEA CACHIA X'nimu meta ngħidu abbuż fuq it-tfal? Ħafna jaħsbu swat, tgħajjir jew stupru, iżda l-abbuż fuq il-minuri jista' jkun negliġenza, fosthom li ma jintbagħtux l-iskola jew għand it-tabib jekk ikunu ma jifilħux. L-abbuż jista' jieħu l-forma ta' pika bejn il- ġenituri li qed jisseparaw, li biex iweġġgħu lil xulxin jużaw lil uliedhom. Dawn ix-xenarji jiġru f 'Malta u ta' spiss. Tant hu hekk li fl-aħħar sena Malta rat każi rekord ta' rapporti ta' abbuż. Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM tkellmet mad-Direttur tas- Servizzi ta' Protezzjoni tat-Tfal Steve Libreri fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal- Ħarsien Soċjali (FSWS). Kuntrarju għal diversi rapporti fuq il-midja soċjali li hemm 180 rapport ta' abbuż kull xahar huwa stqarr li "l-medja mhix ta' 180 fix-xahar però l-agħar xahar ta' rapporti kien viċin dik iċ-ċifra, madankollu in-numri ta' kull xahar ma jkunux 'il bogħod. Sa' sentejn ilu konna nirċievu 100 jew 120 fix-xahar … illum nirċievu aktar minħabba r-rapportar obbligatorju." Apparti minn hekk Steve Libreri sostna li bħalissa hemm 20 każ pendenti li qed jinstema' quddiem il-Qorti tal-Minorenni biex jiġu protetti t-tfal. "20 każ quddi-em il- Qorti li ma jinkludix dawk it-tfal li jiġu bid- dgħajsa mingħajr il-ġenituri … Għax jekk ninkludu dawk, hemm 90 każ ieħor." X'inhu r-rapportar obbligatorju? Il-liġi tal-Protezzjoni tal-Minuri daħlet fis-seħħ fis-sena 2020, meta din saret ob- bligatorja li professjonisti li jaħdmu ma' tfal, bħalma huma terapisti, għalliema, ħaddiema tac-childcare eċċ, għandhom jaġixxu fl- aħjar interess tat-tfal u huma obbligati li jirrapportaw jekk ikollhom xi suspett li t-tfal huma f 'riskju ta' periklu. "Biex rapport ikun eliġibbli u jasal fid- Dipartiment it-tfal iridu jkunu vittma ta' mill- anqas abbuż wieħed. Dan jista' jkun fiżiku, sesswali, grooming sesswali, jew traskuraġni. Ikun hemm ukoll l-abbuż emottiv fejn b'mod sistematiku u krudili adult qed ikisser lit-tfal mentalment fosthom bl-insulti. Ġieli nħarsu wkoll lejn il-'vicarious abuse' fejn adult jipprova jweġġa' lil adult ieħor, li jista' jkun eks-sieħeb u jgħawwi lit-tfal kontrih," spjega Libreri. 'L-abbuż sesswali mhux rari lanqas' Id-Direttur saħaq li statistikament, l-aktar l-abbuż komuni huwa dak emottiv għaliex kważi kull forma ta' abbuż ieħor jiġi akkumpanjat minn abbuż emottiv. "Jekk jien qed nippreparak għas-sess hemm abbuż emottiv. Għandna problema ta' ġenituri li jbatu minn sustanzi, il-konsegwenza ta' dan hu li jkollhom ibatu t-tfal għax ma jkollhomx struttura. L-abbuż sesswali mhux rari lanqas," qal Libreri. Huwa qal ukoll li xogħolhom bħala dipartiment hu li jinvestigaw dawn ir-rapporti kollha. Jgħid li jkun hemm ċirkustanzi oħra fejn jivverifikaw li jkun hemm xi ħaġa li marret ħażin fil-familja iżda l-familja tkun għaddejja fit-triq it-tajba u jkunu qed jagħmlu t-terapija. "Imbagħad ikun hemm familji li mhux talli fihom nsibu diżastru talli nsibuhom li ma jkunux iridu jaħdmu magħna, ir-riskju jkun għoli u saħansitra jkollna mmorru l-Qorti." Xi proċess jiskatta meta jsir rapport ta' abbuż? Libreri wieġeb li l-proċedura bażika hija li kull rapport jgħaddi għand tim ta' professjonisti u social workers fejn dawn jagħmlu investigazzjoni fuq l-individwi kkonċernati. Dawn saħansitra jagħmlu telefonati fuq kull rapport biex jiġbru aktar informazzjoni minn xi agenziji jew mill- Pulizija biex isiru jafu aktar. Wara li jkun hemm perjodu ta' ħamest ijiem biex jaraw jekk il-każ għandux jiġi investigat, hemm jidħol it-tieni fażi ta' assessjar. "Kull każ huwa totalment differenti. Kull każ narawh fuq il-mertu tiegħu u nużaw għoddod differenti u dan jiddependi mill- każ kif ikun. L-għoddod tekniċi huma varji. Eżempju niġbru informazzjoni minn terzi bħalma huma l-iskejjel u l-Pulizija, nagħmlu 'Qed nilħqu tfal li ħafna drabi jkunu abbużati fis-silenzju' - Steve Libreri jgħid mal-gazzetta ILLUM f'kummenti dwar il-ħidma tad-Direttorat tas-Servizzi tal-Protezzjoni tat-Tfal

