Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1438068
09 illum • IL-ĦADD 19 TA' DIĊEMBRU 2021 analiżi Naslu issa għall-aħħar Elezzjoni Ġenerali li l-Partit Laburista reġa' rebaħ bi kbir. Madanakollu, fit- tmien distrett, il-Partit Nazzjonalista reġa' rkupra ftit mill-appoġġ u għal darb'oħra reġa' kiseb maġġoranza assoluta. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 12,591 vot (52.89%) filwaqt li l-Partit Laburista kien kiseb 10,830 vot (45.49%). Anke din id-darba, il-kunjom ta' Fenech Adami spikka f 'dan id- distrett. Fenech Adami qabeż sew il-kwota minnufih u kien elett mal-ewwel għadd b'6,484 vot u dan minkejja li l-Partit Nazzjonalista kellu 15-il kandidat fuq dan id- distrett. Hekk kif reġa' żied l-appoġġ, il-Partit Nazzjonalista eleġġa tliet siġġijiet, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista tella' tnejn. Apparti Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista eleġġa wkoll lil Therese Comodini Cachia u lil David Agius. Comodini Cachia kienet eletta b'4,244 vot fit-22 għadd, filwaqt li Agius kien elett fl- istess għadd b'4,210 voti. L-ewwel kandidat li eleġġa l-Partit Laburista kien Edward Scicluna, issa Ministru għall-Finanzi. Huwa kien elett fit-18-il għadd b'4,188 vot. Eventwalment, Scicluna kien ċeda dan id-distrett u kien elett minfloku Edward Zammit Lewis li reġa' kellu bżonn elezzjoni każwali biex jieħu siġġu u dan minkejja li kien qed iservi bħala Ministru għat-Turiżmu. Elett ukoll Chris Cardona, li dak iż-żmien kien Deputat Mexxej Laburista. Madanakollu, wara sensiela ta' allegazzjonijiet li kienu saru fil-konfront tiegħu, inkluż il- famuża żjara fil-burdell ta' Acapulco fil-Ġermanja, naqqas sew fil-voti. Din id-darba, Cardona lanqas irnexxielu jaqbeż il-kwota. Huwa kien elett biss fl-24 għadd wara li bis-saħħa tal-wirt tal-voti, kiseb 3,686 vot. Eventwalment, Chris Cardona rriżenja minn Deputat Parlamentari f 'April 2020 anke wara li kien tħalla barra mill-Prim Ministru l-ġdid, Robert Abela, meta fforma l-Kabinett tiegħu. Fil-Gvern ta' Joseph Muscat huwa kien serva bħala Ministru għall-Ekonomija. Fix-xhur ta' qabel, Cardona kien issospenda lilu nnifsu mill-Kabinet ftit wara li Yorgen Fenech kien arrestat u akkużat bħala l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan wara li Fenech kellu f 'idu ittra, b'dettalji dwar l-assassinju u li kienu jimplikaw lil Cardona. Cardona dejjem ċaħad u insista li dan kien frame-up fuqu. Kien Ian Castaldi Paris, eks kandidat Nazzjonalista, li kien elett fl-elezzjoni każwali għas-siġġu vakat minn Cardona. F'din l-elezzjoni, il-Partit Laburista kellu seba' kandidati. Ir-rebħa tal-2013 ma kinitx xi waħda sorpriża. Kulħadd kien qed jistenna li l-Partit Laburista, issa rriformat u b'mexxej ġdid u żagħżugħ, kien se jirbaħ l-elezzjoni, anke jekk it bassru li d-distakk se jkun daqshekk kbir. Jekk ir-rebħa għall-Partit Laburista ma kinitx sorpriża, dak li seħħ fit-tmien distrett kien. Il-fortizza Nazzjonalista tgħib u d-distakk bejn il-PN u l-PL kważi jispiċċa għal kollox. Fil-fatt, bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, id-distakk fit-tmien distrett kien ta' 388 vot biss. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 11,738 vot (49.56%) filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 11,350 (47.92%). Għall-ewwel darba, il-PN jitlef il-maġġoranza assoluta. Għal darb'oħra, il-voti tal-maġġoranza kbira tan-Nazzjonalisti kienu maqsuma bejn żewġ kandidati ewlenin. Din id-darba, Beppe Fenech Adami kien l-aktar kandidat popolari u kien elett minnufih fl-ewwel għadd b'4,919- il vot. Għall-aħħar tliet snin tal-leġislatura li issa kienet għaddiet, huwa kien serva bħala Assistent Parlamentari tal-Ministru għall- Ġustizzja u l-Intern. Tonio Fenech, li issa kien il-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment u li għamel kampanja jipprova jwaqqa' l-wiegħda ewlenija tal-Partit Laburista li jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ukoll qabeż il-kwota mal-ewwel għadd u kien elett minnufih b'4,465 vot. Il-Partit Laburista, mill-banda l-oħra eleġġa għal darb'oħra lil Chris Cardona fit- tmien għadd wara li kiseb 3,805 voti. Din id-darba, Edward Zammit Lewis ġie elett fil-15-il għadd bi 3,805 voti. Edward Scicluna, li sa dak iż-żmien kien Ewroparlamentari Laburista, ġie elett fl-istess għadd bi 3,688 vot. Eventwalment, Scicluna ċeda dan id-distrett u minfloku ġie elett Joe Debono Grech li għal darb'oħra kellu bżonn elezzjoni każwali, hekk kif l-uċuh ġodda reġgħu qabżuh. Il-Partit Nazzjonalista jista' jgħodda b'waħda għax kien bis-saħħa ta' mekkaniżmu fil-liġi li eleġġa t-tielet Deputat, jiġifieri lil Claudette Buttigieg. Fil-fatt, Buttigieg kienet eletta bis-saħħa ta' Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni. Fil-ġimgħat li għaddew rajna każi simili, imma tajjeb li nerġgħu niakru x'jgħid dan l-Artiklu. Wara l-elezzjoni tal-1981, kienu daħlu fis- seħħ emendi biex ma jerġax jiġri dak li seħħ f 'dawk is-snin, meta l-Malta Labour Party, immexxi mill-Perit Dom Mintoff, iggverna għax kiseb l-akbar ammont ta' siġġijiet u mhux l-akbar ammont ta' voti. Fil-fatt, wara dik l-elezzjoni, fuq perjodu ta' diversi snin, kienu daħlu fis-seħħ tliet emendi prinċipali: • L-ewwel emenda tistabbilixxi li l-partit li jġib maġġoranza assoluta ta' voti, jiżdidulu s-siġġijiet awtomatikament biex ikollu, minn tal-inqas, maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tieni emenda tgħid li anke jekk partit ikun rebaħ b'maġġoranza relattiva, xorta waħda jiżdidulu s-siġġijiet biex ikollu mqar maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tielet emenda hija dik li nsejħulha tal-proporzjonalità fejn is-siġġijiet jiżdiedu biex jirriflettu s-saħħa tal-voti li jkunu kisbu l-partiti fl-ewwel għadd. Fit-tliet każi, il-kandidati li jiġu eletti jkunu dawn li jkunu kisbu l-akbar ammont ta' voti minn fost il-kandidati mhux eletti (minn distretti oħra). Fl-2013, kemm il-PN u anke l-PL kellhom tmien kandidati fuq dan id-distrett. 2013: Tikkrolla fortizza Nazzjonalista ... Id- distakk bejn il-PN u l-PL kważi jisparixxi 2017: Il-Partit Nazzjonalista jerġa' jikrupra xi ftit ... iżda d-distakk jibqa' mhux qawwi L-aktar kandidati b'saħħithom tat-tmien distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PL PN 47.92% 49.56% PL PN 45.49% 52.89%